|
24.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2010
tat-23 ta’ Ġunju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fis-23 ta’ Lulju 2009, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Emendi għall-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, minn hawn 'il quddiem “l-emendi għall-IFRS 1”. Skont l-emendi għall-IFRS 1 entitajiet b'attivitajiet fiż-żejt u l-gass fi tranżizzjoni lejn l-IFRSs jistgħu jużaw ammonti miżmuma fil-kotba għal assi ta' żejt u gass iddeterminati skont ir-regoli preċedenti tagħhom tal-kontabilità. Dawk l-entitajiet li jiddeċiedu li jużaw dik l-eżenzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkejlu d-dekummissjonament, ir-restawr u r-responsabbiltajiet simili marbuta mal-assi taż-żejt u l-gass skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti u li jaċċettaw li jagħmlu tajjeb għar-responsabbiltà permezz tal-qligħ miżmum. L-emendi għall-IFRS 1 jikkonċernaw ukoll il-valutazzjoni mill-ġdid tad-determinazzjoni tat-twellija. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IFRS 1 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju 1 l-Adozzjoni għall-ewwel darba tal-istandards internazzjonali tar-rappurtaġġ finanzjarju, għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 1, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
|
IFRS 1 |
Emendi għall-IFRS 1 Eżenzjonijiet Addizzjonali għal Dawk li Jadottawh għall-Ewwel Darba |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org
Emendi għall-IFRS 1
Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju
Jiddaħħlu intestatura u l-paragrafi 31Au 39A.
PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR
Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs
Użu tal-kost preżunt għall-assi taż-żejt u l-gass
|
31A |
Jekk entità tuża l-eżenzjoni tal-paragrafu D8A(b) għall-assi taż-żejt u l-gass, hi għandha tiżvela dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew allokati l-ammonti miżmuma fil-kotba ddeterminati skont il-GAAP preċedenti. |
DATA EFFETTIVA
|
39A |
Eżenzjonijiet addizzjonali għal Min Jadotta għall-Ewwel darba (Emendi għall-IFRS 1), maħruġa f'Lulju 2009, żied il-paragrafi 31A, D8A, D9A, u D21A u emenda l-paragrafi D1(c), (d) u (1). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
EŻENZJONIJIET MINN IFRSS OĦRA
Fl-Appendiċi D jiġu emendati l-paragrafi D1(c), (d) u (l) u intestatura. Jiddaħħlu l-paragrafi D8A, D9A u D21A.
|
D1 |
Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet:
|
Kost preżunt
|
D8A |
Fl-ambitu ta' xi rekwiżiti nazzjonali tal-kontabbiltà, il-kostijiet għall-esplorazzjoni u l-iżvilupp għall-proprjetajiet taż-żejt u l-gass fil-fażijiet ta' żvilupp u produzzjoni jiġu rreġistrati f'ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprejtajiet kollha f'żona ġeografika kbira. Min jadotta l-ewwel darba u juża tali kontabbiltà fl-ambitu tal-GAAP preċedenti jista' jagħżel li jkejjel l-assi taż-żejt u l-gass fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs abbażi ta' li ġej:
L-entità għandha tittestja l-assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni u assi fil-fażi tal-iżvilupp u l-produzzjoni għall-indeboliment fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs skont l-IFRS 6 Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom jew l-IAS 36 rispettivament u, fejn meħtieġ, tnaqqas l-ammont iddeterminat skont (a) jew (b) hawn fuq. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, assi taż-żejt u l-gass jinkludu biss dawk l-assi użati fl-esplorazzjoni, evalwazzjoni, żvilupp jew produzzjoni taż-żejt u l-gass. |
Kuntratti ta' Kiri
|
D9A |
Jekk min ikun qed jadotta għall-ewwel darba jkun għamel l-istess determinazzjoni ta' jekk arranġament jinkludix kuntratt ta' kera skont il-GAAP preċedenti bħal dak meħtieġ skont l-IFRIC 4 iżda f'data oħra għajr dik meħtieġa mill-IFRIC 4, min jadotta l-ewwel darba ma jkunx meħtieġ jirrivaluta dik id-determinazzjoni meta jadotta l-IFRSs. Għal entità biex tkun għamlet l-istess determinazzjoni dwar jekk l-arranġament ikunx fih kuntratt ta' kera skont il-GAAP preċedenti, dik id-determinazzjoni trid tkun tat l-istess eżitu bħal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IAS 17 Kuntratti ta' kera u l-IFRIC 4. |
Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjant u tagħmir
|
D21A |
Entità li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8A(b) (għall-assi taż-żejt u l-gass fil-fażijiet tal-iżvilupp jew il-produzzjoni rreġistrati fiċ-ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprjetajiet kolla f'żona ġeografika kbira skont il-GAAP preċedenti) għandha, minflok tapplika l-paragrafu D21 jew l-IFRIC 1:
|