17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1040/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar fit-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (‘il-Ftehim’).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

(3)

Bħal fl-2009, ir-Russja għarrfet lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2010.

(4)

L-Artikolu 10 jistipula li ma’ kull tiġdid annwali, il-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2,5 %.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2010 imsemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) 1342/2007 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2011 li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar huma stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.


ANNESS I

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2010

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2010

Prodotti ċatti SA.

SA1. Kojl

1 117 305

SA2. Pjanċa Tqila

310 167

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

670 709

SA4. Prodotti lligati

118 360

SA5. Pjanċi kwarto lligati

28 196

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

123 999

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

62 018

SB2. Virga

365 262

SB3. Prodotti twal oħrajn

574 233

Nota:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

Minn SA1 sa SA6 u minn SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2011

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2011

Prodotti ċatti SA.

SA1. Kojl

1 114 582

SA2. Pjanċa Tqila

296 145

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

640 750

SA4. Prodotti lligati

113 074

SA5. Pjanċi kwarto lligati

26 922

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

118 458

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

59 229

SB2. Virga

348 913

SB3. Prodotti twal oħrajn

545 984

Nota:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

Minn SA1 sa SA6 u minn SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti