16.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/44


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 515/2010

tal-15 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (O35) fl-għalf li fih il-lasalocid sodium, il-maduramycin ammonium, il-monensin sodium, in-narasin, is-salinomycin sodium u s-semduramycin sodium

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv tal-għalf fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmi minn preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 kien awtorizzat għal 10 snin biex jingħata lit-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 tal-1 ta’ Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis bħala addittiv fl-għalf (2).

(4)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ssottometta applikazzjoni għal modifika tal-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv li tippermetti l-użu tiegħu fl-għalf li fih il-lasalocid sodium, il-maduramycin ammonium, il-monensin sodium, in-narasin, is-salinomycin sodium u s-semduramycin sodium għat-tiġieġ għat-tismin. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ssottometta l-informazzjoni relevanti bħala sostenn għat-talba tiegħu.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-10 Marzu 2010 li l-addittiv Bacillus subtilis DSM 17299 hu kompatibbli mal-lasalocid sodium, il-maduramycin ammonium, il-monensin sodium, in-narasin, is-salinomycin sodium u s-semduramycin sodium (3).

(6)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 qed jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.

(3)  Il-Ġurnal EFSA 2010; 8(3):1552 [7 pp.].


ANNESS

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja fil-musrana.

4b1821

Chr. Hansen A/S

Bacillus subtilis DSM 17299

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 li fih minimu ta’ 1,6 x 109 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv: sustanza

Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat tal- ispori

 

Metodu analitiku (1)

Metodu ta’ enumerazzjoni bis-slajd imdellek (spread plate method) fuq l-agar tat-tryptone soya bi pretrattament bis-sħana trattament tal-kampjuni tal-għalf

Tiġieġ għat-tismin

8 × 108

1,6 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.

L-użu huwa permess fl-għalf li jkun fih il-coccidiostats iktar ’il fuq kont ktibtha bil-Maltipermessi: diclazuril, halofuginone, robenidine, decoquinate, narasin/nicarbazin, lasalocid sodium, maduramycin ammonium, monensin sodium, narasin, salinomycin sodium jew semduramycin sodium

22.10.2017


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”.