|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 810/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 tal-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 9(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), il-punt (e) tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10 u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew laħam frisk. Jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi li kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati f’Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrespondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti. Barra minn hekk, dawn il-kunsinni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju x-xieraq li għandu jitfassal skont il-mudelli stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi li l-kunsinni ta’ ċerti speċi ta’ naħal għandhom jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament fejn il-preżenza tas-small hive beetle (Aethina tumida) hija soġġetta għal notifikazzjoni obbligatorja madwar it-territorju kollu tal-pajjiż terz jew territorju kkonċernat. Madankollu, kunsinni ta’ naħal jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni minn parti ta’ pajjiż jew territorju terz elenkat f’dik il-Parti 1 li hija parti iżolata ġeografikament u epidemijoloġikament tal-pajjiż jew territorju terz u elenkat fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV. Fil-preżent, l-Istat tal-Ħawaii huwa elenkat f’dik il-kolonna. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 pprovda għal perjodu ta’ transizzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2010, matul liema żmien, il-kunsinni ta’ annimali ħajjin u ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem u akkompanjati minn ċertifikati veterinarji maħruġin skont ir-regoli fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament, ikunu jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni. |
|
(5) |
Minħabba xi żbalji fit-traspożizzjoni fil-verżjoni ppubblikata tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 b’mod partikolari fiċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Annessi għal dak ir-Regolament, dan ir-Regolament ġie ppubblikat mill-ġdid fil-Ġurnal Uffiċjali (5). Għaldaqstant, il-perjodu ta’ transizzjoni li għalih hemm ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi estiż sabiex iqis il-perjodu bejn il-pubblikazzjoni inizjali ta’ dak ir-regolament u l-pubblikazzjoni mill-ġdid tal-verżjoni kkoreġuta. |
|
(6) |
L-Arġentina talbet l-awtorizzazzjoni sabiex tibda tesporta lejn l-Unjoni laħam taċ-ċriev selvaġġ dissossat u maturat minn żona approvata mill-UE, ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’vaċċinazzjoni (AR-1). Dak il-pajjiż terz ipprovda garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali f’appoġġ għat-talba tiegħu. Iċ-ċertifikat veterinarju mudell RUW għandu għaldaqstant ikun indikat fil-kolonna 4 tat-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għall-parti tat-territorju tal-Arġentina indikata bħala AR-1 fit-tieni kolonna ta’ dik il-Parti. |
|
(7) |
Meta wieħed iqis li diment li jiġu rispettati r-regoli tas-saħħa tal-annimali tal-UE u b’mod partikolari li jista’ jiġi ggarantit, permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-annimali adegwata, li l-annimali bovini, kaprini u ovini miġburin fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ inklużi swieq huma tal-istess status tas-saħħa, dawk l-annimali destinati għall-qatla għall-produzzjoni ta’ laħam frisk sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni jistgħu joriġinaw minn ċentru ta’ assemblaġġ u mbagħad jistgħu jintbagħtu direttament lejn biċċerija approvata. Is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-annimali fin-Namibja ntweriet li tiżgura li l-annimali f’tali ċentri ta’ ġbir għandhom l-istess status tas-saħħa fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ esportazzjoni lejn l-UE u jistgħu jissodisfaw il-garanziji (J) kif hemm referenza għalihom fil-kolonna x-xierqa fil-Parti 1 tal-Anness II għal dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Fil-5 ta’ Mejju 2010, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-ismall hive beetle f’partijiet tal-Istat tal-Ħawaii. L-introduzzjoni tal-kunsinni tan-naħal minn dak l-Istat tista’ toħloq theddida serja għall-popolazzjonijiet tan-naħal fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-elenkar tal-Istat tal-Ħawaii fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi sospiż minn dik id-data. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat bix-xieraq. |
|
(10) |
Jeħtieġ li jiġi pprovdut għal perjodu ta’ transizzjoni sabiex l-Istati Membri u l-industrija jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif emendat b’dan ir-Regolament mingħajr ma jiġi mfixkel il-kummerċ. |
|
(11) |
Jeħtieġ li dan ir-Regolament ikollu effett retroattiv sabiex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ minħabba l-pubblikazzjoni reċenti ħafna tal-korriġendum li jaffettwa b’mod partikolari ċ-ċertifikati veterinarji. |
|
(12) |
Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 19 jinbidel bil-kliem li ġej: “Għal perjodu ta’ transizzjoni, dawk il-kunsinni ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ naħal li jkun ġej mill-Istat tal-Ħawaii, u laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem iċċertifikat qabel it-30 ta’ Novembru 2010 skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE u 2003/881/KE jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.” |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Fl-Anness IV, Parti 1, it-tabella fit-Taqsima 1 tinbidel b’li ġejja:
|
Artikolu 2
Għal perjodu ta’ transizzjoni, kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem li fir-rigward tagħhom, iċ-ċertifikati veterinarji relevanti ġew iċċertifikati qabel it-30 ta’ Novembru 2010, skont il-mudelli BOV u OVI, kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel ġew introdotti l-emendi bl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(6) Sospiż mill-5 ta’ Mejju 2010.”
ANNESS
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Parti 1 tinbidel b’dan li ġej: “PARTI 1 Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom (1)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(1) Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni li għalihom hemm ipprovdut fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
(2) Laħam minn annimali maqtula nhar jew qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni għal 90 jum minn dik id-data. Madankollu, kunsinni li jinġarru fuq bastimenti fl-ibħra fondi jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jekk iċċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 għal 40 jum minn dik id-data.(Fejn ma jkun hemm ebda data stabbilita fil-kolonna 7, ma għandha tapplika ebda restrizzjoni).
(3) Laħam minn annimali maqtulin biss dakinhar jew wara d-data stabbilita fil-kolonna 8 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Fejn ma jkun hemm ebda data stabbilita fil-kolonna 8, ma għandha tapplika ebda restrizzjoni ta’ żmien.
(4) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jsir qbil fuqu wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu fil-preżent fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Li ma jinkludix il-Kosovo, li fil-preżent huwa taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.