|
4.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) No 787/2010
tat-3 ta’ Settembru 2010
li jemenda għal 134 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) u 7a(5) (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqaw taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-6 ta' Awwissu 2010 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika u persuna ġuridika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji u li jemenda tliet annotazzjonijiet fuq l-elenku. |
|
(3) |
Fl-24 ta' Awwissu 2010 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
|
(4) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b'hekk emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal bir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
|
(3) |
L-annotazzjoni “Lionel Dumont (alias (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza, (c) Di Karlo Antonio, (d) Merlin Oliver Christian Rene, (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza, (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: L-aħħar indirizz reġistrat kien fil-Bosnja-Ħerzegovina 3 Kranjceviceva Street, Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: (a) 21.1.1971, (b) 29.1.1975, (c) 1971, (d) 21.1.1962, (e) 24.8.1972, (h) 29.1.1975. Post tat-twelid: (a) Roubaix, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Nru tal-passaport: (a) 674460 (Passaport Taljan bl-isem Di Karlo Antonio); (b) 96DH25457 (Passaport Franċiż bl-isem Merlin Oliver Christian Rene); (c) GE1638E (Passaport Tuneżin bl-isem Arfani Imad Ben Yousset). Informazzjoni oħra: (a) Kien detenut fi Franza minn Ottubru 2004; (b) Miżżewweġ lil ċittadina tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Lionel Dumont (alias (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza, (c) Di Karlo Antonio, (d) Merlin Oliver Christian Rene, (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza, (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: Franza. Data tat-twelid: 21.1.1971. Post tat-twelid: Roubaix, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Informazzjoni oħra: Kien jinżam taħt kustodja fi Franza minn Mejju 2004. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” |
|
(4) |
L-annotazzjoni “Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (alias (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Abdel Aziz Ben Narvan, (d) Amro, (e) Omar, (f) Amrou, (g) Amr). Data tat-twelid: (a) 8.2.1969, (b) 15.8.1970. Indirizz: (a) Via Bellaria 10, Bolonja, l-Italja; (a) Via Lazio 3, Bolonja, l-Italja; (c) 1 Fetaha Becirbegovica Street. Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina; (d) 100 Blatusa Street, Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina. Post tat-twelid: (a) Sfax, it-Tuneżija; (b) Sereka, l-eks Jugoslavja. Ċittadinanza: Tuneżina. Nru tal-passaport: (a) K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f'Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000), (b) 0899199 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fis-16.4.1999, li skada fis-16.4.2004), (c) 3816349 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina fit-18.7.2001, li skada fit-18.7.2006), (d) 4949636 passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fis-27.12.2005 mill-Uffiċċju Konsulari tal-Bosnja-Ħerzegovina f'Milan, li se jiskadi fis-27.12.2010 (dan il-passaport ġie invalidat fl-10.12.2007). Informazzjoni oħra: (a) Data tat-twelid: 15.8.1970 u post tat-twelid: Sereka, l-eks Jugoslavja huma l-psewdonimi Ben Narvan Abdel Aziz u Abdel Aziz Ben Narvan; (b) ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina irtirata; (c) Huwa m'għandux dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (alias (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Abdel Aziz Ben Narvan, (d) Amro, (e) Omar, (f) Amrou, (g) Amr). Indirizz: Nuoro, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 8.2.1969, (b) 15.8.1970. Post tat-twelid: (a) Sfax, it-Tuneżija; (b) Sereka, l-eks Jugoslavja. Ċittadinanza: Tuneżina. Nru tal-passaport: (a) K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f'Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000). Informazzjoni oħra: Data tat-twelid: 15.8.1970 u post tat-twelid: Sereka, l-eks Jugoslavja huma l-psewdonimi Ben Narvan Abdel Aziz u Abdel Aziz Ben Narvan. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” |
|
(5) |
L-annotazzjoni “Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Hitem, (d) Hasim). Indirizz: (a) Via Milano 105, Casal di Principe (Caserta), l-Italja; (b) Via di Saliceto 51/9, Bolonja, l-Italja; (c) 8 Dzamijska Street (qabel kellha l-isem ta' Gorazdanska Street), Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (d) Kopcici Street, Bugojno, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: (a) 1.3.1970, (b) 26.3.1972. Post tat-twelid: Taiz, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemenita. Nru tal-passaport: 3545686 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ f'Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina fis-26.7.2001 li skada fis-26.7.2006). Informazzjoni oħra: Ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u huwa m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Tarek Naser, (d) Hitem, (e) Hasim). Indirizz: Manchester, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 26.3.1972. Post tat-twelid: It-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” |