|
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 730/2010
tat-13 ta’ Awwissu 2010
li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 142(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (2) jispeċifika l-ogħla limitu għall-allokazzjoni għal drittijiet għal-pagamenti mir-riżerva nazzjonali għal bdiewa f'sitwazzjoni speċjali, li għandu jiġi stabbilit l-għadd massimu ta' drittijiet ta' pagamenti li bidwi jista' jirċievi skont l-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, minflok saret referenza bi żball għall-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament. Jeħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut, b'effett mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni subparagrafu l-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009, l-“Artikolu 22” jinbidel bl-“Artikolu 17”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO