7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 878/2010

tas-6 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I, f’punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista fl-Anness I tiegħu għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom minn tal-inqas jiġu meqjusa s-sorsi ta’ informazzjoni imsemmijin f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur li jridu jpoġġu għad-disponiment tal-kontrolli uffiċjali fil-fruntieri tagħhom l-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jeħtieġ li tiġi rriveduta l-lista fl-Anness I għar-Regolament imsemmi. B’mod partikolari, l-Anness I tiegħu jrid jiġi rrivedut billi jitħassru dawk il-prodotti li dwarhom is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin hawn fuq juru grad ġeneralment soddisfaċenti ta’ konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-UE dwar is-sikurezza u li għalhekk ma għadux ġustifikat livell għoli ta’ kontroll uffiċjali, u billi jiżdiedu prodotti oħra li dwarhom l-istess sorsi juru grad ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-UE rigward is-sikurezza li jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali.

(4)

L-emendi għall-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 stipulati f’dan ir-Regolament għandhom isiru applikabbli kemm jista’ jkun malajr biex jintemmu l-kontrolli uffiċjali ta’ livell għoli għal dawk il-prodotti li jitneħħew mil-lista u jibdew dawn il-kontrolli fuq dawk il-prodotti li jiżdiedu mal-lista.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

“ANNESS I

A   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u Ikel

(l-użu maħsub)

Il-kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ origini

Riskju

Frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u fuq l-identità

(%)

Karawett, bil-qoxra

1202 10 90

L-Arġentina

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 10 90

Il-Brażil

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Taljarini mnixxfa

(Ikel)

ex 1902

Iċ-Ċina

Aluminju

10

Oligoelementi (2)

(Għalf u Ikel)

ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2836 99 11 ; ex 2836 99 17

Iċ-Ċina

Kadmju u ċomb

50

Mango

ex 0804 50 00

Ir-Repubblika Domenikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi Singulari (*)

50

Il-Fażola twila Ċiniża (Vigna sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

Bettiħa morra (Momordica charantia)

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

Kalabaxx lawki (Lagenaria siceraria)

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

Bżar

0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

(Ikel – frott u ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ; 0805 10 80

L-Eġittu

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS u b’metodi ta’ residwi Singulari (**)

10

Lanġas

0809 30 90

Rummien

ex 0810 90 95

Frawli

0810 10 00

Fażola ħadra

ex 0708 20 00

(Ikel – frott u ħaxix friski)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 10 90

Il-Gana

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

(Ikel – ħwawar friski)

ex 1211 90 85

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS u b’metodi ta’ residwi Singulari (***)

10

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

ex 0904 20 10

L-Indja

Aflatossini

50

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 10 00

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 20 00

Żinżel (Zingiber officinale)

0910 10 00

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel – ħwawar (li jaħirqu) imnixxfin)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 10 90

L-Indja

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

(Ikel)

ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ;

In-Niġerja

Aflatossini

50

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem

(Ikel – ross mitħun)

ex 1006 30

Il-Pakistan

Aflatossini

20

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

ex 0904 20 10

Il-Perù

Aflatossini u Okratossin A

10

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

(Ikel – ħwawar (li jaħirqu) imnixxfin)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Salmonella (****)

10

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

Minta

ex 1211 90 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS u b’metodi ta’ residwi Singulari (*****)

20

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

Il-Fażola twila Ċiniża (Vigna sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS u b’metodi ta’ residwi Singulari (*****)

50

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

Ħxejjex brassika

0704 ; ex 0710 80 95

(Ikel – frott u ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Bżar

0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

It-Turkija

Pestiċidi: metomil u ossamil

10

Qara’ bali

0709 90 70 ; ex 0710 80 95

Tadam

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel – frott u ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Lanġas

(Ikel)

0808 20 10 ; 0808 20 50

It-Turkija

Pestiċidi: amitraz

10

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

L-Użbekistan

Okratossina A

50

Karawett, bil-qoxra

1202 10 90

Il-Vjetnam

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

20

Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

0910 91 05

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel – ħwawar (li jaħirqu) imnixxfin)

 

Żejt aħmar tal-palm

ex 1511 10 90

(Ikel)

 

B   Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ jirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

(i)

Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

(ii)

Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

(iii)

Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

(iv)

L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


(*)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (Ditjokarbamati), id-Djafentjuron, id-Djazinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Profenofos, il-Propikonazol, it-tjabendazol, it-Tjakloprid.

(**)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendazim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djazinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda kiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.

(***)  Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.

(****)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579.

(*****)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendazim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-etil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijazofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.

(1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati biss għall-konsum dirett mill-bniedem huwa inkluż).

(2)  L-oligoelementi msemmijin f’dan ir-reġistru huma traċċi ġejjin mill-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ traċċi msemmijin fil-punt 3(b) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29). Għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli miżjuda stipulati f’dan ir-Regolament ukoll meta jkunu impurtati biex jintużaw fl-ikel.