25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 554/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2000/599/PESK tad-9 ta’ Ottubru 2000 dwar appoġġ lil FRY demokratika u t-tneħħija immedjata ta’ ċerti miżuri restrittivi (1), u għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2000/696/PESK tal-10 ta’ Novembru 2000 fuq il-manteniment ta’ miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu (2),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 tal-10 Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu (3) ikkonferma ċerti miżuri restrittivi f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2000/599/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK.

(2)

Huwa adatt li r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 jiġi allinjat mal-iżviluppi reċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet, minn naħa waħda fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa l-oħra fir-rigward tal-Artikolu dwar il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kwalunkwe informazzjoni li d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu elużi għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II u/jew lill-Kummissjoni.”;

(2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 1, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Kwalunkwe informazzjoni li tiġi pprovduta jew li tasal skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet.”;

(3)

Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa:

(a)

li temenda l-Anness I, billi tqis id-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK,

(b)

fuq bażi eċċezzjonali, li tagħti eżenzjonijiet għall-Artikolu 1 għal finijiet strettament umanitarji,

(ċ)

li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

3.   Kwalunkwe talba minn persuna għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (b) jew għal emenda tal-Anness I, għandha ssir permezz tal-awtoritajiet kompetenti kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness II.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-aktar mod sħiħ, l-informazzjoni pprovduta mill-persuni li jagħmlu talba.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u jidentifikawhom fil-websites elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tal-websites tagħhom elenkati fl-Anness II qabel ma jidħlu fis-seħħ dawn il-bidliet.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

(5)

L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li hija ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.”;

(6)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 261, 14.10.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 287, 14.11.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19 (MT: Edizzjoni Speċjali: Kap 10, Vol 1, p. 238).


ANNESS

“ANNESS II

Il-websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u l-indirizzi għan-notifiki u t-talbiet lill-Kummissjoni Ewropea

 

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

 

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

 

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

ŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki u talbiet lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73”