19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. L-Anness IV għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(3)

L-Artikoli 8(a), 9 u 11 (2) (b) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jirreferu għad-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ġie nnominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill. Hu xieraq li tkun miżjuda d-data rilevanti ma' kull annotazzjoni.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 hu b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 116/2008 (ĠU L 35, 9.2.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura ‘A. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi’:

(a)

‘Il-Kumpless Industrijali Amin (magħruf ukoll bħala (a) Amin Industrial Compound, (b) Amin Industrial Company). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) P.O. Box 91735-549, Mashad, l-Iran; (b) Amin Industrial Estate, Khalage Rd., Seyedi District, Mashad, l-Iran; (c) Kaveh Complex, Khalaj Rd., Seyedi St., Mashad, l-Iran; Tagħrif ieħor: (a) Il-Kumpless Industrijali Amin ipprova jikseb kontrolluri tat-temperatura li jistgħu jintużaw fir-riċerka u l-faċilitajiet operazzjonali/ta' produzzjoni nukleari, (b) Il-Kumpless Industrijali Amin huwa l-proprjetà ta’, jew huwa kkontrollat minn, jew jaġixxi f’isem l-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO), li ġiet innominata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1737 (2006).’

(b)

‘Il-Grupp tal-Industriji tal-Armamenti. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: (a) Sepah Islam Road, Karaj Special Road Km 10, l-Iran; (b) Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Il-Grupp tal-Industriji tal-Armamenti (AIG) jimmanifattura diversi armi żgħar u armamenti ħfief, inklużi arma tan-nar ta’ kalibru kbir jew medju u teknoloġija relatata, u jipprovdi servizzi li jikkonċernawhom, (b) L-AIG jmexxi l-maġġoranza tal-attività tiegħu ta’ ksib permezz tal-Kumpless tal-Industriji Hadid.’

(c)

‘Iċ-Ċentru tar-Riċerka tat-Teknoloġija tad-Difiża u x-Xjenza. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Iċ-Ċentru tar-Riċerka tat-Teknoloġija tad-Difiża u x-Xjenza (DTSRC) huwa l-proprjetà ta’ jew huwa kkontrollat minn jew jaġixxi f’isem il-Ministeru tad-Difiża u tal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran, li jissorvelja r-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni, l-esportazzjoni u l-ksib tad-difiża tal-Iran.’

(d)

‘Doostan International Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Id-Doostan International Company (DICO) tforni elementi għall-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.’

(e)

‘Farasakht Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 83145-311, Kilometer 28, Esfahan-Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, l-Iran. Tagħrif ieħor: Farasakht Industries hija l-proprjetà tal-Iran Aircraft Manufacturing Company jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f'isimha u l-istess Iran Aircraft Manufacturing Company hija, min-naħa tagħha, proprjetà ta’ MODAFL jew hija kkontrollata minnu.’

(f)

‘L-Istitut Fater (jew Faater). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: (a) sussidjarju ta’ Khatam al-Anbiya (KAA), (b) Fater ħadem ma’ fornituri barranin, x’aktarx f'isem kumpaniji oħra ta' KAA fuq proġetti tal-IRGC projects fl-Iran, (c) Il-proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew huwa kkontrollat minnhom jew jaġixxi f’isimhom.’

(g)

‘First East Export Bank, P.L.C. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Unit Level 10 (B1), Main Office Tower, Financial Park Labuan, Jalan Merdeka, 87000 WP Labuan, il-Malasja. Tagħrif ieħor: (a) Il-First East Export Bank, PLC huwa l-proprjetà tal-Bank Mellat, jew huwa kkontrollat minnu, jew jaġixxi f’ismu, (b) Matul l-aħħar seba’ snin, il-Bank iffaċilita tranżazzjonijiet għal mijiet ta’ miljuni ta' dollari fi tranżazzjonijiet għal entitajiet Iranjani nukleari, missilistiċi u tad-difiża, (c) Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju LL06889 (il-Malasja).’

(h)

‘Gharagahe Sazandegi Ghaem. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Gharagahe Sazandegi Ghaem hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(i)

‘Ghorb Karbala. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Ghorb Karbala hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(j)

‘Ghorb Nooh. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Ghorb Nooh hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(k)

‘Hara Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.’

(l)

‘Imensazan Consultant Engineers Institute. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(m)

‘Irano Hind Shipping Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) 18 Mehrshad Street, Sadaghat Street, Opposite of Park Mellat, Vali-e-Asr Ave., Teheran, l-Iran, (b) 265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Teheran 1A001, l-Iran. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(n)

‘IRISL Benelux NV. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Noorderlaan 139, B-2030, Antwerp, il-Belġju. Tagħrif ieħor: (a) Numru tal-V.A.T. BE480224531 (il-Belġju), (b) Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(o)

‘Kaveh Cutting Tools Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) 3rd Km of Khalaj Road, Seyyedi Street, Mashad 91638, l-Iran, (b) Km 4 of Khalaj Road, End of Seyedi Street, Mashad, l-Iran, (c) P.O. Box 91735-549, Mashad, Iran, (d) Khalaj Rd., End of Seyyedi Alley, Mashad, l-Iran; (e) Moqan St., Pasdaran St., Pasdaran Cross Rd., Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Kaveh Cutting Tools Company hija proprjetà tad-DIO, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(p)

‘Khatam al-Anbiya Construction Headquarters. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Tagħrif ieħor: (a) Il-Khatam al-Anbiya Construction Headquarters (KAA) hija kumpanija proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi involuta fi proġetti ta’ kostruzzjoni ċivili u militari fuq skala kbira u f’attivitajiet oħrajn ta’ inġinerija. Tagħmel ammont sostanzjali ta’ xogħol fuq proġetti tal-Organizzazzjoni tad-Difiża Passiva. B’mod partikolari, is-sussidjarji tal-KAA kienu involuti ħafna fil-kostruzzjoni tas-sit ta’ arrikkiment tal-uranju f’Qom/Fordow.’

(q)

‘M. Babaie Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 16535-76, Teheran, 16548, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) M. Babaie Industries hija subordinata tal-Grupp Industrijali Shahid Ahmad Kazemi (li qabel kien l-Air Defense Missile Industries Group) tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tal-Ajruspazju (AIO) tal-Iran, (b) L-AIO tikkontrolla l-organizzazzjonijiet missilistiċi Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG) u l-Grupp Industrijali Shahid Bakeri (SBIG), li t-tnejn ġew innominati fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).’

(r)

‘Makin. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Makin hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha u hija sussidjarja tagħha.’

(s)

‘L-Università Malek Ashtar. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Corner of Imam Ali Highway and Babaei Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) subordinata tad-DTRSC fil-MODAFL, (b) din tinkludi gruppi ta’ riċerka li qabel kienu jaqgħu taħt iċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Fiżika (PHRC), (c) l-ispetturi tal-IAEA ma tħallewx jintervistaw il-persunal jew jaraw dokumenti taħt il-kontroll ta’ din l-organizzazzjoni biex jirrisolvu kwistjoni pendenti dwar id-dimensjoni militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran.’

(t)

‘Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika tad-Difiża. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: (a) PO Box 16315-189, Teheran, l-Iran; (b) jinsab fin-naħa tal-punent tat-Triq Dabestan, Distrett ta’ Abbas Abad, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika tad-Difiża (MODLEX) ibigħ armamenti prodotti fl-Iran lil klijenti fid-dinja kollha bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1747 (2007), li tipprojbixxi lill-Iran milli jbigħ armi jew materjal relatat.’

(u)

‘Mizan Machinery Manufacturing (magħruf ukoll bħala 3MG). Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: P.O. Box 16595-365, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Mizan Machinery Manufacturing (3M) hija proprjetà tal-SHIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(v)

‘Modern Industries Technique Company (magħrufa wkoll bħala (a) Rahkar Company, (b) Rahkar Industries, (c) Rahkar Sanaye Company, (d) Rahkar Sanaye Novin). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Arak, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Modern Industries Technique Company (MITEC) hija responsabbli għad-disinn u l-kostruzzjoni tar-reattur li juża l-ilma tqil IR-40 f’Arak, (b) Il-MITEC mexxiet il-ksib għall-kostruzzjoni tar-reattur li juża l-ilma tqil IR-40.’

(w)

‘Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (magħruf ukoll bħala (a) iċ-Ċentru Riċerka Agrikola u l-Mediċina Nukleari (b) iċ-Ċentru ta’ Karaji għal Riċerka Agrikola u Medika). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 31585-4395, Karaj, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) iċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (NFRPC) huwa komponent kbir tar-riċerka tal-Organizzazzjoni dwar l-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li ġiet innominata fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1737 (2006), (b) in-NFRPC huwa ċ-ċentru tal-AEOI għall-iżvilupp ta’ karburant nukleari u hu involut f’attivitajiet relatati mal-arrikkiment.’

(x)

‘Omran Sahel. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.’

(y)

‘Oriental Oil Kish. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Oriental Oil Kish hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(z)

‘Pejman Industrial Services Corporation. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 16785-195, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Pejman Industrial Services Corporation hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(aa)

‘Rah Sahel. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Rah Sahel hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(bb)

‘L-Istitut tal-Inġinerija Rahab. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollat minnhom jew jaġixxi f’isimhom. Rahab huwa proprjetà tal-KAA, jew huwa kkontrollat minnha jew jaġixxi f’isimha u huwa sussidjarju tagħha.’

(cc)

‘Sabalan Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Teheran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Sabalan huwa psewdonomu għall-SHIG.’

(dd)

‘Sahand Aluminum Parts Industrial Company (SAPICO). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Teheran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: SAPICO huwa psewdonomu għall-SHIG.’

(ee)

‘Sahel Consultant Engineers. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollati minnhom jew jaġixxu f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollati minnha.’

(ff)

‘Sepanir. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Sepanir hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(gg)

‘Sepasad Engineering Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Sepasad Engineering Company hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(hh)

‘Shahid Karrazi Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Teheran, l-Iran Tagħrif ieħor: Shahid Karrazi Industries hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(ii)

‘Shahid Satarri Industries (magħrufa wkoll bħala Shahid Sattari Group Equipment Industries). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Ix-Xlokk ta’ Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Shahid Satarri Industries hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(jj)

‘Shahid Sayyade Shirazi Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Ħdejn in-Nirou Battery Mfg. Co, Shahid Babaii Expressway, Nobonyad Square, Teheran, l-Iran, (b) Pasdaran St., P.O. Box 16765, Teheran 1835, l-Iran, (c) Babaei Highway — Ħdejn Niru M.F.G, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Shahid Sayyade Shirazi Industries (SSSI) hija proprjetà tad-DIO, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(kk)

‘South Shipping Line Iran (SSL). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Apt. No. 7, 3rd Floor, No. 2, 4th Alley, Gandi Ave., Teheran, l-Iran, (b) Qaem Magham Farahani St, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(ll)

‘Special Industries Group. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Pasdaran Avenue, PO Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Special Industries Group (SIG) huwa subordinat tad-DIO.’

(mm)

‘Tiz Pars. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Tehran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Tiz Pars huwa psewdonomu għall-SHIG, (b) Bejn April u Lulju 2007, Tiz Pars ippruvat tikseb magna li tissaldja u taqta’ bil-lejżer fuq ħamest fusijiet, li tista’ tkun ta’ kontribuzzjoni materjali għall-programm missilistiku tal-Iran, f’isem l-SHIG.’

(nn)

‘Yazd Metallurgy Industries (magħrufa wkoll bħala (a) Yazd Ammunition Manufacturing and Metallurgy Industries, (b) Direttorat ta’ Yazd Ammunition and Metallurgy Industries). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Pasdaran Avenue, Next to Telecommunication Industry, Teheran 16588, l-Iran, (b) Postal Box 89195/878, Yazd, l-Iran, (c) P.O. Box 89195-678, Yazd, l-Iran, (d) Km 5 of Taft Road, Yazd, l-Iran. Tagħrif ieħor: Metallurgy Industries (YMI) hija subordinata tad-DIO.’

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‘B Persuni naturali’:

‘Javad Rahiqi. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Data tat-twelid: 24.4.1954. Post tat-twelid: Marshad. Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan.’ ”