16.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2010
tal-15 ta’ Novembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1505/2006 fir-rigward tar-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta’ Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u kaprini (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jivverifikaw il-konformità minn dawk li jżommu l-annimali mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 21/2004. |
(2) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni kull sena, skont il-mudell stabbilit fl-Anness tiegħu, dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-perjodu ta’ spezzjoni annwali preċedenti. |
(3) |
Il-ġbir tad-dejta matul il-proċess tar-rappurtaġġ għandu jkun xieraq u proporzjonat għall-għanijiet segwiti. Għall-fini ta’ rappurtaġġ aktar immirat u aktar xieraq għall-iskop, ċerti rekwiżiti kif ukoll il-mudell tar-rapport stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandhom jiġu ssimplifikati biex jipprovdu aħjar l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli u biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Rapport tar-riżultati tal-kontrolli li saru fis-settur ovin u kaprin fir-rigward ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 21/2004
1. Informazzjoni ġenerali dwar l-azjendi, l-annimali u l-kontrolli.
In-numru totali ta’ azjendi fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1) |
|
In-numru totali ta’ azjendi kkontrollati tul is-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ |
|
In-numru totali ta’ annimali rreġistrati fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1) |
|
In-numru totali ta’ annimali kkontrollati fl-azjendi tul il-perjodu tar-rappurtaġġ (1) |
|
2. Sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità
Numru ta’ azjendi b’ nuqqas ta’ konformità |
|
3. Penalitajiet imposti
Numru ta’ azjendi b’penalitajiet imposti” |
|
(1) Jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika dwar l-annimali.