31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 768/2010

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Unjoni u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għar-rimunerazzjonijiet imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, għall-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għar-rimunerazzjonijiet, b’effett retroattiv.

(3)

Jeħtieġ li jsir provvediment għall-ħlas lura ta’ pagamenti fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda.

(4)

Jeħtieġ li jsir provvediment għall-irkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda fil-każ ta' tnaqqis tar-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Jeħtieġ li jsir provvediment sabiex kull ħlas lura eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fl-Unjoni għar-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Unjoni,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif indikati fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u għandhom jikkorrispondu għall-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 2

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħlasijiet lura fil-każ ta’ żieda fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi tar-rimunerazzjonijiet fl-eventwalità ta' tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi li jinsabu fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu rkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel il-31 ta’ Awwissu 2010. Il-ħlas lura għandu jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

POST TAX-XOGĦOL

Koeffiċjenti korrettivi

Lulju 2009

Afganistan (*)

0

Albanija

73,9

Alġerija

76,5

Angola

115,8

Arġentina

57,1

Armenja

68,7

Awstralja

102,3

Azerbajġan

93,7

Bangladexx

50,8

Barbados

111

Belarus

61,5

Beliż

65,9

Benin

93,1

Bolivja

58,4

Bożnja u Ħerżegovina (Banja Luka)

62,5

Bożnja u Ħerżegovina (Sarajevo)

73,2

Botswana

53,2

Brażil

87,4

Burkina Faso

95,8

Burundi (*)

0

Cape Verde

73,1

Ċad

122,8

Ċilì

61,9

Ċina

85,6

Djibouti

97,1

Ekwador

70,3

Eġittu

39,2

El Salvador

70,2

Eritrea

50,1

Etjopja

83,8

Fiġi

61,9

Filippini

62,7

Gabon

104,4

Gambja

60,7

Ġamajka

84,8

Ġappun (Tokyo)

126,3

Georgja

86,5

Ghana

53,1

Ġordan

81,5

Gwatemala

75,5

Guinea (Conakry)

63,5

Guinea-Bissau

107,7

Gujana

59,3

Ħaiti

107,4

Ħonduras

70,2

Hong Kong

95

Indja

54,5

Indoneżja (Banda Aceh)

51,2

Indoneżja (Jakarta)

74,3

Iraq (*)

0

Iżrael (Tel Aviv)

102,5

Kambodja

71,5

Kamerun

95,6

Kanada

74,6

Kazakstan (Almaty)

76,3

Kazakstan (Astana)

68,1

Kenja

75,1

Kolombja

76

Kongo (Brazzaville)

118,2

Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa)

125,3

Kosovo (Pristina)

54,6

Kosta Rika

75,1

Kosta tal-Avorju

99,5

Kroazja

92,3

Kuba

83,2

Kyrgyżstan

85,9

Laos

85,7

Lesoto

57,3

Libanu

81,9

Liberja

90,8

Maċedonja, ex-Repubblika Jugoslava ta’

68,1

Madagaskar

83,9

Malawi

76

Malajsja

70,1

Mali

84,9

Marokk

76,1

Mawritanja

61,1

Mawrizju

69,7

Messiku

65,1

Moldova

64,3

Montenegro

68,1

Możambik

73,4

Namibja

71,2

Nepal

77,7

New Caledonia

125,9

New Zealand

86,4

Niġer

85,9

Niġerja

87,5

Nikaragwa

55,5

Norveġja

125,2

Pakistan

43,9

Panama

57,6

Papua New Guinea

94,2

Paragwaj

66,5

Peru

75,1

Repubblika Ċentrali Afrikana

106,7

Repubblika Dominikana

64,4

Russja

97,1

Rwanda

84,6

Samoa

70,5

Sawdi Arabja

85,2

Senegal

90,3

Serbja (Belgrad)

66,5

Sierra Leone

75,1

Singapor

97,3

Sirja

77,1

Solomon, Gżejjer ta’

90,3

Sri Lanka

62,9

Stati Uniti (New York)

92

Stati Uniti (Washington)

87,4

Sud Afrika

57,5

Sudan tan-Nofsinhar (Juba)

91,6

Sudan (Khartoum)

52,5

Sud Korea

82,8

Surinam

45,9

Sważilandja

58,2

Svizzera (Geneva)

109,5

Svizzera (Berna)

109

Taġikistan

56,9

Tajwan

76,6

Tajlandja

55,6

Tanzanija

67,6

Timor Leste

67,8

Togo

87,9

Trinidad u Tobago

74,6

Tuniżija

68,7

Turkija

76,6

Uganda

63,4

Ukrajna

75,1

Urugwaj

71,3

Użbekistan

50,9

Vanwatu

102,2

Venezwela

92,4

Vjetnam

47,4

West Bank - Strixxa ta’ Gaza

100,7

Yemen

66,6

Żambja

49,2

Żimbabwe (*)

0


(*)  Mhux disponibbli.