|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 845/2010
tat-23 ta’ Settembru 2010
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew minn bastimenti rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd fl-2010 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
27/T&Q |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
BFT/AE045W |
|
Speċi |
Tonn (Thunnus thynnus) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
|
Data |
23.7.2010 |