|
9.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1003/2010
tat-8 ta’ Novembru 2010
dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulat fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva tal-Qafas) (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq in-naħa ta' wara. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“tip ta' vettura fir-rigward tal-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq in-naħa ta' wara” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali bħal:
|
|
(2) |
“wiċċ kważi ċatt” tfisser wiċċ ta' materjal solidu, li jista' jkollu wkoll id-disinn ta' malji jew gradilja, b'raġġ ta' kurvatura ta' mill-inqas 5 000 mm. |
|
(3) |
“wiċċ bid-disinn tal-malji' ” tfisser wiċċ li jkollu forom imxerrda b'mod indaqs bħal forom tondi, ovali, djamanti, toqob rettangolari jew kwadri u dawn ikunu mifruxa b'mod indaqs f'intervalli li ma jaqbżux il-15-il mm. |
|
(4) |
“wiċċ ta' grada” tfisser wiċċ li jkun jikkonsisti f'vireg paralleli li huma mifruxa b'mod indaqs u li jkollhom distanza reċiproka ta' mhux aktar minn 15-il mm. |
|
(5) |
“wiċċ nominali” tfisser wiċċ teoretiku ġeometrikament perfett mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-irregolaritajiet tal-wiċċ bħal isporġenzi jew għafsiet. |
|
(6) |
“pjan medjan lonġitudinali tal-vettura” tfisser il-pjan ta' simmetrija tal-vettura jew, jekk il-vettura ma tkunx simmetrika, il-pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi min-nofs il-fusijiet tal-vettura. |
|
(7) |
“inklinazzjoni” tfisser il-grad tad-devjazzjoni angolari b'relazzjoni mal-pjan vertikali; |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq quddiem l-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom.
2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 3
Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 70/222/KEE
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 70/222/KEE.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
ANNESS I
Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq wara
PARTI 1
Dokument ta' informazzjoni
MUDELL
Dokument ta' informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq wara.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0 ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka: …
0.4. Kategorija ta’ vettura (c): …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta' l-impjant(i) tal-immuntar: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …
1. IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …
2. PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET (f) (g)
2.4. Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali)
2.4.2. Għal chassis bil-karozzerija
2.4.2.3. Għoli (f'kundizzjoni ta' sewqan) (1) (għal sospensjonijiet aġġustabbli għall-għoli, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …
2.6. Massa f'kundizzjoni ta' sewqan
Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura ta' l-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …
9. KAROZZERIJA
9.14. Spazju għall-immuntar tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (agħti l-firxa fejn hu l-każ, jistgħu jintużaw disinji fejn applikabbli): …
9.14.1. Għoli 'l fuq mill-wiċċ tat-triq, ix-xifer ta' fuq: …
9.14.2. Għoli 'l fuq mill-wiċċ tat-triq, ix-xifer t'isfel: …
9.14.3. Distanza tal-linja taċ-ċentru mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura: …
9.14.4. Distanza mix-xifer tax-xellug tal-vettura: …
9.14.5. Dimensjonijiet (tul × wisa'): …
9.14.6. Inklinazzjoni tal-pjan mal-vertikali: …
9.14.7. Angolu ta' viżibilità fil-pjan orizzontali: …
Noti ta' spjegazzjoni
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar
|
tat-tip ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara |
||||||||
|
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1003/2010 [dan ir-Regolament], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1) |
|||||||||
|
Numru ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE: … |
|||||||||
|
Raġuni għall-estensjoni: … |
|||||||||
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mod tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura (2): …
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka: …
0.4. Kategorija tal-vettura (3): …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …
TAQSIMA II
1. Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
|
Annessi |
: |
Pakkett ta' informazzjoni Rapport tat-test |
(b) Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(c) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.
(f) Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u dimensjonijiet għandhom ikunu ddikjarati.
(g) Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.
|
(g8) |
Terminu Nru 6.3. |
(h) Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skond l-Istandard ISO 2416 - 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
(1) Neħħi fejn mhux applikabbli.
(2) Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, il-komponent jew l-unità teknika separata koperta minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(3) Kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE, Anness II, Sezzjoni A.
Addendum
maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1.
Aktar informazzjoni:|
1.1. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: … |
|
1.2. |
Deskrizzjoni tal-ispazju fuq wara għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni: … |
2.
L-ispazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni huwa addattat għall-iffissar tad-daqs tal- pjanċa ta' reġistrazzjoni sa (mm): 520 × 120/340 × 240 (1)
3.
Il-post fuq wara għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni: xellug taċ-ċentru/ċentru (1)
4.
L-ispazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mgħotti meta jkun mgħammar xi mezz ta' gganċjar mekkaniku: iva/le (1)
5.
Rimarki: …
(1) Neħħi fejn mhux applikabbli.
ANNESS II
Rekwiżiti għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara
1. REKWIŻITI
1.1. Forma u qisien tal-ispazju għall-immuntar ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara.
|
1.1.1. |
L-ispazju għall-muntaġġ għandu jinkludi wiċċ lixx jew li jidher rettangulari lixx bil-qisien minimi li ġejjin:
jew
jew
|
|
1.1.2. |
Il-wiċċ li jrid jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni jista' jkollu xi toqob jew spazji.
|
|
1.1.3. |
Il-wiċċ li jrid jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni jista' jkollu ponot ħerġin, sakemm dawn ma jisporġux iktar minn 5,0 mm f'relazzjoni mal-wiċċ nominali. M'għandux jittieħed kont ta' irqajja ta' materjali rotob ħafna, bħal fowm jew feltru maħsuba għat-tneħħija tal-vibrazzjoni tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni. |
1.2. L-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara.
|
1.2.1. |
L-ispazju għall-muntaġġ għandu jkun tali li l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, wara t-twaħħil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
1.2.2. |
Għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni attwali u l-forma tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mmuntata u mwaħħla kif stabbilita skont il-paragrafu 1.2, b'mod partikolari r-raġġ tal-kurvatura tagħha, u dan għall-finijiet tal-ħtiġijiet tat-tagħmir tad-dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara. |
|
1.2.3. |
Jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ma jiġix mgħotti fi ħdan il-pjani tal-viżibilità ġeometrika, minħabba l-installazzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' gganċjar mekkaniku, dan għandu jiġi nnotat fir-rapport tat-test u indikat fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE. |
2. PROĊEDURA TAT-TEST
2.1. Determinazzjoni tal-inklinazzjoni vertikali u l-għoli tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mill-wiċċ tal-art.
|
2.1.1. |
Il-vettura titqiegħed fuq art lixxa bil-massa tal-vettura aġġustata għall-massa kif iddikjarata mill-manifattur f'kundizzjoni ta' sewqan, iżda mingħajr is-sewwieq, qabel ma jsir il-kejl. |
|
2.1.2. |
Jekk il-vettura hija mgħammra b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija, din għandha tiġi ttestjata bis-sospensjoni jew b'mezz fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim, kif speċifikat mill-manifattur. |
|
2.1.3. |
Jekk il-pjanċa tar-reġistrazzjoni qed tħares 'l isfel, ir-riżultat tal-kejl li jikkonċerna l-inklinazzjoni għandu jkun espress fin-negattiv. |
2.2. Għandhom isiru projezzjoni tal-kejl, magħmula b'mod perpendikolari u direttament lejn il-wiċċ nominali li jkun se jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
2.3. Il-kejl tal-ispazju bejn it-tarf tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni mmuntata u mwaħħla u l-wiċċ attwali għandu jkun magħmul b'mod perpendikolari u direttament lejn il-wiċċ attwali li jkun se jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
2.4. Il-pjanċa tar-reġistrazzjoni użata għall-iċċekkjar tal-konformità għandha tkun f'xi wieħed mill-qisien speċifikati fil-paragrafu 1.1.1.