|
22.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 945/2010
tal-21 ta’ Ottubru 2010
li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ tqassim li jkun iffinanzjat minn riżorsi disponibbli fis-sena baġitarja tal-2011. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent. |
|
(2) |
L-Istati Membri involuti fil-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2011 kienu pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. |
|
(3) |
Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti. |
|
(4) |
Il-punt a, (iii) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010 jistipula l-allokazzjoni tar-riżorsi għax-xiri fis-suq ta’ prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. Peress illi l-ħażniet tal-butir attwalment miżmuma mill-aġenziji tal-intervent mhumiex biżżejjed biex jiġu koperti l-allokazzjonijiet, l-allokazzjonijiet tar-riżorsi għandhom jiġu stabbiliti sabiex jippermettu x-xiri fis-suq kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2011. |
|
(5) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula li, fejn mhemmx ross disponibbli fil-ħażniet tal-intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-forniment ta’ ross jew tal-prodotti tar-ross immobilizzati fis-suq. Skont dan, minħabba li attwalment mhemmx ħażniet tal-intervent tar-ross, għandha tiġi awtorizzata t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq. |
|
(6) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010 jistipula t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta’ prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan ta’ tqassim annwali. Jeħtieġ għalhekk, li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intra-UE meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan għall-2011, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010. |
|
(7) |
Barra minn hekk, minħabba l-qagħda tas-suq fir-rigward taċ-ċereali u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġġestixxi l-ħażniet tal-intervent b’mod effiċjenti u fil-ħin, huwa xieraq, f’każ ta’ trasfermenti intra-UE, li l-Istati Membri fornituri, jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr dwar il-kwantitajiet li se jirriżervaw ta’ kull tip ta’ ċereali miżmum f’intervent fit-territorju tagħhom b’implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011. |
|
(8) |
Jekk titqies il-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011, li tesiġi volum għoli ta’ trasferimenti intra-UE, huwa xieraq li jiżdied il-marġni ta’ 5 % stipulat fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti mill-ħażniet tal-intervent ma jidħlux fis-suq f’mument inopportun matul is-sena, il-perjodi ta’ żmien stipulati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 li matulhom il-prodotti jistgħu jittieħdu mill-ħażniet tal-intervent għandhom jitqassru. |
|
(10) |
Meta wieħed iqis il-volum għoli tal-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent u l-volum għoli tat-trasferimenti intra-UE, huwa xieraq li jkun hemm deroga mill-perjodu ta’ sittin jum awtorizzat għat-tneħħija tal-prodotti mill-ħażniet tal-intervent skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. |
|
(11) |
Minħabba l-qagħda attwali tas-suq fis-sttur taċ-ċereali, li huwa kkaratterizzat minn livelli għolin ta’ prezzijiet tas-suq, huwa xieraq, sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu żgurati, li s-sigurtà finanzjarja, li għandha tkun irreġistrata mill-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni [impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment ta’] ċ-ċereali kif stipulat fl-Artikoli 4(3) u 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 tiżdied. |
|
(12) |
Għall-implementazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, l-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-Kummissjoni talbet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-UE meta kienet qed tħejji dan il-pjan ta’ tqassim annwali. |
|
(14) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-2011, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fl-UE, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi implimentat skont il-pjan ta’ tqassim annwali stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
L-użu ta’ ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq hija awtorizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
Artikolu 2
L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE, kif meħtieġa skont il-pjan imsemmi fl-Artikolu 1, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 3
1. It-trasferiment intra-UE tal-prodotti elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
2. Fil-każ ta’ trasferiment intra-UE taċ-ċereali, l-Istati Membri fornituri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 15-il jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dwar il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ ċereali miżmum mill-aġenziji tal-intervent tagħhom li huma riżervati għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011.
Artikolu 4
B’deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, l-irtirar ta’ butir u tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażniet tal-intervent għandu jseħħ bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Setttembru 2011.
Madankollu, l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal allokazzjonijiet ta’ 500 tunnellata jew inqas.
Għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, il-perjodu ta’ sittin jum għat-tneħħija tal-prodotti rtirati stipulati fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 ma għandux japplika fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat.
Artikolu 5
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, 70 % tal-ħażniet taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji tal-intervent għandhom jiġu rtirati qabel l-1 ta’ Ġunju 2011.
Għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, il-perjodu ta’ sittin jum għat-tneħħija tal-prodotti rtirati stipulati fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 ma għandux japplika fil-każ taċ-ċereali.
Artikolu 6
B’deroga mill-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, qabel ma jitneħħew iċ-ċereali mill-intervent, il-kuntrattur impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment għandu jirreġistra sigurtà li tkun ekwivalenti għal EUR 150 kull tunnellata.
Artikolu 7
B’deroga mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, fejn ċerti bidliet sostanzjati jikkonċernaw 10 % jew aktar tal-kwantitajiet jew tal-valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-UE, il-pjan għandu jiġi rivedut.
Artikolu 8
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS I
PJAN ANNWALI TA’ TQASSIM GĦALL-2011
|
(a) |
Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2011 f’kull wieħed mill-Istati Membri
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intervent tal-UE għat-tqassim f’kull Stat Membru skont l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan l-Anness:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Allokazzjoni lil Česká Repubblika għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fuq is-suq tal-UE: EUR 37 356 u għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE: EUR 33 263
(*2) Allokazzjoni lil Eesti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fis-suq tal-UE: EUR 7 471 u għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE: EUR 18 627
(*3) Allokazzjoni lil Lussemburgu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fis-suq tal-UE: EUR 101 880
ANNESS II
Allokazzjonijiet lill-istati Membri għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE:
|
(f’EUR) |
|
|
Stat Membru |
Butir |
|
Éire/Ireland |
867 046 |
|
Elláda |
7 835 710 |
|
Portugal |
3 666 327 |
|
Total |
12 369 083 |
ANNESS III
(a)
Trasferimenti intra-UE ta’ ċereali awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011|
|
Kwantità (tunnellati) |
Detentur |
Destinatarju |
|
1. |
39 080 |
BLE, Deutschland |
BIRB, Belgique |
|
2. |
57 631 |
Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Repubblika |
Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, България |
|
3. |
250 |
FranceAgriMer, France |
OFI, Ireland |
|
4. |
88 836 |
Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország |
OPEKEPE, Elláda |
|
5. |
305 207 |
FranceAgriMer, France |
FEGA, España |
|
6. |
467 683 |
BLE, Deutschland |
AGEA, Italia |
|
7. |
27 670 |
PRIA, Eesti |
Rural Support Service, Latvia |
|
8. |
5 990 |
AMA, Austria |
Ministry for Resources and Rural Affairs Paying Agency, Malta |
|
9. |
75 912 |
BLE, Deutschland |
ARR, Polska |
|
10. |
61 906 |
FranceAgriMer, France |
IFAP I.P., Portugal |
|
11. |
146 070 |
SZIF, Česká republika |
Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
|
12. |
162 497 |
Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország |
Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
|
13. |
14 159 |
AMA, Austria |
Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija |
(b)
Trasferimenti intra-UE ta’ trab tal-ħalib xkumat awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011:|
|
Kwantità (tunnellati) |
Detentur |
Destinatarju |
|
1. |
23 507 |
OFI, Ireland |
FEGA, España |
|
2. |
28 281 |
BLE, Deutschland |
AGEA, Italia |
|
3. |
730 |
PRIA, Eesti |
Rural Support Service, Latvia |
|
4. |
13 090 |
BLE, Deutschland |
ARR, Polska |
|
5. |
4 393 |
FranceAgriMer, France |
IFAP I.P., Portugal |
|
6. |
5 600 |
BLE, Deutschland |
Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
|
7. |
500 |
SZIF, Česká republika |
Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija |
(ċ)
Trasferimenti intra-UE ta’ butir awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011|
|
Kwantità (tunnellati) |
Detentur |
Destinatarju |
|
1. |
109 |
Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva |
OFI, Ireland |
|
2. |
181 |
PRIA, Eesti |
OPEKEPE, Elláda |
|
3. |
795 |
Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva |
OPEKEPE, Elláda |
|
4. |
458 |
Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva |
IFAP I.P., Portugal |