30.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 973/2010
tal-25 ta’ Ottubru 2010
li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
F’Awwissu u Diċembru 2007 l-awtoritajiet reġjonali tal-Azores u Madeira talbu bl-appoġġ tal-Gvern Portugiż sospensjoni awtonoma tad-dazji tat-tariffi doganali komuni għal numru ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 299 (2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Huma ġġustifikaw it-talbiet tagħhom fuq bażi tal-fatt li minħabba l-bogħod ta’ dawk il-gżejjer l-operaturi ekonomiċi fl-Azores u f’Madeira jinsabu fi żvantaġġ kummerċjali kbir, li għandu effett negattiv fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi. |
(2) |
L-ekonomiji lokali tal-Azores u Madeira huma prinċipalment dipendenti fuq it-turiżmu nazzjonali u internazzjonali, riżorsa ekonomika kemmxejn volatili. Hija determinata minn fatturi li l-awtoritajiet lokali u l-Gvern Portugiż m’għandhom kważi l-ebda influwenza fuqhom. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-iżvilupp ekonomiku tal-Azores u Madeira huwa limitat ferm. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa neċessarju li jiġu sostnuti dawk is-setturi ekonomiċi li huma inqas dipendenti fuq l-industriji tat-turisti sabiex jikkumpensaw għall-flutwazzjonijiet tas-settur turistiku u b’hekk jistabilizzaw l-impjiegi lokali. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1657/93 tal-24 ta’ Ġunju 1993 temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti industrijali intiżi biex jekwipaġġaw iż-żoni ħielsa tal-Azores u ta’ Madeira (3) ma kellux l-effett mixtieq fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008. Dan hu dovut probabbilment għall-fatt li dawn is-sospensjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament ġew limitati għaż-żoni ħielsa tal-Azores u ta’ Madeira u għalhekk ma ntużawx aktar fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġu provduti sospensjonijiet ġodda li mhumiex limitati għall-industriji li jinsabu fiż-żoni ħielsa iżda li jkunu ta’ benefiċċju lit-tipi kollha ta’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju ta’ dawk ir-reġjuni. L-ambitu tas-setturi kummerċjali li jibbenefikaw mis-sospensjonijiet għandhom għalhekk ikopru s-sajd, l-agrikultura, is-setturi industrijali u tas-servizzi. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li s-sospensjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ikollhom impatt ekonomiku, huwa xieraq li tiġi estiża l-isfera ta’ prodotti li jibbenefikaw mis-sospensjonijiet għal oġġetti lesti għal użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali, kif ukoll għall-materja prima, partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, trasformazzjoni industrijali jew manutenzjoni. |
(5) |
Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fir-reġjuni kkonċernati, huwa xieraq li jiġu sospiżi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ 10 snin mill-1 ta’ Novembru 2010. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Azores u ta’ Madeira biss jibbenefikaw minn dawn il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom ikunu magħmula kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabilixxi dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5). |
(7) |
Sabiex jippermettu l-operazzjoni effiċjenti tas-sospensjonijiet, l-awtoritajiet tal-Azores u Madeira għandhom jieħdu miżuri meħtieġa ta’ implimentazzjoni u jinformaw lill-Kummissjoni minnufih. |
(8) |
Il-Kummissjoni għandha tkun permessa li tadotta, jekk meħtieġ, miżuri temporanji maħsuba sabiex jipprevjenu kwalunkwe moviment spekulattiv ta’ devjazzjoni ta’ kummerċ sakemm tiġi adottata soluzzjoni definittiva għal dak il-moviment mill-istituzzjonjiet tal-Komunità. |
(9) |
Emendi lin-Nomenklatura Magħquda ma jistgħux jagħtu lok għal tibdil fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Il-Kummissjoni għalhekk għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati kont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li tagħmel l-emendi u l-adattazzjonjiet tekniċi neċessarji lil-lista tal-oġġetti li għalihom tapplika s-sospensjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Novembru 2010 sat-2 ta’ Novembru 2020 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonjiet fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira ta’ oġġetti lesti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali elenkati fl-Anness I għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Dawn l-oġġetti għandhom jiġu użati f’konformità mar-Regolament (KEE) 2913/92 r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara li jiġi rilaxxat liberament fiċ-ċirkolazzjoni mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira.
Artikolu 2
Mill-1 ta’ Novembru 2010 sat-2 ta’ Novembru 2020 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira ta’ materja prima, partijiet u komponenti elenkati fl-Anness II, u użati għal finijiet agrikoli, għat-trasformazzjoni industrijali u manutenzjoni fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira, għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Artikolu 3
L-awtoritajiet kompetenti tal-Azores u Madeira għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mal-Artikoli 1 u 2.
Dawk l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri qabel it-30 ta’ April 2011.
Artikolu 4
Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f’konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u għal kontrolli provduti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 5
1. Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet imniżżlin f’dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku tista’, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), provviżorjament tħassar is-sospensjoni permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Id-dazji tal-importazzjoni li għalihom is-sospensjoni tkun ġiet provviżorjament imħassra għandhom jiġu żgurati permezz ta’ garanzija, u r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira għandha tkun kundizzjonali fuq il-forniment ta’ tali garanzija.
2. Meta l-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu ta’ 12-il xahar, li s-sospensjoni għandha tiġi definittivament imħassra, l-ammonti ta’ dazji żgurati b’garanziji għandhom jiġu miġbura definittivament.
3. Jekk ma tiġix adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta’ 12-il xahar f’konformità mal-paragrafu 2, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 6
Meta jkun meħtieġ il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 tali emendi u adattamenti tekniċi għall-Annessi I u II kif huma meħtieġa bħala konsegwenza tal-emendi għan-Nomenklatura Magħquda.
Artikolu 7
1. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.
3. Is-setgħat għall-adozzjoni ta’ atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.
Artikolu 8
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi revokata mill-Kunsill.
2. Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
1. Il-Kunsill jista’ joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
2. Jekk, wara li jiskadi dak il-perijodu, il-Kunsill ma oġġezzjonax għall-att delegat, jew jekk, qabel dik id-data, il-Kunsill jinforma lill-Kummissjoni li huwa ddeċieda li ma jqajjimx oġġezzjonijiet, l-att delegat għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjai tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.
3. Jekk il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat adottat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Il-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjona għall-att delegat.
Artikolu 10
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bl-adozzjoni tal-atti delgati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni formulata dwarhom, jew dwar ir-revoka tas-setgħat ta’ delegazzjoni mill-Kunsill.
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6) għandhom japplikaw.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2010, minbarra l-Artikoli 6 sa 10, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) Opinjonijiet tal-1 ta’ Jannar 2010 u tas-7 ta’ Settembru 2010 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 225, 22.9.2010, p. 59).
(3) ĠU L 158, 30.6.1993, p. 1.
(4) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(5) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS I
Oġġetti lesti għal użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali
Kodiċi NM (1)
|
4016 94 00 |
|
4415 10 10 |
|
5608 |
|
6203 31 00 |
|
6203 39 19 |
|
6204 11 00 |
|
6205 90 80 |
|
6506 99 |
|
7309 00 59 |
|
7310 10 00 |
|
7310 29 10 |
|
7311 00 |
|
7321 81 90 |
|
7323 93 90 |
|
7326 20 80 |
|
7612 90 98 |
|
8405 10 00 |
|
8412 29 89 |
|
8412 80 80 |
|
8413 81 00 |
|
8413 82 00 |
|
8414 40 90 |
|
8414 60 00 |
|
8414 80 80 |
|
8415 10 90 |
|
8415 82 00 |
|
8418 30 20 |
|
8418 50 |
|
8422 30 00 |
|
8423 89 00 |
|
8424 30 90 |
|
8427 20 11 |
|
8440 10 90 |
|
8442 50 23 |
|
8442 50 29 |
|
8450 11 90 |
|
8450 12 00 |
|
8450 20 00 |
|
8451 21 90 |
|
8451 29 00 |
|
8451 80 80 |
|
8452 10 19 |
|
8452 29 00 |
|
8458 11 80 |
|
8464 90 |
|
8465 10 90 |
|
8465 92 00 |
|
8465 93 00 |
|
8465 99 90 |
|
8467 11 10 |
|
8467 19 00 |
|
8467 22 30 |
|
8467 22 90 |
|
8479 89 97 |
|
8501 10 91 |
|
8501 20 00 |
|
8501 61 20 |
|
8501 64 00 |
|
8502 39 |
|
8504 32 80 |
|
8504 33 00 |
|
8504 40 90 |
|
8510 30 00 |
|
8515 19 00 |
|
8515 39 13 |
|
8515 80 91 |
|
8516 29 99 |
|
8516 80 80 |
|
8518 30 95 |
|
8523 21 00 |
|
8526 91 80 |
|
8531 10 95 |
|
8543 20 00 |
|
8543 70 30 |
|
8543 70 90 |
|
8546 90 90 |
|
9008 10 00 |
|
9011 80 00 |
|
9014 80 00 |
|
9015 80 11 |
|
9015 80 19 |
|
9015 80 91 |
|
9015 80 93 |
|
9015 80 99 |
|
9016 00 10 |
|
9017 30 10 |
|
9020 00 00 |
|
9023 00 10 |
|
9023 00 80 |
|
9024 10 |
|
9024 80 |
|
9025 19 20 |
|
9025 80 40 |
|
9025 80 80 |
|
9027 10 10 |
|
9030 31 00 |
|
9032 10 20 |
|
9032 10 81 |
|
9032 89 00 |
|
9107 00 00 |
|
9201 90 00 |
|
9202 90 30 |
|
9506 91 90 |
|
9506 99 90 |
|
9507 10 00 |
|
9507 20 90 |
|
9507 30 00 |
|
9507 90 00 |
(1) Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1).
ANNESS II
Materji primi, partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, trasformazzjoni industrijali jew manutenzjoni
Kodiċi NM (1)
|
3102 40 10 |
|
3105 20 10 |
|
4008 29 00 |
|
4009 42 00 |
|
4010 12 00 |
|
4015 90 00 |
|
4016 93 00 |
|
4016 99 97 |
|
5401 10 90 |
|
5407 42 00 |
|
5407 72 00 |
|
5601 21 90 |
|
5608 |
|
5806 32 90 |
|
5901 90 00 |
|
5905 00 90 |
|
6217 90 00 |
|
6406 20 90 |
|
7303 00 90 |
|
7315 12 00 |
|
7315 89 00 |
|
7318 14 91 |
|
7318 15 69 |
|
7318 15 90 |
|
7318 16 91 |
|
7318 19 00 |
|
7318 22 00 |
|
7320 20 89 |
|
7323 99 99 |
|
7324 90 00 |
|
7326 90 98 |
|
7412 20 00 |
|
7415 21 00 |
|
7415 29 00 |
|
7415 33 00 |
|
7419 91 00 |
|
7606 11 91 |
|
7606 11 93 |
|
7606 11 99 |
|
7616 10 00 |
|
7907 00 |
|
8207 90 99 |
|
8302 42 00 |
|
8302 49 00 |
|
8308 90 00 |
|
8406 90 90 |
|
8409 91 00 |
|
8409 99 00 |
|
8411 99 00 |
|
8412 90 40 |
|
8413 30 80 |
|
8413 70 89 |
|
8414 90 00 |
|
8415 90 00 |
|
8421 23 00 |
|
8421 29 00 |
|
8421 31 00 |
|
8421 99 00 |
|
8440 90 00 |
|
8442 40 00 |
|
8450 90 00 |
|
8451 90 00 |
|
8452 90 00 |
|
8478 90 00 |
|
8481 20 10 |
|
8481 30 99 |
|
8481 40 |
|
8481 80 99 |
|
8482 10 90 |
|
8482 80 00 |
|
8483 40 90 |
|
8483 60 80 |
|
8484 10 00 |
|
8503 00 99 |
|
8509 90 00 |
|
8511 80 00 |
|
8511 90 00 |
|
8513 90 00 |
|
8514 90 00 |
|
8529 10 31 |
|
8529 10 39 |
|
8529 10 80 |
|
8529 10 95 |
|
8529 90 65 |
|
8529 90 97 |
|
8531 90 85 |
|
8539 31 90 |
|
8543 70 90 |
|
8544 20 00 |
|
8544 42 90 |
|
8544 49 93 |
|
9005 90 00 |
|
9011 90 90 |
|
9014 90 00 |
|
9015 90 00 |
|
9024 90 00 |
|
9029 20 31 |
|
9209 91 00 |
|
9209 92 00 |
|
9209 94 00 |
|
9506 70 90 |
(1) Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1).