12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 905/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livelli tal-iskattar ta' dazji addizzjonali fuq ħjar, qaqoċċ, klementin, mandolin u larinġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), partikolarment l-Artikolu 143(b), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jipprovdi għal sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul ir-Rawd tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, 2008 u 2009, għandhom jiġu aġġustati l-livelli tal-iskattar ta' dazji addizzjonali fuq ħjar, qaqoċċ, klementin, mandolin u larinġ.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni għas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI ADDIZZJONALI TA' IMPORTAZZJONI TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li hija indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

Livell tal-iskattar

(f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

1 215 717

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

966 474

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

12 303

78.0075

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

33 447

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

17 258

78.0100

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

55 369

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

368 535

78.0120

0805 20 10

Klementin

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

175 110

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

115 625

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

329 903

78.0160

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

92 638

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

146 510

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

1 262 435

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

95 357

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

280 764

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

83 435

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

49 314

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

90 511

78.0270

0809 30

Ħawħ, inklużi nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

6 867

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

57 764 ”