3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 777/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Prosciutto Toscano (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (4) Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 322, 30.12.2009, p. 33.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto Toscano (DPO)