|
8.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 791/2010
tas-6 ta’ Settembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasporaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru [tat-trasportatur bl-ajru] li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, żewġ Stati Membri adottaw miżuri eċċezzjonali li jimponu projbizzjoni immedjata fuq l-operat fir-rigward tat-territorju tagħhom sabiex jirreaġixxu għal problemi imprevisti ta’ sikurezza. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4) tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistipula r-regoli implimentattivi għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, iż-żewġ Stati Membri talbu li l-lista tat-trasportaturi li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni Ewropea tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Huwa evidenti li t-tkomplija tal-operat ta’ dawn it-trasportaturi x’aktarx li tikkostitwixxi riskju serju għas-sikurezza, u li tali riskju ma ġiex solvut totalment permezz tal-miżuri urġenti li ħadu ż-żewġ Stati Membri konċernati. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi bl-ajru konċernati u indikatilhom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Peress li biex tissolva din is-sitwazzjoni huma neċessarji miżuri urġenti, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, il-Kummissjoni mhix meħtieġa tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tal-istess Regolament. Madankollu l-Kummissjoni tat opportunità lit-trasportaturi bl-ajru konċernati li jikkonsultaw id-dokumenti provduti mill-Istati Membri, sabiex iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali quddiem il-Kummissjoni u l-membri tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru konċernati ġiet ikkonsultata mill-Kummissjoni kif ukoll minn uħud mill-Istati Membri. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
Meridian Airways
|
(9) |
Teżisti evidenza verifikata ta’ nuqqasijiet serji fis-sikurezza min-naħa ta’ Meridian Airways, iċċertifikat fir-Repubblika tal-Gana. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Renju Unit waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa taħt il-programm SAFA (5). |
|
(10) |
Waqt laqgħa mal-Kummissjoni, fid-9 ta’ Ġunju 2010, li għaliha attendew anki l-awtoritajiet kompetenti tal-Gana flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju u tar-Renju Unit, it-trasportatur bl-ajru ressaq Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva maħsub sabiex jindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza. |
|
(11) |
Ir-Renju Unit u l-Belġju kkomunikaw lill-Kummissjoni li, fit-23 ta’ Lulju 2010 u fis-27 ta’ Lulju 2010 rispettivament, huma kienu adottaw projbizzjoni immedjata fuq l-operat fuq il-flotta kollha ta’ Meridian Airways fejn ġew ikkunsidrati l-kriterji komuni, fil-qafas tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(12) |
Barra minn hekk, il-Belġju u r-Renju Unit, fid-29 ta’ Lulju 2010, ressqu quddiem il-Kummissjoni talba sabiex tiġi aġġornata l-lista Komunitarja skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u kif inhu preskritt mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, sabiex tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat lejn l-Unjoni Ewropea fuq il-flotta kollha ta’ Meridian Airways. |
|
(13) |
Meridian Airways wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza b’risposta għat-talbiet tal-Belġju, kif urew in-nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza. L-ispezzjonijiet fir-rampa fir-Renju Unit f’Lulju 2010 identifikaw għadd ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru ta’ Meridian li qajmu wkoll tħassib dwar il-kontroll u l-ġestjoni tal-istandards tas-sikurezza tal-operat tat-titjir fil-Meridian Airways. Dawn l-ispezzjonijiet irriflettew xejra simili ta’ spezzjonijiet fir-rampa negattivi li twettqu matul l-aħħar sena minn Stati Membri oħrajn li kienu jindikaw kwistjonijiet sistemiċi sinifikanti fis-sikurezza fi ħdan it-trasportatur bl-ajru. |
|
(14) |
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Gana, filwaqt li kienu lesti li jikkooperaw mal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, ma indirizzawx b’mod adegwat is-sejbiet ewlenin tas-sikurezza li rriżultaw mill-ispezzjonijiet tas-SAFA, kif urew in-nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza. Madankollu, wara notifika mill-Kummissjoni dwar it-tħassib tagħha rigward l-istandards tas-sikurezza tat-trasportatur, fid-29 ta’ Lulju 2010 l-awtoritajiet kompetenti tal-Gana ssospendew iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru ta’ Meridian Airways. |
|
(15) |
Meridian Airways instemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju, tal-Ġermanja u tar-Renju Unit fit-12 ta’ Awwissu 2010. Dawn il-konsultazzjonijiet ma pprovdewx soluzzjonijiet sodisfaċenti sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fis-sikurezza f'perjodu qasir ta’ żmien. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Gana ma aċċettawx li jattendu għal-laqgħa. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni qed tieħu nota tal-impenn tat-trasportatur sabiex ikompli bil-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu. Il-progress li għamel it-trasportatur bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva flimkien ma’ kwalunkwe żvilupp ieħor għandhom jiġu eżaminat fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(17) |
Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Meridian Airways ma jilħaqx l-istandards rilevanti tas-sikurezza. It-trasportatur bl-ajru għandu jiġi suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat kollu tiegħu u għandu jiġi inkluż fl-Anness A. |
Airlift International (GH) Ltd
|
(18) |
Teżisti evidenza verifikata ta’ nuqqasijiet serji fis-sikurezza min-naħa ta’ Airlift International (GH) Ltd, iċċertifikat fir-Repubblika tal-Gana. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mir-Renju Unit waqt spezzjoni fir-rampa li twettqet taħt il-programm SAFA (6). |
|
(19) |
L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ikkomunikaw lill-Kummissjoni li fid-29 ta’ Lulju 2010 kienu adottaw projbizzjoni immedjata fuq l-operat tal-flotta kollha ta’ Airlift International (GH) Ltd, minħabba l-għadd ta’ sejbiet serji u kbar osservati waqt l-ispezzjoni fir-rampa kif ukoll in-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tal-ekwipaġġ tal-limiti applikabbli għall-ħinijiet tat-tijiriet. |
|
(20) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit, fid-29 ta’ Lulju 2010, ressaq quddiem il-Kummissjoni talba sabiex tiġi aġġornata l-lista Komunitarja skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u kif preskritt mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, sabiex tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat lejn l-Unjoni Ewropea fuq il-flotta kollha ta’ Airlift International (GH) Ltd. |
|
(21) |
Abbażi tat-talba tar-Renju Unit, il-Kummissjoni kkonsultat lit-trasportatur bl-ajru u lill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tiegħu. Dawn il-konsultazzjonijiet ma pprovdewx żgurar li n-nuqqasijiet identifikati fis-sikurezza tneħħew u li kien ġie implimentat pjan ta’ azzjoni adegwat sabiex ma jitħallewx jerġgħu jseħħu. |
|
(22) |
Airlift International (GH) Ltd u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gana nstemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tar-Renju Unit fit-18 ta’ Awwissu 2010. It-trasportatur bl-ajru pprovda dokumenti li juru li kellu permess li jopera erba’ inġenji tal-ajru tat-tip DC8-63F (marki tar-reġistrazzjoni 9G-FAB, 9G-TOP, 9G-RAC, 9G-SIM) imma li 9G-FAB u 9G-SIM kienu magħluqa f’maħżen. It-trasportatur bl-ajru spjega l-proċessi tas-sikurezza li għandu fis-seħħ iżda ma setax jagħti spjegazzjoni ċara għalfejn l-inġenju tal-ajru 9G-RAC, li nħareġ mill-imħażen biex jopera titjira lejn ir-Renju Unit, kien falla milli jilħaq l-istandards internazzjonali. It-trasportatur bl-ajru għarraf li dan l-aħħar kien tejjeb l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tiegħu u li attwalment kien għaddej b’eżami tal-proċessi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tiegħu. |
|
(23) |
Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-azzjonijiet li ħa t-trasportatur bl-ajru s’issa, u abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Airlift International (GH) Ltd għandu jiġi inkluż fl-Anness B sabiex ikunu permessi biss operati bl-inġenju tal-ajru bir-reġistrazzjoni 9G-TOP. Il-Kummissjoni se tirrivedi s-sitwazzjoni waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Anness A għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness A għal dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-Anness B għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness B għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p.15.
(2) ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14 (ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 281–295 (MT)). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru 590/2010 (ĠU L 170, 6.6.2010, p.9).
(3) ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14 (ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 281–295 (MT)).
(5) BCAA-2010-68, BCAA-2009-132, BCAA-2010-10, DGAC/F-2010-1297, LBA/D-2009-1415, LBA/D-2010-386, CAA-NL-2009-200, CAA-UK-2009-873, CAA-UK-2010-659, CAA-UK-2010-670, CAA-UK-2010-671, CAA-UK-2010-672.
(6) CAA-UK-2010-673.
ANNESS A
IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAT KOLLU TAGĦHOM HUWA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FL-UE (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) jew tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
L-Afganistan |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Surinam |
|
MERIDIAN AIRWAYS LTD |
AOC 023 |
MAG |
Ir-Repubblika tal-Gana |
|
SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL |
AOC/013/00 |
SRH |
Ir-Renju tal-Kambodja |
|
SILVERBACK CARGO FREIGHTERS |
Mhux magħruf |
VRB |
Ir-Repubblika tar-Rwanda |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AEROJET |
015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR26 |
004 |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GEMINI |
002 |
GLL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR JET |
003 |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ALADA |
005 |
RAD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIMALONGO |
011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
PHA |
019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
RUI & CONCEICAO |
012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SAL |
013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SERVISAIR |
018 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SONAIR |
014 |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
— |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AERO BENIN |
PEA No 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AFRICA AIRWAYS |
Mhux magħruf |
AFF |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ALAFIA JET |
PEA No 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS |
MHUX APPLIKABBLI |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN GOLF AIR |
PEA No 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN LITTORAL AIRWAYS |
PEA No 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
LTL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
COTAIR |
PEA No 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
COB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ROYAL AIR |
PEA No 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS |
BNR |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
TRANS AIR BENIN |
PEA No 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
TNB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO |
RAC 06-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
— |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER |
409/CAB/MIN/TVC/051/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/036/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/031/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/029/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/028/08 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BRAVO AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TC/0090/2006 |
BRV |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSINESS AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/048/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/052/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CETRACA AVIATION SERVICE |
409/CAB/MIN/TVC/026/08 |
CER |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CHC STELLAVIA |
409/CAB/MIN/TC/0050/2006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CONGO EXPRESS |
409/CAB/MIN/TVC/083/2009 |
EXY |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/035/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DOREN AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0032/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA) |
409/CAB/MIN/TVC/003/08 |
EWS |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
FILAIR |
409/CAB/MIN/TVC/037/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GALAXY KAVATSI |
409/CAB/MIN/TVC/027/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR) |
409/CAB/MIN/TVC/053/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMA EXPRESS |
409/CAB/MIN/TC/0051/2006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/045/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
HEWA BORA AIRWAYS (HBA) |
409/CAB/MIN/TVC/038/08 |
ALX |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB) |
409/CAB/MIN/TVC/033/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/042/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES (LAC) |
Firma ministerjali (ordinanza Nru. 78/205) |
LCG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MALU AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/04008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MANGO AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/034/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SAFE AIR COMPANY |
409/CAB/MIN/TVC/025/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVICES AIR |
409/CAB/MIN/TVC/030/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/050/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TMK AIR COMMUTER |
409/CAB/MIN/TVC/044/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRACEP CONGO AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/046/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRANS AIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/024/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
WIMBI DIRA AIRWAYS |
409/CAB/MIN/TVC/039/08 |
WDA |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
ZAABU INTERNATIONAL |
409/CAB/MIN/TVC/049/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Ġibuti responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż: |
|
|
Ġibuti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Ġibuti |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
|
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
mhux magħruf |
CEL |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
EGAMS |
mhux magħruf |
EGM |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES |
2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS |
EUG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GENERAL WORK AVIACION |
002/ANAC |
Mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GETRA - GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS |
739 |
GET |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GUINEA AIRWAYS |
738 |
Mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
STAR EQUATORIAL AIRLINES |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
UTAGE – UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL |
737 |
UTG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia u Metro Batavia, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALFA TRANS DIRGANTATA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASCO NUSA AIR |
135-022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
CARDIG AIR |
121-013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DIRGANTARA AIR SERVICE |
135-014 |
DIR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
EASTINDO |
135-038 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR TRANSPORT |
135-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KAL STAR |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
LION MENTARI AIRLINES |
121-010 |
LNI |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MANUNGGAL AIR SERVICE |
121-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MEGANTARA |
121-025 |
MKE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MERPATI NUSANTARA AIRLINES |
121-002 |
MNA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA BUANA AIR |
135-041 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NYAMAN AIR |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
REPUBLIC EXPRESS AIRLINES |
121-040 |
RPH |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAMPOERNA AIR NUSANTARA |
135-036 |
SAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SKY AVIATION |
135-044 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURVEI UDARA PENAS |
135-006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kazakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana li ddaħħal fl-Anness B, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AERO AIR COMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AEROPRAKT KZ |
Mhux magħruf |
APK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR ALMATY |
AK-0331-07 |
LMY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR COMPANY KOKSHETAU |
AK-0357-08 |
KRT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR DIVISION OF EKA |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR FLAMINGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR TRUST AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AK SUNKAR AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
AKS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ALMATY AVIATION |
Mhux magħruf |
LMT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ARKHABAY |
Mhux magħruf |
KEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA CONTINENTAL AIRLINES |
AK-0345-08 |
CID |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA CONTINENTAL AVIALINES |
AK-0371-08 |
RRK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA WINGS |
AK-0390-09 |
AWA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASSOCIATION OF AMATEUR PILOTS OF KAZAKHSTAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ATMA AIRLINES |
AK-0372-08 |
AMA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ATYRAU AYE JOLY |
AK-0321-07 |
JOL |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AVIA-JAYNAR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BEYBARS AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BERKUT AIR/BEK AIR |
AK-0311-07 |
BKT/BEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BERKUT KZ |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BURUNDAYAVIA AIRLINES |
AK-0374-08 |
BRY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
COMLUX |
AK-0352-08 |
KAZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
DETA AIR |
AK-0344-08 |
DET |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EAST WING |
AK-0332-07 |
EWZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EASTERN EXPRESS |
AK-0358-08 |
LIS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EURO-ASIA AIR |
AK-0384-09 |
EAK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EURO-ASIA AIR INTERNATIONAL |
Mhux magħruf |
KZE |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
FENIX |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
FLY JET KZ |
AK-0391-09 |
FJK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
IJT AVIATION |
AK-0335-08 |
DVB |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
INVESTAVIA |
AK-0342-08 |
TLG |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
IRTYSH AIR |
AK-0381-09 |
MZA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
JET AIRLINES |
AK-0349-09 |
SOZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
JET ONE |
AK-0367-08 |
JKZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIR JET |
AK-0387-09 |
KEJ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIRTRANS AIRLINE |
AK-0347-08 |
KUY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIRWEST |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAVIA |
Mhux magħruf |
KKA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAVIASPAS |
Mhux magħruf |
KZS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KOKSHETAU |
AK-0357-08 |
KRT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
MEGA AIRLINES |
AK-0356-08 |
MGK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
MIRAS |
AK-0315-07 |
MIF |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
NAVIGATOR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ORLAN 2000 AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
KOV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
PANKH CENTER KAZAKHSTAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
PRIME AVIATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SALEM AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
KKS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SAMAL AIR |
Mhux magħruf |
SAV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SAYAKHAT AIRLINES |
AK-0359-08 |
SAH |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SEMEYAVIA |
Mhux magħruf |
SMK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SCAT |
AK-0350-08 |
VSV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYBUS |
AK-0364-08 |
BYK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYJET |
AK-0307-09 |
SEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYSERVICE |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
TYAN SHAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
UST-KAMENOGORSK |
AK-0385-09 |
UCK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHETYSU AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
JTU |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHERSU AVIA |
Mhux magħruf |
RZU |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHEZKAZGANAIR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
ASIAN AIR |
Mhux magħruf |
AAZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK) |
08 |
BSC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
CLICK AIRWAYS |
11 |
CGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
DAMES |
20 |
DAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
EASTOK AVIA |
15 |
EEA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
GOLDEN RULE AIRLINES |
22 |
GRS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
ITEK AIR |
04 |
IKA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZ TRANS AVIA |
31 |
KTC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZSTAN AIRLINE |
Mhux magħruf |
KGA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
MAX AVIA |
33 |
MAI |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
S GROUP AVIATION |
6 |
SGL |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION |
14 |
SGD |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY WAY AIR |
21 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TENIR AIRLINES |
26 |
TEB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TRAST AERO |
05 |
TSJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja |
|
— |
Il-Liberja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR SERVICES SA |
004/MTAC/ANAC-G/DSA |
RVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR TOURIST (ALLEGIANCE) |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SCD AVIATION |
005/MTAC/ANAC-G/DSA |
SCY |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Filippini responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AEROWURKS AERIAL SPRAYING SERVICES |
4AN2008003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIR PHILIPPINES CORPORATION |
2009006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIR WOLF AVIATION INC. |
200911 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIRTRACK AGRICULTURAL CORPORATION |
4AN2005003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ASIA AIRCRAFT OVERSEAS PHILIPPINES INC. |
4AN9800036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AVIATION TECHNOLOGY INNOVATORS, INC. |
4AN2007005 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AVIATOUR'S FLY'N INC. |
200910 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AYALA AVIATION CORP. |
4AN9900003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
BEACON |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
BENDICE TRANSPORT MANAGEMENT INC. |
4AN2008006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CANADIAN HELICOPTERS PHILIPPINES INC. |
4AN9800025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CEBU PACIFIC AIR |
2009002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CHEMTRAD AVIATION CORPORATION |
2009018 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CM AERO |
4AN2000001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CORPORATE AIR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CYCLONE AIRWAYS |
4AN9900008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
FAR EAST AVIATION SERVICES |
2009013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
F.F. CRUZ AND COMPANY, INC. |
2009017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
HUMA CORPORATION |
2009014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
INAEC AVIATION CORP. |
4AN2002004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ISLAND AVIATION |
2009009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ISLAND TRANSVOYAGER |
2010022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
LION AIR, INCORPORATED |
2009019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MACRO ASIA AIR TAXI SERVICES |
4AN9800035 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MINDANAO RAINBOW AGRICULTURAL DEVELOPMENT SERVICES |
2009016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MISIBIS AVIATION & DEVELOPMENT CORP |
2010020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
OMNI AVIATION CORP. |
4AN2002002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC EAST ASIA CARGO AIRLINES, INC. |
4AS9800006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC AIRWAYS CORPORATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC ALLIANCE CORPORATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PHILIPPINE AIRLINES |
2009001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PHILIPPINE AGRICULTURAL AVIATION CORP. |
4AN9800015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ROYAL AIR CHARTER SERVICES INC. |
4AN2003003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ROYAL STAR AVIATION, INC. |
4AN9800029 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SOUTH EAST ASIA INC. |
2009004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SOUTHSTAR AVIATION COMPANY, INC. |
4AN9800037 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SPIRIT OF MANILA AIRLINES CORPORATION |
2009008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SUBIC INTERNATIONAL AIR CHARTER |
4AN9900010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SUBIC SEAPLANE, INC. |
4AN2000002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
TOPFLITE AIRWAYS, INC. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
TRANSGLOBAL AIRWAYS CORPORATION |
2009007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
WORLD AVIATION, CORP. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
WCC AVIATION COMPANY |
2009015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
YOKOTA AVIATION, INC. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ZENITH AIR, INC. |
2009012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ZEST AIRWAYS INCORPORATED |
2009003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Prínċipe responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
— |
— |
São Tomé u Prínċipe |
|
AFRICA CONNECTION |
10/AOC/2008 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
BRITISH GULF INTERNATIONAL COMPANY LTD |
01/AOC/2007 |
BGI |
São Tomé u Prínċipe |
|
EXECUTIVE JET SERVICES |
03/AOC/2006 |
EJZ |
São Tomé u Prínċipe |
|
GLOBAL AVIATION OPERATION |
04/AOC/2006 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
GOLIAF AIR |
05/AOC/2001 |
GLE |
São Tomé u Prínċipe |
|
ISLAND OIL EXPLORATION |
01/AOC/2008 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSAFRIK INTERNATIONAL LTD |
02/AOC/2002 |
TFK |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSCARG |
01/AOC/2009 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSLIZ AVIATION (TMS) |
02/AOC/2007 |
TMS |
São Tomé u Prínċipe |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sjerra Leone responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
— |
— |
Sjerra Leone |
|
AIR RUM, LTD |
Mhux magħruf |
RUM |
Sjerra Leone |
|
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
Mhux magħruf |
DTY |
Sjerra Leone |
|
HEAVYLIFT CARGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sjerra Leone |
|
ORANGE AIR SJERRA LEONE LTD |
Mhux magħruf |
ORJ |
Sjerra Leone |
|
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
Mhux magħruf |
PRR |
Sjerra Leone |
|
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
Mhux magħruf |
SVT |
Sjerra Leone |
|
TEEBAH AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sjerra Leone |
|
It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUN AIR COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MARSLAND COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ATTICO AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
FOURTY EIGHT AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDANESE STATES AVIATION COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJARA AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BADER AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALFA AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
AZZA TRANSPORT COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJAL AVIATION SERVICE |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż, |
— |
— |
Is-Sważiland |
|
SWAZILAND AIRLINK |
Mhux magħruf |
SZL |
Is-Sważiland |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż, |
|
|
Iż-Żambja |
|
ZAMBEZI AIRLINES |
Z/AOC/001/2009 |
ZMA |
Iż-Żambja |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji bl-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS B
IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAT TAGĦHOM HUWA SUĠĠETT GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UE (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
It-tip ta’ inġenju tal-ajru ristrett |
Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
|
DPRK |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Tu- 204 |
Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633 |
DPRK |
|
AFRIJET (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR ASTANA (3) |
AK-0388-09 |
KZR |
Kazakistan |
Il-flotta kollha ħlief: erba’ (2) inġenji tal-ajru tat-tip B767; erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip B757; għaxar (10) inġenji tal-ajru tat-tip A319/320/321; ħames (5) inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 50 |
Il-flotta kollha ħlief: P4-KCA, P4-KCB; P4-EAS, P4-FAS, P4-GAS, P4-MAS; P4-NAS, P4-OAS, P4-PAS, P4-SAS, P4-TAS, P4-UAS, P4-VAS, P4-WAS, P4-YAS, P4-XAS; P4-HAS, P4-IAS, P4-JAS, P4-KAS, P4-LAS |
Aruba (Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi |
|
AIRLIFT INTERNATIONAL (GH) LTD |
AOC 017 |
ALE |
Ir-Repubblika tal-Gana |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip DC8-63F |
Il-flotta kollha ħlief: 9G-TOP |
Ir-Repubblika tal-Gana |
|
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Komoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336) |
Il-Komoros |
|
GABON AIRLINES (4) |
001/MTAC/ANAC |
GBK |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B-767-200 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LHP |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
IRAN AIR (5) |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
Il-flotta kollha ħlief: 14-il inġenju tal-ajru tat-tip A300, tmien (8) inġenji tal-ajru tat-tip A310, inġenju tal-ajru wieħed (1) B737, |
Il-flotta kollha ħlief: EP-IBA EP-IBB EP-IBC EP-IBD EP-IBG EP-IBH EP-IBI EP-IBJ EP-IBM EP-IBN EP-IBO EP-IBS EP-IBT EP-IBV EP-IBX EP-IBZ EP-ICE EP-ICF EP-IBK EP-IBL EP-IBP EP-IBQ EP-AGA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
|
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL601; inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel |
|
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief: tliet (3) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 u erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700 |
Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TBF, D2, TBG, D2-TBH, D2-TBJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
UKRAINIAN MEDITERRANEAN |
164 |
UKM |
L-Ukraina |
Il-flotta kollha ħlief inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip MD-83 |
Il-flotta kollha ħlief: UR-CFF |
L-Ukraina |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
(2) Afrijet huwa permess biss juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operati attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.
(3) Air Astana huwa permess biss juża l-inġenju tal-ajru speċifiku msemmi għall-operati attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.
(4) Gabon Airlines huwa permess biss juża biss l-inġenju tal-ajru speċifiku msemmi għall-operati attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.
(5) Iran Air huwa permess jopera lejn l-Unjoni Ewropea meta juża l-inġenju tal-ajru speċifiku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.