25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 847/2010

tal-24 ta’ Settembru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2010 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt e) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4118 – 09.4119 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4117, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 hija trasferita [huma trasferiti] fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skont l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(7)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4118 – 09.4119 – 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2010, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjeni ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2010 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2010

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

 

L-Awstralja

09.4129

 (1)

 

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

4 127 145


b)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2010

It-Tajlandja

09.4112

 (3)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

 (3)

L-Indja

09.4117

 (4)

l-Pakistan

09.4118

9,553656  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

1,995380  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (3)


c)   Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2010

(f'kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

1,402856 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(2)  L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu.

(3)  L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu.

(4)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.