|
24.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 663/2010
tat-23 ta’ Lulju 2010
li jemenda għall-131 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-9 u l-15 ta’ Lulju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi u tliet persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fit-12 ta' Lulju 2010 hu ddeċieda li jemenda d-dejta ta' identifikazzjoni li tikkonċerna żewġ persuni fiżiċi fuq dik il-lista. |
|
(3) |
L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Għall-President
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:
|
|
(3) |
L-annotazzjoni “Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (magħruf ukoll bħala (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Indirizz: 14 Abdesthana Street, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) G737411 (passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990, u skada fl-20.9.1997); (b) il-Bosnja-Ħerzegovina 0801888 maħruġ f’Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fl-14.9.1998, u skada fl-14.9.2003). Tagħrif ieħor: (a) Ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina irtirata f'Lulju 2006; (b) l-indirizz hu l-aħħar indirizz irreġistrat fil-Bosnja-Ħerzegovina; (c) allegatament arrestat f’Istanbul, fit-Turkija u deportat lejn l-Italja; (d) hu m’għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej: “Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (magħruf ukoll bħala (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Indirizz: m'għandu l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: G737411 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990, u skada fl-20.9.1997). Tagħrif ieħor: allegatament arrestat f’Istanbul, fit-Turkija u deportat lejn l-Italja; Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.” |
|
(4) |
L-annotazzjoni “Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad; (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik; (c) Ben Muhammad Aiadi; (d) Ben Muhammad Aiady; (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed; (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed; (g) Chafiq Ayadi; (h) Chafik Ayadi; (i) Chafiq Ayadi; (j) Ayadi Chafik; (k) Ajadi Chafik; (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussée de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) 20 Provare Street Sarajevo, (l-aħħar indirizz irreġistrat fil-Bosnja-Ħerzegovina); (e) Dublin, l-Irlanda (residenza f’Awwissu 2009). Data tat-twelid: (a) 21.3.1963; (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) E423362 (Passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, u skada fl-14.5.1993); (b) 0841438 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fit-30.12.1998, u skada fit-30.12.2003); (c) 0898813 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fit-30.12.1999 f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina); (d) 3449252 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fit-30.5.2001 mill-Uffiċċju Konsulari tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Londra, u skada fit-30.5.2006). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma kienet residenti fil-Belġju; (b) Huwa allegat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat ma' Al- Haramain Islamic Foundation; (e) Iċ-ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej: “Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad; (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik; (c) Ben Muhammad Aiadi; (d) Ben Muhammad Aiady; (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed; (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed; (g) Chafiq Ayadi; (h) Chafik Ayadi; (i) Ayadi Chafiq; (j) Ayadi Chafik; (k) Ajadi Chafik; (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussée de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) Dublin, l-Irlanda (residenza f’Awwissu 2009). Data tat-twelid: (a) 21.3.1963; (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: E423362 (Passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, u skada fl-14.5.1993); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma kienet residenti fil-Belġju; (b) Huwa allegat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat ma' Al- Haramain Islamic Foundation; Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.” |