30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 681/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jemenda għall-132 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fid-19 ta' Lulju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid erba' persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Għall-President
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
(1) |
“Amir Abdullah (alias Amir Abdullah Sahib). Indirizz: Karachi, il-Pakistan Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1972. Post tat-twelid: il-Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
(2) |
“Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi (alias (a) Anwar al-Aulaqi, (b) Anwar al-Awlaki, (c) Anwar al-Awlaqi, (d) Anwar Nasser Aulaqi, (e) Anwar Nasser Abdullah Aulaqi, (f) Anwar Nasser Abdulla Aulaqi). Data tat-twelid: (a) 21.4.1971, (b) 22.4.1971. Post tat-twelid: Las Cruces, New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: (a) Amerikan mill-Istati Uniti, (b) Jemenita. Tagħrif ieħor: Ilu jistaħba fil-Jemen minn Diċembru 2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
(3) |
“Nasiruddin Haqqani (alias (a) Naseer Haqqani, (b) Dr. Naseer Haqqani, (c) Nassir Haqqani, (d) Nashir Haqqani, (e) Naseruddin, (f) Dr. Alim Ghair). Indirizz: Il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1970-1973. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Assoċjat mal-Haqqani Network, li jopera 'l barra mill-Waziristan tat-Tramuntana fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati b'mod Federali. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
(4) |
“Gul Agha Ishakzai (alias (a) Mullah Gul Agha, (b) Mullah Gul Agha Akhund, (c) Hidayatullah, (d) Haji Hidayatullah, (e) Hayadatullah). Indirizz: Il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Kandahar, l-Afghanistan. Tagħrif ieħor: Huwa parti mill kunsill tat-Taliban li nħalaq dan l-aħħar li jikkoordina l-ġabra taz-zakat (taxxa Musulmana) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |