13.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 726/2010

tat-12 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta’ prodotti tal-apikoltura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-apikoltura stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal dawk il-programmi huwa bbażat fuq iċ-ċensiment [il-popolazzjoni] tan-naħal f'kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(2)

Fil-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri li jaġġornaw id-dettalji [id-dejta] strutturali dwar il-qagħda fis-settur kif stipulat fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, kien hemm tibdiliet fin-numru ta’ doqqajs.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba li l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004 jistabbilixxi l-31 ta’ Awwissu bħala d-data finali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri taħt il-programmi tal-apikoltura għas-sena li għaliha jirrelataw dawn il-miżuri, dan ir-Regolament għandu japplika mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 917/2004 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-ewwel darba għall-programmi li jkopru s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.


ANNESS

“ANNESS I

Stat Membru

Popolazzjoni tan-naħal

Numru ta’ doqqajs

BE

112 000

BG

617 420

CZ

497 946

DK

170 000

DE

711 913

EE

24 800

EL

1 502 239

ES

2 459 373

FR

1 338 650

IE

24 000

IT

1 127 836

CY

43 975

LV

64 133

LT

117 977

LU

8 171

HU

900 000

MT

2 722

NL

80 000

AT

367 583

PL

1 123 356

PT

562 557

RO

1 280 000

SI

142 751

SK

235 689

FI

46 000

SE

150 000

UK

274 000

L-UE 27

13 985 091 ”