13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1026/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jiffissa perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-għasra 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85s(4) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet eliġibbli li l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru 2010 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jaqbżu l-baġit massimu ta’ kull sena tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-għasra 2010/2011, jiġifieri EUR 276 miljun, kif stipulat fl-Anness Xd għal dak ir-Regolament. Għalhekk, għandu jiġi ffissat perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati b’mod effettiv.

(2)

Il-Lussemburgu kkomunika, skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, applikazzjonijiet eliġibbli għal żona iżgħar minn 50 ettaru; għalhekk huwa eżentat mill-applikazzjoni għal perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (2).

(3)

Għal raġuni ta’ ċarezza huwa xieraq li tiġi indikata wkoll analiżi statistika għal kull Stat Membru kkonċernat tal-baġit ta’ kull sena allokat għall-iskema għall-qlugħ tad-dwieli.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2009 (3) li jiffissa perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli ma baqax jgħodd fl-aħħar tas-sena tal-għasra 2009/2010. Għal din ir-raġuni, għandu jiġi mibdul b’Regolament ġdid.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjonijiet għall-qlugħ tad-dwieli nnotifikati lill-Kummissjoni għas-sena tal-għasra 2010/2011 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu aċċettati għal 59,622 % tal-ammonti koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.

Il-limiti tal-baġit għall-Istati Membri kkonċernati huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għas-sena tal-għasra 2010/2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1

(3)   ĠU L 299, 14.11.2009, p. 8.


ANNESS

Limiti tal-baġit għall-Istati Membri għall-ħlasijiet għall-qlugħ tad-dwieli fis-sena tal-għasra 2010/2011

(EUR)

Stat Membru

Baġit tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli

Il-Bulgarija

321 903

Il-Ġermanja

484 487

Il-Greċja

3 600 607

Spanja

127 975 516

Franza

36 911 723

L-Italja

81 968 012

Ċipru

2 405 145

Il-Lussemburgu

3 150

L-Ungerija

13 572 662

L-Awstrija

1 495 718

Il-Portugall

3 610 683

Ir-Rumanija

2 784 554

Is-Slovenja

458 581

Is-Slovakkja

407 259