4.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 983/2010

tat-3 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (2), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-pajjiżi terzi bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji stipulati f'dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat li l-Istati Uniti tal-Amerika tissodisfa l-kriterji stipulati fil-Parti E tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 272/2009.

(3)

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa responsabbli mis-sigurtà tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jissuġġerixxi li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiżi terzi li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

(4)

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha informazzjoni kredibbli dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jistabbilixxu mill-ġdid l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni inklużi miżuri ta' kumpens applikati mill-pajjiż terz.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (3) għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)   ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)   ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.

ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu 3 tad-Dokument Mehmuż 3-B qed jiżdiedu l-entrata li ġejja u t-tieni u t-tielet subparagafu ta' wara:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.”

(2)

Fil-Kapitolu 4 tad-Dokument Mehmuż 4-B qed jiżdiedu l-entrata li ġejja u t-tieni u t-tielet subparagafu ta' wara:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.”

(3)

Fil-Kapitolu 5 tad-Dokument Mehmuż 5-A qed jiżdiedu l-entrata li ġejja u t-tieni u t-tielet subparagafu ta' wara:

L-Istati Uniti tal-Amerika.