13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2011, l-2012 u l-2013 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali u kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 901/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2010, l-2011 u l-2012, kompla jiżgura konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3).

(2)

Fl-Unjoni, bejn 30 u 40 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Peress li l-użu tal-pestiċidi wera bidliet sinifikanti fuq perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f’dawk il-prodotti tal-ikel fuq serje ta’ ċikli ta’ tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu evalwati.

(3)

Fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabbiltà binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun jippermetti, b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % mill-prodotti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrappurtati separatament fejn ikun rilevanti.

(5)

Gwida dwar il-“Validazzjoni tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (4). L-Istati Membri għandhom jitħallew, taħt ċerti kundizzjonijiet, jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv.

(6)

Għall-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (5) li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(7)

Huwa wkoll neċessarju li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment kif emedat bid-Direttiva 1999/21/KE (6) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (7), humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet ta’ residwu kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu evalwati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi. Din l-evalwazzjoni għandha tibda b’xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I.

(9)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti.

(10)

Sabiex tkun evitata xi konfużjoni minħabba koinċidenza bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament (KE) Nru 901/2009 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Dan għandu, madankollu, jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2010.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2011, 2012 u 2013 jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kumbinazzjonijiet ta’ residwi ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

In-numru ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun għandu jintgħażel b’mod każwali.

Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont id-definizzjonijiet ta’ residwu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2011, l-2012 u l-2013 sal-31 ta’ Awwissu 2012, 2013 u 2014 rispettivament.

Flimkien ma’ dawn ir-riżultati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-metodi analitiċi użati u l-livelli ta’ rappurtar milħuqa, skont il-gwida dwar il-Validazzjoni tal-Metodi u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwi tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf; fejn jintuża l-iskrining kwalitattiv, ir-riżultati li jkunu iktar baxxi mil-livell ta’ rappurtar għandhom jiġu rrappurtati bħala riżultati mhux misjuba;

(b)

limitu ta’ determinazzjoni applikat fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali u fil-programmi ta’ kontroll tal-Unjoni;

(c)

fejn tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, dettalji tal-miżuri ta’ infurzar meħuda;

(d)

f’każ li jinqabżu l-livelli massimi ta’ residwu (MRLs), dikjarazzjoni bir-raġunijiet possibbli għal dan flimkien ma’ kull osservazzjoni xierqa dwar alternattivi fil-ġestjoni tar-riskju.

2.   Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali ta’ residwu. Fejn ikun rilevanti, ir-riżultati għal kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni ta’ residwu għandhom jiġu ppreżentati separatament.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 901/2009 huwa revokat.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2010.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1

(2)   ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9

(3)   ĠU L 256, 29.9.2009, p. 14.

(4)  Dokument Nru SANCO/10684/ 2009, Implimentat sal-1.1.2010. http://ec.europa.eu/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf

(5)   ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(6)   ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1

(7)   ĠU L 339, 6.12.2006. p. 16.


ANNESS I

Kumbinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati

 

2011

2012

2013

2,4-D (Prodott tat-2,4-D u l-esteri tiegħu espress bħala 2,4-D) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

4,4’-Metossiklor

 (6)

 (4)

 (5)

Abamektin (prodott tal-avermektin B1a, l-avermektin B1b u l-isomeru delta-8,9 tal-avermektin B1a)

 (1)

 (2), (4)

 (3)

Aċefat

 (1)

 (2)

 (3)

Aċetamiprid

 (1)

 (2)

 (3)

Akrinatrina

 (1)

 (2)

 (3)

Aldikarb (prodott tal-aldikarb, is-sulfossidu u s-sulfun tiegħu, espress bħala aldikarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom frazzjoni tat-2,4–dimetilanilina espressi bħala amitraż) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Amitrol (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Ażinfosetil (*3)

 (6)

 (4)

 (5)

Ażinfosmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Ażossistrobina

 (1)

 (2)

 (3)

Benfurokarb

 (1)

 (2)

 (3)

Bifentrina

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Bitertanol

 (1)

 (2)

 (3)

Boskalidu

 (1)

 (2)

 (3)

Jonju tal-bromur (*3) (ara l-kumment aktar ’l isfel)

 (1)

 (2)

 (3)

Bromopropilat

 (1)

 (2)

 (3)

Bromukonażol (prodott tad-diasteroisomeri)

 (1)

 (2)

 (3)

Bupirimat

 (1)

 (2)

 (3)

Buprofeżina

 (1)

 (2)

 (3)

Kaptan

 (1)

 (2)

 (3)

Karbaril

 (1)

 (2)

 (3)

Karbendażim (Prodott tal-Benomil u l-karbendażim espress bħala karbendażim)

 (1)

 (2)

 (3)

Karbofuran (Prodott tal-Karbofuran u 3-Idrossikarbofuran espress bħala Karbofuran)

 (1)

 (2)

 (3)

Karbosulfan

 (1)

 (2)

 (3)

Klordan (prodott taċ-ċisisomeri u t-transisomeri u l-ossiklordan espress bħala klordan)

 (6)

 (4)

 (5)

Klorfenapir

 (1)

 (2)

 (3)

Klorfenvinfos

 (1)

 (2)

 (3)

Klormekwat (*1)

 (1)

 (2)

 (3)

Klorobenżilat (*3)

 (6)

 (4)

 (5)

Klorotalonil

 (1)

 (2)

 (3)

Klorprofam (Klorprofam u 3-Kloroanilina espressi bħala Klorprofam (ara l-kumment aktar ’l isfel))

 (1)

 (2)

 (3)

Klorpirifos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Klorpirifosmetil

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Klofenteżin (Prodott tal-komposti kollha li fihom frazzjoni tat-2-Klorbenzoyl express bħala Klofenteżin ) ( id-definizzjoni ta’ residwu hija kompost ġenitur biss għall-prodotti bażiċi kollha barra ċ-ċereali)

 (1)

 (2)

 (3)

Klotjanidin

 (1)

 (2)

 (3)

Ċiflutrina (Ċiflutrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (prodott tal-isomeri))

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Ċipermetrina (Ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (prodott tal-isomeri))

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Ċiprokonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Ċiprodinil

 (1)

 (2)

 (3)

DDT (prodott ta’ p,p′-DDT, o,p′-DDT, p-p′-DDE u p,p′-DDD (TDE) espress bħala DDT)

 (6)

 (4)

 (5)

Deltametrina (cisdeltametrina)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Diażinon

 (1), (6)

 (2)

 (3), (5)

Diklofluwanid

 (1)

 (2)

 (3)

Diklorvos

 (1)

 (2)

 (3)

Dikloran

 (1)

 (2)

 (3)

Dikofol (prodott tal-isomeri p, p′ u o,p′)

 (1)

 (2)

 (3)

Dikrotofos (definizzjoni tar-residwu hija kompost ġenitur biss)

fażola

 (2)

 (3)

Dieldrina (Aldrina u dieldrina kkombinati espressi bħala dieldrina)

 (6)

 (4)

 (5)

Difenokonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetoat (Prodott tad-Dimetoat u l-Ometoat express bħala dimetoat)

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetoat

 (1)

 (2)

 (3)

ometoat

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetomorf

 (1)

 (2)

 (3)

Dinokap (prodott tal-isomeri tad-dinokap u l-fenoli li jikkorispondu magħhom espress bħala dinokap) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Difenilammin

 (1)

 (2)

 (3)

Endosulfan (Prodott tal-isomeri alfa u beta u s-sulfat tal-Endosulfan espress bħala Endosulfan)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Endrin

 (6)

 (4)

 (5)

EPN

 (1)

 (2)

 (3)

Epossikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Etefon (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Etjon

 (1)

 (2)

 (3)

Etofenprox (F) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Etoprofos (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Fenamifos (prodott tal-fenamifos u s-sulfossidu u s-sulfun tiegħu espress bħala fenamifos)

 (1)

 (2)

 (3)

fenarimol

 (1)

 (2)

 (3)

Fenażakwin

 (1)

 (2)

 (3)

Ossidu tal-fenbutatina (F) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Fenbukonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Feneżamid

 (1)

 (2)

 (3)

Fenitrotijon

 (1)

 (2)

 (3)

Fenossikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Fenpropatrina

 (1)

 (2)

 (3)

Fenpropimorf

 (1)

 (2)

 (3)

Fentijon (Prodott tal-fentijon u l-analogu tal-ossiġnu tiegħu, is-sulfossidi u s-sulfun tagħhom espressi bħala ġenitur)

 (1), (6)

 (4)

 (3), (5)

Fenvalerat/Esfenvalerat (total) (prodott tal-isomeri RS/SR u RR/SS)

 (1), (6)

 (4)

 (3), (5)

Fipronil (Prodott tal-Fipronil + metabolita tas-sulfun (MB46136) espress bħala Fipronil )

 (1)

 (2)

 (3)

Fluważifop (Fluważifop-P-butil (aċidu fluważifopiku (ħieles u konjugat))) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Fludiossonil

 (1)

 (2)

 (3)

Flufenossurun

 (1)

 (2)

 (3)

Flukwinkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

flusilażol

 (1)

 (2)

 (3)

Flutrijafol

 (1)

 (2)

 (3)

Folpet

 (1)

 (2)

 (3)

Formetanat (Prodott tal-Formetanat u l-imluħa tiegħu espress bħala idroklorur tal-Formetanat )

 (1)

 (2)

 (3)

Fostijażat

 (1)

 (2)

 (3)

Glifosat (*2)

 (1)

 (2)

 (3)

Alossifop li jinkludi l-alossifop-R (Esteru tal-alossifop-R-metil ester, alossifop-R u konjugi tal-alossifop-R espressi bħala alossifop-R (F) (R) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

HCB

 (6)

 (4)

 (5)

Ettaklor (prodott tal-ettaklor u l-epossidu tal-ettaklor, espress bħala ettaklor)

 (6)

 (4)

 (5)

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru alfa

 (6)

 (4)

 (5)

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru beta

 (6)

 (4)

 (5)

Eżakloroċikloeżan (HCH) (Isomeru gamma) ( Lindan )

 (6)

 (4)

 (5)

Eżakonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Eżatijażox

 (1)

 (2)

 (3)

Imażalil

 (1)

 (2)

 (3)

Imidakloprid

 (1)

 (2)

 (3)

Indossakarb (Indossakarb bħala prodott tal-isomeri S u R )

 (1)

 (2)

 (3)

Iprodion

 (1)

 (2)

 (3)

Iprovalikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Kresossimmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Lambdaċialotrina (Lambdaċialotrina, li tinkludi kostitwenti isomeriċi mħallta oħra (prodott tal-isomeri))

 (1)

 (2)

 (3)

Linuron

 (1)

 (2)

 (3)

Lufenuron

 (1)

 (2)

 (3)

Malatjon (Prodott tal-Malatjon u l-Malaosson, espress bħala Malatjon)

 (1)

 (2)

 (3)

Grupp Maneb (Prodott espress bħala CS2: Maneb, Mankożeb, Metiram, Propineb, Tiram, Żiram)

 (1)

 (2)

 (3)

Mepanipirim u l-metabolita tiegħu (2-anilino-4-(2-idrossipropil)-6-metilpirimidin) espressi bħala mepanipirim)

 (1)

 (2)

 (3)

Mepikwat (*1)

 (1)

 (2)

 (3)

Metalassil (Metalassil li jinkludi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti li jinkludu l-Metalassil-M (prodott tal-isomeri))

 (1)

 (2)

 (3)

Metkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Metamidofos

 (1)

 (2)

 (3)

Metidatjon

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Metjokarb (Prodott tal-Metjokarb u s-Sulfossidu u s-Sulfun tal-Metjokarb, espress bħala Metjokarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Metomil (Prodott tal-Metomil u t-Tjodikarb espress bħala Metjomil)

 (1)

 (2)

 (3)

Metossifenożid

 (1)

 (2)

 (3)

Monokrotofos

 (1)

 (2)

 (3)

Miklobutanil

 (1)

 (2)

 (3)

Nitempiram (*3)

fażola

 (2)

 (3)

Ossadissil

 (1)

 (2)

 (3)

Ossamil

 (1)

 (2)

 (3)

Ossidemetonmetil (Prodott tal-Ossidemetonmetil u d-Demeton-S-Metilsulfun espress bħala Ossidemetonmetil)

 (1)

 (2)

 (3)

Paklobutrażol

 (1)

 (2)

 (3)

Paratjon

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Paratjonmetil (Prodott tal-Paratjonmetil u l-Paraossonmetil espress bħala Paratjonmetil)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Penċikuron

 (1)

 (2)

 (3)

Penkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Pendimetalin

 (1)

 (2)

 (3)

Permetrina (prodott taċ-ċispermetrina u t-transpermetrina)

 (6)

 (4)

 (5)

Fentoat

 (1)

 (2)

 (3)

Fosalun

 (1)

 (2)

 (3)

Fosmet (Fosmet u Fosmetosson espressi bħala Fosmet)

 (1)

 (2)

 (3)

fossim

 (1)

 (2)

 (3)

Piraklostrobina (F)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimikarb (Prodott tal-Pirimikarb u d-Desmetilpirimikarb espress bħala Pirimikarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimifosmetil

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Prokloraż (Prodott tal-Prokloraż + il-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni tat-2,4,6-Triklorofenol espress bħala Prokloraż) (*4)

 (1)

 (2)

 (3)

Proċimidun

 (1)

 (2)

 (3)

Profenofos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Propamokarb (Prodott tal-Propamokarb u l-melħ tiegħu espress bħala Propamokarb) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Propargit

 (1)

 (2)

 (3)

Propikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Propiżammid

 (1)

 (2)

 (3)

Protjokonażol (Protjokonażoldestjo) (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirażofos

 (6)

 (4)

 (5)

Piretrini

 (1)

 (2)

 (3)

Piridaben

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimetanil

 (1)

 (2)

 (3)

Piriprossifen

 (1)

 (2)

 (3)

Kwinossifen

 (1)

 (2)

 (3)

Kwintożan (Prodott tal-Kwintożan u l-Pentakloranilina, espress bħala Kwintożan)

 (6)

 (5)

 (5)

Resmetrina (prodott tal-isomeri) (*3)

 (6)

 (4)

 (5)

Spinosad (Prodott tal-Ispinosin A u l-Ispinosin D, espress bħala Spinosad)

 (1)

 (2)

 (3)

Spirossammin

 (1)

 (2)

 (3)

Tawfluvalinat

 (1)

 (2)

 (3)

Tebukonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tebufenożid

 (1)

 (2)

 (3)

Tebufenpirad

 (1)

 (2)

 (3)

Teknażan

 (6)

 (4)

 (5)

Teflubenżuron

 (1)

 (2)

 (3)

Teflutrina

 (1)

 (2)

 (3)

Tetrakonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tetradifon

 (1)

 (2)

 (3)

Tjabendażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tjametossam (Prodott tat-Tjametossam u l-Klotjanidin espress bħala Tjametossam)

 (1)

 (2)

 (3)

Tjakloprid

 (1)

 (2)

 (3)

Tjodikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Tjofanatmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Tolkloflosmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Tolilfluwanid (Prodott tat-Tolilfluwanid u d-Dimetilaminosulfotoluwidid espress bħala Tolilfluwanid)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimefon u trijadimenol (prodott tat-trijadimefon u t-trijadimenol)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimenol

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimefon

 (1)

 (2)

 (3)

Aċidu aċetiku tat-Trijażol (*3) barra mill-uċuħ tar-raba’ perenni

 (1)

 (2)

 (3)

Aċidu lattiku tat-Trijażol (*3) barra mill-uċuħ tar-raba’ perenni

 (1)

 (2)

 (3)

Alanin tat-Trijażol (*3)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijażofos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Triklorfon

 (1)

 (2)

 (3)

triflossistrobina

 (1)

 (2)

 (3)

Triflumuron (F)

 (1)

 (2)

 (3)

Trifluralin

 (1)

 (2)

 (3)

Tritikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Vinklożolin (Prodott tal-Vinklożolin u l-metaboliti kollha li fihom frazzjoni tat-3,5-dikloraninilina, espress bħala Vinklożolin) (*4)

 (1)

 (2)

 (3)

Żossammid

 (1)

 (2)

 (3)


(1)  Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata), karrotti, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (friska jew iffriżata) u dqiq tal-qamħ

(2)  Brunġiel, banana, pastard, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ (l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sors (konċentrati jew frott frisk)), piżelli mingħajr miżwed (friski jew iffriżati), bżar (ħelu) qamħ u żejt taż-żebbuġa.

(3)  Tuffieħ, kaboċċi bir-ras, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli u għeneb tal-inbid (ħomor jew bojod)

(4)  Butir, Bajd tat-Tiġieġ.

(5)  Ħalib tal-baqar, laħam tal-majjal.

(6)  Laħam tat-tjur, fwied (frat u annimali oħra li jixtarru, majjali u tjur).

(*1)  Il-Klormekwat u l-mepikwat għandhom ikunu analizzati fiċ-ċereali (ħlief ir-ross), l-għeneb tal-mejda u l-lanġas.

(*2)  Ċereali biss.

(*3)  Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2011. Id-deċiżjoni li ma ssirx analiżi għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.

Kumment dwar il-jonju tal-bromur. Il-jonju tal-bromur għandu jiġi analizzat bil-fors fil-ħass u t-tadam fl-2010, fir-ross u l-ispinaċi fl-2011 u fil-bżar ħelu fl-2012; u fuq bażi volontarja fil-bqija tal-prodotti bażiċi previsti għal kull sena. Id-deċiżjoni li ma jiġi analizzat l-ebda wieħed mill-prodotti bażiċi, għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.

Id-definizzjoni ta’ residwu tal-klorprofam għall-patata (klorprofam biss) għandha titqies fl-2011.

(*4)  Metaboliti fuq bażi volontarja biss.


ANNESS II

Numru ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2011 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2012 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2013 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ formuli u formuli ta’ prosegwiment għat-trabi.

(3)

Kampjun għal kull prodott bażiku li għandu jittieħed u jiġi analizzat skont it-tabella fil-punt (5) għandu jkun, fejn ikun possibbli, minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella f’punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta’ skrining kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta’ metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrining kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu tas-soltu ta’ mmirar biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Numru ta’ kampjuni għal kull Stat Membru.

Stat Membru

Kampjuni

BE

12 (*1)

15 (*2)

BG

12 (*1)

15 (*2)

CZ

12 (*1)

15 (*2)

DK

12 (*1)

15 (*2)

DE

93

EE

12 (*1)

15 (*2)

EL

12 (*1)

15 (*2)

ES

45

FR

66

IE

12 (*1)

15 (*2)

IT

65

CY

12 (*1)

15 (*2)

LV

12 (*1)

15 (*2)

LT

12 (*1)

15 (*2)

LU

12 (*1)

15 (*2)

HU

12 (*1)

15 (*2)

MT

12 (*1)

15 (*2)

NL

17

AT

12 (*1)

15 (*2)

PL

45

PT

12 (*1)

15 (*2)

RO

17

SI

12 (*1)

15 (*2)

SK

12 (*1)

15 (*2)

FI

12 (*1)

15 (*2)

SE

12 (*1)

15 (*2)

UK

66

NUMRU TOTALI MINIMU TA’ KAMPJUNI: 642


(*1)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.

(*2)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwi multipli.