16.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 512/2010

tal-14 ta’ Ġunju 2010

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġina fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2001, il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 (3), dazju antidumping definittiv (“il-miżuri eżistenti”) ta’ EUR 33,25 kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju (“NA”) li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġina, inter alia, fl-Ukraina. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri ser tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Fis-17 ta’ Mejju 2004, wara reviżjoni interim parzjali, permezz tar-Regolament (KE) Nru 993/2004 (4), il-Kunsill eżenta mid-dazji antidumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 132/2001 l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tan-NA mmanifatturat mill-kumpaniji li mingħandhom ġew aċċettati impenji mill-Kummissjoni. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2004 (5), kif emendat l-aħħar permzz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2004 (6), kienu aċċettati impenji għal perjodu sal-20 ta’ Mejju 2005. L-iskop ta’ dawn l-impenji kien biex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti konsegwenzi tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għal 25 Stat Membru.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2005 (7), wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kunsill iddeċieda li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandha tkun iċċarata u li l-miżuri fis-seħħ għandhom japplikaw għall-prodott ikkonċernat meta jkun inkorporat f’fertilizzanti oħra, fi proporzjon għall-kontenut tagħhom ta’ nitrat tal-ammonju, flimkien ma’ sustanzi u nutrijenti marġinali oħra.

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 442/2007 (8), wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill iddeċieda li jtawwal il-miżuri eżistenti għal perjodu ta’ sentejn, kif iċċarat permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2007.

(5)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 (9), wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill impona miżuri antidumping definittivi fuq importazzjonijiet tan-NA li joriġinaw fir-Russja.

(6)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 662/2008 (10), il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 442/2007 billi aċċetta impenn għall-prezz offrut minn produttur esportatur wieħed.

2.   It-talba għal reviżjoni

(7)

Fit-22 ta’ Jannar 2009, tressqet talba gћal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti fis-17 ta’ Ottubru 2008 (11). Din it-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti tal-Fertilizzanti (EFMA) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tan-NA.

(8)

L-applikant allega u ta biżżejjed evidenza prima facie li hemm probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-NA li joriġina fl-Ukraina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(9)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex titnieda reviżjoni tal-iskadenza, fit-23 ta’ April 2009 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (12), it-tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(10)

L-investigazzjoni tal-issuktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabilit ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2005 sal-aħħar tal-PIR (“il-perjodu meqjus”).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni dwar it-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu l-perspettivi tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ tnedija.

(12)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu biex jinstemgħu u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għal dan, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(13)

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni u ta’ importaturi tal-Unjoni, tqies li jkun xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi analizzat jekk għandux jintuża t-teħid ta’ kampjun. Biex jippermetti lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun huwiex tassew meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mit-tnedija tal-avviż ta’ inizjazzjoni.

(14)

Wara analiżi tal-informazzjoni mressqa, u fid-dawl li tnax-il produttur tal-Unjoni indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjun kien meħtieġ fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni. L-ebda importatur ma ppreżenta lilu nnifsu billi ta l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(15)

Tnax-il produttur tal-Unjoni, li jgħoddu għal madwar 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR, imlew kif suppost il-formola tat-teħid tal-kampjun qabel ma skada ż-żmien u qablu formalment li jikkooperaw b’mod ulterjuri fl-investigazzjoni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għażlet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun rappreżentattiv ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tan-NA fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Għall-kampjun intgħażlu ħames produtturi tal-Unjoni li jgħoddu għal 57 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-UE matul il-PIR.

(16)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjun magħżul u ma ressqu l-ebda oġġezzjoni għalih.

(17)

Intbagħtu kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu bħala kampjun kif ukoll lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat.

(18)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu bħala kampjun kif ukoll minn tliet produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat.

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabilità ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fuq il-postijiet tax-xogħol tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi espotaturi fl-Ukraina:

CJSC Severodonetsk Azot Association, Severodonetsk

JSC Concern Stirol, Gorlovka

OJSC Rivneazot, Rivne

(b)

Produtturi tal-Unjoni:

GrowHow UK Limited, ir-Renju Unit,

GPN, Paris, Franza,

Zakłady Azotowe Puławy SA, Poland,

Yara SA, Brussels, il-Belġju,

Achema, Jonavos, il-Litwanja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat huwa fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jiskorri t-80 % mil-lat ta’ piż li joriġinaw fl-Ukraina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91. In-NA huwa ferilizzant tan-nitroġenu solidu spiss użat fl-agrikoltura. Huwa mmanifatturat mill-ammonja u l-aċidu nitriku, u l-kontenut tiegħu ta’ nitroġenu jiskorri t-28 % mil-lat ta’ piż fil-forma kristallizzata jew granulari.

(21)

Għandu jiġi nnutat li l-ambitu tal-prodott ikkonċernat ġie ċċarat fir-Regolament (KE) Nru 945/2005.

2.   Il-prodott simili

(22)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li n-NA huwa purament prodott prinċipali, u l-kwalità tiegħu u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegħu huma identiċi jkun x’ikun il-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u lill-pajjiżi terzi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nstabu li kelljom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk huma meqjusa li huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABILITÀ TAL-ISSUKTAR JEW IR-RIKORRENZA TAD- DUMPING

1.   Ġenerali

(23)

Inkisbet kooperazzjoni minn tliet produtturi esportaturi tal-Ukraina. Ir-raba’ produttur esportatur magħruf ma kkooperax fl-investigazzjoni.

(24)

It-tqabbil tal-volum tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw mal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Ukraina wera li t-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jgħoddu għal aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni mill-Ukraina matul il-PIR. Għalhekk il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li huwa għoli.

(25)

Il-volumi totali ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina kienu baxxi, u jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 1,1 % fil-PIR meta mqabbla mas-suq tal-Unjoni bħala entità sħiħa.

2.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Il-valur normali

(26)

Qed jitfakkar li fir-reviżjoni tal-iskadenza preċedenti, l-Ukraina kienet għadha mhux meqjusa bħala pajjiz ta’ ekonomija tas-suq u għalhekk il-valur normali kien ibbażat fuq dejta li kienet inkisbet minn produttur esportatur li kkoopera, fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-pajjiż analogu.

(27)

Fir-reviżjoni attwali, il-valur normali ġie bbażat fuq dejta li nkisbet u ġiet ivverifikata fuq il-proprjetà tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Ukraina. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, ġiet analizzata kemm tiswa l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ fis-suq domestiku mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(28)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kemm jiswa l-gass, instab li l-Ukraina kienet qed timporta l-biċċa l-kbira tal-gass li jiġi kkunsmat fil-produzzjoni tan-NA mir-Russja. Id-dejta kollha disponibbli u vverifikata matul l-investigazzjoni indikat li l-Ukraina kienet timporta l-gass naturali mir-Russja fi prezz li matul il-PIR kien madwar 40 % inqas mill-prezz naturali tal-gass mir-Russja meta jiġi esportat lejn l-Unjoni. Minkejja dan, instab li fl-aħħar tliet xhur tal-PIR il-prezzijiet kienu simili.

(29)

Instab li minbarra tip wieħed ta’ prodott esportat minn produttur wieħed, il-bejgħ domestiku sar fl-andament normali tal-kummerċ matul il-PIR. Għalhekk il-valur normali ġie stabbilit jew fuq il-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fis-suq domestiku fl-Ukraina minn konsumaturi mhux relatati skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku inkella bbażat fuq valur normali maħdum għat-tip tal-prodott mhux mibjugħ waqt fl-andament normali tal-kummerċ. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem billi mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tip esportat, żdiedu ammont raġonevoli ta’ spejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u dawk amministrattivi u marġini raġonevoli ta’ profitt. Dawn l-ammonti għall-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u dawk amministrattivi u l-profitt ġew ibbażati fuq dejta reali rilevanti għall-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur ikkonċernat.

(30)

Għandu jiġi nnutat li l-valur normali ġie ddeterminat mingħajr aġġustament għall-ispejjeż tal-gass li daħlu għalihom il-produtturi esportaturi tal-Ukraina skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Dan ġara minħabba li, kif jidher fil-premessi 32 sa 34, l-użu tal-ispejjeż u l-prezzijiet domestiċi mhux aġġustati tal-produtturi esportaturi tal-Ukraina minkejja l-prezzijiet tal-gass apparentament storti diġà juri biċ-ċar li seħħ dumping matul il-PIR. B’konsegwenza ta’ dan, u fid-dawl li l-iskop tar-reviżjoni tal-iskadenza huwa li jiddetermina jekk id-dumping huwiex probabbli li jissokta jew li jirrikorri jekk jiġu revokati l-miżuri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri applikabbli attwalment għandhomx jinżammu jew jiġu revokati, tqies li ma kienx meħtieġ li jiġi analizzat jekk aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kienx iġġustifikat f’dan il-każ.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(31)

Skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbili permezz ta’ referenza għall-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-bejgħ kollu tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw sar direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni.

2.3.   It-tqabbil

(32)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-fabbrika. Bl-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust, id-differenzi li jaffetwaw il-komparabilità tal-prezz ittieħdu inkunsiderazzjoni kif suppost fil-forma ta’ aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, fejn applikabbli u sostnut b’evidenza verifikata, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, il-ġestjoni, it-tagħbija u l-ispejjeż addizzjonali, l-assigurazzjoni, il-kummissjonijiet u l-ippakkjar.

2.4.   Il-marġini tad-dumping

(33)

Il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju bil-piż differenzjat ma’ prezz medju ta’ esportazzjoni bil-piż differenzjat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(34)

Fuq bażi li tifrex mal-pajjiż, ġie stabbilit marġini tad-dumping medju bil-piż differenzjat ta’ 6-7 % għat-tliet produtturi esportaturi kkonċernati li kkooperaw.

3.   L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati

3.1.   Il-kapaċità supplementari u l-kwalità ta’ ġibda tas-suq tal-Unjoni

(35)

Fil-PIR, il-bejgħ domestiku tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kien jirrappreżenta, bħala medja, 46 % tal-kapaċità tagħhom ta’ produzzjoni.

(36)

Għalkemm it-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu proporzjoni kbir tal-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku, kienu dipendenti wkoll fuq esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-PIR kellhom kapaċità supplementari li kienet tikkorrispondi għal madwar 6 % tal-konsum tal-Unjoni.

(37)

Abbażi tal-informazzjoni fit-talba tar-reviżjoni fir-rigward tar-raba’ produttur tal-Ukraina li ma kkooperax f’din l-investigazzjoni, il-kapaċità supplementari totali fl-Ukraina matul il-PIR kienet stmata għal madwar 9 % tal-konsum tal-Unjoni.

(38)

Ċerti produtturi esportaturi tal-Ukraina li kkooperaw iddikkjaraw li kienu dejjem iżjed qed jitilfu s-sehem mis-suq fis-suq domestiku tagħhom għall-benefiċċju tal-produtturi Russi li jistgħu joffru prezzijiet baxxi ħafna minħabba l-ispejjeż tassew iktar baxxi fir-Russja. Għalhekk deher improbabbli li s-suq domestiku tal-Ukraina jista’ jassorbi l-kapaċità supplementari ta’ produzzjoni u għalhekk kwalunkwe żieda fil-produzzjoni probabbli ser tiġi esportata.

(39)

It-tliet kumpanij li kkooperaw esportaw in-NA lil bosta pajjiżi teri oħra matul il-PIR. Minkejja dan, għandu jiġi nnutat li ċerti swieq tradizzjonali tal-pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet mill-Ukraina jew minħabba miżuri antidumping (pereżempju l-Istati Uniti tal-Amerika b’miżuri antidumping ta’ 100 %) u/jew minħabba restrizzjonijiet ta’ sikurezza (pereżempju r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Awstralja). Fi kwalunkwe każ, l-Unjoni hija l-ikbar suq, l-aktar wieħed attraenti u fl-istess waqt l-eqreb suq ta’ esportazzjoni mil-lat ġeografiku. Il-kwalità ta’ ġibda tiegħu tiżdied b’mod ulterjuri mill-vantaġġi tal-loġistika li jirriżultaw mit-tariffi baxxi tal-ferrovija fl-Ukraina.

(40)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li parti kbira tal-kapaċità supplementari disponibbli fl-Ukraina jista’ jintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas tal-miżuri antidumping.

3.2.   Il-prezzijiet fis-swieq differenti tal-esportazzjoni

(41)

Analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi tal-Ukraina li kkooperaw lejn pajjiżi terzi wriet li matul il-PIR il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, meta stabbiliti fuq livell CIF (prezz fil-fruntiera tal-Komunità) filwaqt li jintużaw ir-rati internazzjonali ta’ trasport li ngħataw fit-talba għal reviżjoni, kienu sa 25 % inqas mill-prezz prevalenti tas-suq fl-Unjoni.

(42)

Fuq dik il-bażi, għalhekk deher li jkun hemm inċentiv għall-esportazzjonijiet tal-Ukraina lejn pajjiżi terzi li jiġu trasferiti lejn l-Unjoni, jekk jiġu revokati l-miżuri. Il-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni għandhom jippermettu lill-esportaturi tal-Ukraina li jiksbu marġini ta’ profitt ogħla.

(43)

Abbażi taċ-ċifri mogħtija mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw, seta’ jiġi stabbilit ukoll li fil-livell ta’ pajjiż sħiħ, l-esportazzjonijiet mill-Ukraina lejn pajjiżi terzi oħra saru fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-PIR.

3.3.   Il-konklużjoni tal-probabilità ta’ ssuktar jew rikorrenza ta’ dumping

(44)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mill-Ukraina għadhom l-oġġett ta’ dumping u li hemm il-probabilità ta’ ssuktar ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali tal-anti-dumping jitneħħew. Fil-fatt, jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kapaċità supplementari fl-Ukraina u l-kwalità ta’ ġibda tas-suq tal-Unjoni, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi tal-Ukraina biex i) iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ii) jittrasferixxu l-esportazzjonijiet tan-NA minn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni fi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping, mill-inqas sa fejn għandhom x’jaqsmu ż-żewġ produtturi esportaturi.

(45)

Barra minn hekk, il-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn swieq ta’ pajjiżi terzi nstabu li kienu ferm iktar baxxi mil-livell prevalenti tal-prezz fl-Unjoni. Dan isaħħaħ mill-ġdid il-probabilità ta’ esportazzjonijiet miżjuda mill-Ukraina lejn l-Unjoni fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(46)

Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn 16-il kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji li għandhom produzzjoni li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(47)

Tnax-il produttur esportatur ikkooperaw mal-investigazzjoni:

Achema AB (il-Litwanja),

Agropolychim JSC (il-Bulgarija),

Azomures (ir-Rumanija),

BASF AG (il-Ġermanja),

Fertiberia SA (Spanja),

GPN SA (Franza),

GrowHow UK Ltd (ir-Renju Unit),

Neochim PLC (il-Bulgarija),

Nitrogénművek Rt (l-Ungerija),

Yara (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi),

Zakłady Azotowe Puławy SA (il-Polonja),

Zakłady Azotowe w Tarnowie-Mościcach (il-Polonja).

(48)

Fid-dawl li dawn it-12-il produttur tal-Unjoni kienu jgħoddu għal madwar 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR, huwa meqjus li huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Huma ser jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(49)

Kif indikat fil-premessi 14 u 15 hawn fuq, l-għażla tal-kampjun tal-ħames produtturi tal-Unjoni saret abbażi ta’ dawn it-12-il produttur esportatur. Il-produtturi kollha li ntgħażlu bħala kampjun ikkooperaw u bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien. Barra minn dan, is-seba’ produtturi l-oħra li kkooperaw taw kif xieraq ċerta dejta ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.

E.   IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(50)

Il-konsum evidenti tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni u l-informazzjoni tat-tweġibiet kollha tal-kwestjonarju tal-kumpaniji li kkooperaw f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina. Fid-dawl tat-tkabbir tal-Unjoni għal 27 Stat Membru fl-2007, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza tal-analiżi, l-indikaturi ta’ ħsara kollha ġew stabbiliti abbażi tas-suq tal-UE ta’ 27 waqt il-perjodu meqjus.

(51)

Bejn l-2005 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas b’10 %.

 

2005

2006

2007

2008

RIP

Total tal-konsum tal-Unjoni f’tunnellati

7 861 796

6 983 467

8 023 633

7 638 439

7 054 327

Indiċi (2005 = 100)

100

89

102

97

90

2.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-importazzjonijiet mill-Ukraina

(52)

Il-volumi, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Ukraina żvolġew kif stipulat fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezz kienu bbażati fuq l-informazzjoni li nkisbet mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-istatistika tal-importazzjoni (l-Eurostat) u l-istatistika tal-esportazzjoni tal-Ukraina.

 

2005

2006

2007

2008

RIP

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

76 867

42 912

29 420

48 232

75 582

Sehem mis-suq

1  %

0,6  %

0,4  %

0,6  %

1,1  %

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

123

139

145

259

230

Indiċi(2005 = 100)

100

113

118

211

187

(53)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukraina tnaqqset b’mod konsistenti sal-2007 iżda laħqet fil-PIR kważi l-istess livell bħal fl-2005. Is-sehem mis-suq tal-Ukraina żdied bi ftit minn 1 % fl-2005 għal 1,1 % fil-PIR. Il-prezzijiet tal-unità evolva b’mod pożittiv minn 123 għal 230 EUR/tunnellata fil-perjodu meqjus. Din iż-żieda fil-PIR trid titqies fl-isfond tal-evoluzzjoni dinjija tal-prezzijiet u tal-prezzijiet tal-materja prima ewlenija.

(54)

Bl-iskop li jiġi kkalkolat il-livell tat-twaqqigħ fil-prezz matul il-PIR, tqabblu l-prezzijiet ex-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati mal-prezzijiet tal-importazzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni CIF tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat, u ġew aġġustati kif xieraq biex jirriflettu prezz ta’ wara l-kunsinna. Fuq dik il-bażi, it-tqabbil wera li l-importazzjonijiet mill-Ukraina kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 22,5 % bħala medja matul il-PIR. Instab li xorta waħda marġini ta’ twaqqigh tal-prezz ta’ 11 % mill-esportaturi tal-Ukraina meta d-dazju tal-antidumping żdied mal-prezzijiet tagħhom lill-Unjoni.

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(55)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul il-perjodu meqjus jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kwalità u x-xejriet tal-prezz li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.

 

2005

2006

2007

2008

RIP

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati)

328 972

217 539

35 852

136 984

184 170

Sehem mis-suq

4,2  %

3,1  %

0,4  %

1,8  %

2,6  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata)

122

124

144

275

235

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Ġeorġja (tunnellata)

153 844

85 870

88 622

214 879

222 912

Sehem mis-suq

2,0  %

1,2  %

1,1  %

2,8  %

3,2  %

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġeorġja (EUR/tunnellata)

164

177

174

325

304

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Kazakhstan (tunnellata)

0

4 845

112 239

81 410

100 761

Sehem mis-suq

0  %

0,1  %

1,4  %

1,1  %

1,4  %

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Kazakhstan (EUR/tunnellata)

0

147

151

255

242

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (tunnellati)

65 253

118 927

99 380

109 755

91 785

Sehem mis-suq

0,8  %

1,7  %

1,2  %

1,4  %

1,3  %

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (EUR/tunnellata)

190

170

240

242

265

(56)

Kien hemm żieda sinifikanti fil-prezz fis-suq tal-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha li seħħet fl-2008 u l-PIR. Deher li, minbarra r-Russja, il-pajjiżi kollha msemmija fit-tabella hawn fuq żiedu l-volumi tagħhom tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni waqt il-perjodu meqjus. Fil-każ tal-importazzjonijiet Russi, huma soġġetti għal dazju fiss tal-anti-dumping ta’ EUR 47,07 għal kull tunnellata u ġew importati, bħall-importazzjonijiet tal-Ukraina, fl-inqas prezz meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra kollha ta’ esportazzjoni.

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(57)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

4.1.   Rimarki preliminari

(58)

Minħabba li sar rikors għat-teħid tal-kampjun għall-investigazzjoni ta’ ħsara, ċerti indikaturi ta’ ħsara bħalma huma produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, bejgħ, sehem mis-suq, produttività u impjiegi ġew analizzati għall-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa (“l-Unjoni” fit-tabelli ta’ hawn taħt). Indikaturi oħra ta’ ħsara relatati mal-prestazzjoni tal-kumpaniji individwali, bħalma huma prezzijiet, stokks, spejjeż tal-produzzjoni, kapaċità ta’ profitt, pagi, investimenti, redditu fuq l-investiment, likwidità, u kapaċità li tikseb il-kapital ġew analizzati abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-lievll tal-produtturi tal-Unjoni magħżula bħala kampjun (“P.K.” fit-tabelli ta’ hawn taħt).

4.2.   Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa

(a)   Produzzjoni

(59)

Bejn l-2005 u l-PIR, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 18 %, jiġifieri minn livell ta’ madwar 7 miljun tunnellata fl-2005 għal livell ta’ madwar 5,8 miljun tunnellata fil-PIR. F’dak li għandu xjaqsam mal-produzzjoni għall-użu vinkolanti, hija baqgħet modesta matul il-perjodu meqjus u ma affetwatx il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni b’mod partikolari fil-PIR.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Il-produzzjoni tal-Unjoni (tunnellati)

7 133 844

6 359 967

7 146 911

6 454 234

5 843 181

Indiċi (2005 = 100)

100

89

100

90

82

Produzzjoni tal-Unjoni li ntużat għat-trasferimenti vinkolanti

210 437

176 413

185 223

138 733

119 053

Bħala % tal-produzzjoni totali

2,9  %

2,8  %

2,6  %

2,1  %

2,0  %

(b)   Il-kapaċità u r-rati ta’ użu tal-kapaċità

(60)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. B’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità li rriżulta naqas, minn livell ta’ 55 % fl-2005 għal livell ta’ 45 % fil-PIR. Kif diġà ġie nnotat fl-investigazzjoni oriġinali, l-użu tal-kapaċità għan-NA jista’ jiġi affettwat bil-produzzjoni ta’ prodotti oћra li jistgћu jiġu prodotti bl-istess tagћmir tal-produzzjoni. Għalhekk ix-xejra tal-użu tal-kapaċità hija inqas rilevanti għall-valutazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Il-kapaċità tal-Unjoni (tunnellata)

13 059 281

12 824 281

12 820 594

13 069 317

13 077 281

L-użu tal-kapaċità tal-Unjoni

55  %

50  %

56  %

49  %

45  %

(ċ)   Il-volum ta’ bejgħ

(61)

Bejn l-2005 u l-PIR, il-bejgħ min-naħa tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’14 %. Dan l-iżvilupp irid jitqies fl-isfond ta’ konsum tal-Unjoni li qed jonqos fl-istess perjodu.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Volum ta’ bejgħ tal-Unjoni (tunnellati) lil partijiet mhux relatati

5 365 834

4 756 093

5 495 037

5 157 788

4 605 629

Indiċi (2005 = 100)

100

89

102

96

86

Volum ta’ bejgħ tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati f’pajjiżi terzi

(tunnellati)

887 056

727 176

637 408

559 393

548 090

Indiċi (2005 = 100)

100

82

72

63

62

(d)   Is-sehem mis-suq

(62)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli mill-2005 sal-2008 iżda naqas bi tliet punti perċentwali bejn l-2008 u l-PIR.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Sehem mis-suq tal-Unjoni

68  %

68  %

68  %

68  %

65  %

Indiċi (2005 = 100)

100

100

100

100

96

(e)   L-impjieg

(63)

Il-livell ta’ impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 % bejn l-2005 u l-PIR.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Impjiegi tal-Unjoni relatati mal-prodott ikkonċernat

3 627

3 578

3 458

3 494

3 354

Indiċi (2005 = 100)

100

99

95

96

92

(f)   Il-produttività

(64)

Matul il-perjodu meqjus, il-produzzjoni medja għal kull persuna impjegata mill-industrija tal-Unjoni naqset bi 11 %. Dan huwa spjegat mill-fatt li t-tnaqqis relattiv fil-produzzjoni evita t-tnaqqis relattiv fl-impjieg.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Produttività tal-Unjoni (tunnellati kull impjegat)

1 967

1 778

2 067

1 847

1 742

Indiċi (2005 = 100)

100

90

105

94

89

(g)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(65)

Fejn jikkonċerna d-daqs tal-marġini effettiv ta’ dumping, meta jitqies il-volum żgħir tal-importazzjonijiet mill-Ukraina, dan l-impatt jitqies bħala li mhux sinfikanti u l-indikatur mhux rilevanti għall-analiżi tal-ħsara.

4.3.   Id-dejta li tikkonċerna l-produtturi tal-Unjoni meħuda fil-kampjun

(a)   Il-prezzijiet għall-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(66)

Fl-2008 u fil-PIR, il-prezz tal-bejgħ nett medju tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ttieħdu bħala kampjun żdied sostanzjalment, li jirrifletti l-kondizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali tan-NA matul dak il-perjodu.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Prezzijiet tal-unità tal-P.K. (EUR/tunnellata)

165

182

189

309

315

Indiċi (2005 = 100)

100

110

115

187

191

(b)   Stokks

(67)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqqas b’26 % mill-2005 sal-PIR. Żieda qawwija reġistrata fl-2006 kienet dovuta għal tnaqqis fil-volum tal-bejgħ bejn l-2005 u l-2006.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

L-istokks tal-għeluq tal-P.K.

(tunnellati)

276 569

489 535

345 137

252 072

203 579

Indiċi (2005 = 100)

100

177

125

91

74

(ċ)   Il-pagi

(68)

Bejn l-2005 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’6 %, kif turi t-tabella t’hawn isfel. Fid-dawl tar-rata tal-inflazzjoni u t-tnaqqis komplessiv fl-impjiegi, din iż-żieda fil-pagi titqies moderata.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Spiża annwali tax-xogħol tal-P.K għal kull impjegat (000 EUR)

40,4

41,2

43,3

45,0

43,0

Indiċi (2005 = 100)

100

102

107

111

106

(d)   L-investimenti

(69)

L-investimenti annwali fil-prodott simili li sar mill-ħames produtturi magħżula bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus u żdiedu b’70 %. Dawn l-investimenti kienu fil-parti l-kbira relatati mal-modernizzazzjoni ta’ ċertu makkinarju. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni għandha r-rieda kontinwa li ttejjeb il-kompetittività tagħha.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Investimenti netti tal-P.K. (000 EUR)

46 668

52 191

64 319

73 948

79 379

Indiċi (2005 = 100)

100

112

138

158

170

(e)   Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti

(70)

Il-profittabbiltà tal-produtturi li ttieħdu bħala kampjun tjiebet b’mod sinifikanti, notevolment mill-2006 ‘l hawn, u laħqet il-livell ta’ 28,1 % matul il-PIR. Ir-redditu fuq l-investiment (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-karta tal-investimenti, segwa ġeneralment ix-xejra pożittiva ta’ profittabbiltà matul il-perjodu meqjus.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Profittabbiltà tal-P.K. tal-bejgħ tal-KE lil konsumaturi mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

9,2  %

7,9  %

14,9  %

25,3  %

28,1  %

Indiċi (2005 = 100)

100

85

162

274

304

L-ROI tal-P.K. (profitt f’% tal-valur nett fuq il-karta tal-investiment)

35,2  %

25,8  %

41,1  %

109,1  %

114,1  %

Indiċi (2005 = 100)

100

73

117

310

324

(f)   Il-likwidità u l-kapaċità li jinkiseb il-kapital

(71)

Il-likwidità żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus u hija konformi mal-iżvilupp tal-profittabbiltà globali matul dak il-perjodu.

 

2005

2006

2007

2008

PIR

Likwidità tal-P.K (000 EUR)

84 567

52 182

188 535

373 843

386 721

Indiċi (2005 = 100)

100

63

223

442

457

(72)

L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi tal-Unjoni meħuda bħala kampjun biex jiksbu l-kapital. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li billi bosta minn dawn il-kumpaniji jagħmlu parti minn gruppi kbar, huma jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan il-grupp li jagħmlu parti minnu jew permezz ta’ skemi ta’ ġbir ta’ flus jew permezz ta’ self intern tal-grupp mogħti mill-kumpanija prinċipali.

5.   Konklużjoni

(73)

Bejn l-2005 u l-PIR, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b’mod pożittiv: il-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità u l-profittabilità tjiebu sostanzjalment, b’din tal-aħħar tilħaq livell ta’ 28,1 % waqt il-PIR. L-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-likwidità evolvew b’mod pożittiv ukoll.

(74)

Minkejja li l-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ naqsu konsiderevolment waqt il-perjodu meqjus dan għandu jitqies fl-isfond ta’ suq tal-Unjoni li qed jiċkien bejn wieħed u ieħor b’ -10 %.

(75)

B’kollox, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet b’mod sinifikanti meta pparagunata mas-sitwazzjoni tagħha qabel l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tan-NA mill-pajjiż ikkonċernat fl-2001.

F.   Il-PROBABILITÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA

1.   Ġenerali

(76)

Fil-kuntest tal-probabilità ta’ rikorrenza tal-ħsara, ġew analiżżati żewġ parametri ewlenin: (i) il-volumi u l-prezzijiet probabbli ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat u (ii) l-effett probabbli ta’ dawk il-volumi u l-prezzijiet imbassra mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija tal-Unjoni.

2.   Il-volumi u l-prezzijiet probabbli ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat

(77)

Hemm kapaċità supplementari magħrufa ta’ madwar 650 elf tunnellata disponibbli għall-produtturi tal-Ukraina li kkooperaw, li tirrappreżenta 9 % tas-suq tal-Unjoni, kif imsemmi fil-premessa 37. Din il-kapaċità żejda tindika li l-produtturi tal-Ukraina għandhom il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni attwali tagħhom u b’hekk anki li jżidu malajr l-esportazzjonijiet tagħhom tan-NA.

(78)

Barra minn hekk, meta jitqies is-suq domestiku relattivament ta’ daqs żgħir, il-produtturi tal-Ukraina qed jiddependu ferm fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Kif imfisser fil-premessa 41, dawn l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-prezz prevalenti tas-suq fl-Unjoni.

(79)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, is-suq tal-Unjoni jidher li huwa attraenti għall-produtturi esportaturi tal-Ukraina mil-lat ta’ prezzijiet meta mqabbel mas-swieq l-oħra kollha ta’ esportazzjoni. Għalhekk huwa raġonevolment mistenni li parti konsiderevoli tal-volumi esportati lejn pajjiżi terzi jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Minħabba li s-suq tal-Unjoni jinsab qrib, meta imqabbel ma’ swieq oħra ta’ esportazzjoni, dan tagħmlu wkoll aktar attraenti u għalhekk iżid il-probabilità li l-esportazzjonijiet attwali minn produtturi tal-Ukraina jiġu ridiretti minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni.

(80)

Minħabba l-pożizzjoni dgħajfa tas-suq attwali tal-prodotti tal-Ukraina fl-Unjoni, l-esportaturi tal-Ukraina jkunu jridu madankollu jirbħu mill-ġdid is-sehem mis-suq jew li jwessgħu l-bażi tagħhom ta’ konsumaturi u huwa probabbli li jirnexxilhom jagħmlu dan billi joffru n-NA fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kif stabbilit matul il-PIR.

(81)

Għalhekk abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, x’aktarx li volumi sinifikanti ta’ NA prodotti fl-Ukraina jiġu ridiretti lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li jwaqqgħu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-volumi ta’ esportazzjoni u tal-prezzijiet imbassra f’każ ta’ revoka tal-miżuri

(82)

L-investigazzjoni wriet li n-NA huwa prodott prinċipali bi prezzijiet li jistgħu jiġu affetwati b’mod sinifikanti mill-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li jwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, is-suq tal-Unjoni għan-NA huwa relattivament prekarju. Il-kondizzjonijiet favorevoli dinjija tas-suq għan-NA prevalenti waqt il-perjodu meqjus kellhom rwol importanti biex żammew il-prezzijiet f’livell għoli u l-miżuri antidumping applikabbli naqqsu l-possibilità ta’ distorsjoni tal-prezz fis-suq tal-Unjoni. Matul dak il-perjodu, kien hemm bilanċ prekarju bejn il-provvista u d-domanda li rriżultat fi prezzijiet ogħla għall-fertilizzanti kollha tan-nitroġenu, li huma prodotti prinċipali. In-NA huwa wkoll prodott prinċipali li l-iffissar tal-prezz tiegħu huwa influwenzat minn għadd ta’ fatturi, bħalma huwa l-prezz tal-gass, li jkollu impatt konsiderevoli fuq il-provvista għaliex huwa l-iktar element importanti tal-ispiża, it-temp, il-livelli ta’ stokks tal-uċuħ tar-raba’ u tal-qmuħ, li jirriżultaw b’mod globali f’domanda mnaqqsa jew miżjuda għall-fertilizzanti.

(83)

B’ħarsa partikolari lejn is-suq tal-Unjoni, huwa mistenni li d-domanda għan-NA għandha tiżdied bi ftit mil-livell osservat fil-PIR. Peress li l-prezzijiet ipprattikati mill-produtturi esportaturi tal-Ukraina waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda probabbli fil-volumi ta’ importazzjoni mill-Ukraina ser iġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni jew li tnaqqas sewwa l-prezzijiet tagħha, u b’hekk il-profitti, inkella li titlef biċċa sewwa mis-sehem tagħha mis-suq u għalhekk id-dħul, jew it-tnejn li huma. Proċess ta’ ristrutturazzjoni li jirnexxi tal-industrija tal-Unjoni probabbilment jista’ biss jinnewtralizza mhux għal kollox tnaqqis probabbli fil-prezzijiet u l-proċess kollu ta’ rkupru jitqiegħed f’periklu. Għalhekk x’aktarx li jirriżulta deterjorament tal-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni mir-revoka tal-miżuri.

4.   Konklużjoni dwar il-probabilità ta’ rikorrenza tal-ħsara

(84)

Il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq iwasslu għall-konklużjoni li, jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li jseħħu f’volumi sinifikanti u bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping u li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Probabbilment dan jista’ jkollu l-effetti li jdaħħal xejra ta’ tnaqqis tal-prezz fis-suq, b’impatt negattiv previst fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Dan jista’ b’mod partikolari, ixekkel l-irkupru finanzjarju li nkiseb parzjalment fil-perjodu meqjus, u jwassal għal rikorrenza ta’ ħsara.

G.   L-INTERESSI TAL-UNJONI

1.   Id-daħla

(85)

Ġie analizzat jekk kinux jeżistu raġunijiet impellenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġġeddu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġew ikkunsidrati, abbażi tal-prova kollha preżentata, l-impatt tat-tiġdid tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u l-konsegwenzi tal-iskadenza tal-miżuri.

(86)

Sabiex jiġi stmat l-impatt tal-preżervazzjoni tal-miżuri, il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(87)

Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni ta’ miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-din l-investigazzjoni hija verifika, u għaldaqstant tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping diġà kienu jeżistu, tippermetti l-evalwazzjoni ta’ kull impatt negattiv mhux f’postu fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(88)

L-industrija tal-Unjoni tat prova li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tal-qagħda ekonomika tagħha li dehret wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2001. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni tejbet konsiderevolment il-qagħda tagħha ta’ profitt bejn l-2005 u l-PIR u rnexxielha tirristruttura lilha nnifisha.

(89)

Għalhekk bir-raġun huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni ser tissokta tibbenefika mill-miżuri imposti bħalissa u tirkupra billi żżomm u tistabbilizza l-kapaċità tagħha ta’ profitt. Jekk il-miżuri ma jinżammux, huwa probabbli li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, u b’hekk jikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Unjoni billi jeżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ li jaffetwaw b’mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja pożittiva attwali.

3.   L-interess tal-importaturi

(90)

Kif imsemmi fil-premessa 14, l-ebda importatur ma wera r-rieda tiegħu li jiġi inkluż fil-kampjun u li jagħti l-informazzjoni bażika meћtieġa fil-formola tat-teћid ta’ kampjuni. Qed jitfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti minħabba li inġenerali, l-importaturi ma jinnegozjawx biss fin-NA iżda wkoll, b’mod sinifikanti, f’fertilizzanti oħrajn. It-tneħħija ta’ miżuri anti-dumping minn fuq fertilizzanti oħra jistgħu biss isaħħu dan ta’ hawn fuq. F’dak il-kuntest, il-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ urea li toriġina mir-Russja u mill-Belarus, il-Kroazja, il-Libja u l-Ukraina tneħħew f’Awwissu 2007 u Marzu 2008 rispettivament (13). Madankollu, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-importaturi u għalhekk ta’ kull evidenza konklużiva li tippermetti evalwazzjoni ta’ kull konsegwenza negattiva sinifikanti, ġie konkluż li ma hemm ebda raguni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

(91)

M’hemmx tagħrif disponibbli ta’ min jafdah li juri li ż-żamma tal-miżuri ser ikollha effett negatti sinifikanti fuq l-importaturi jew il-kummerċjanti.

4.   L-interess tal-utenti

(92)

L-utenti tan-NA fl-Unjoni huma l-bdiewa. Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li minħabba l-inċidenza żgħira tan-NA fuq l-attività tal-bdiewa, kull żieda f’dawn l-ispejjeż x’aktarx li ma jkollhiex effett ħażin sinifikanti fuqhom.

(93)

Fl-investigazzjoni attwali żewġ assoċjazzjonijiet tal-bdiewa ppreżentaw il-kummenti tagħhom fejn sostnew li l-miżuri għandhom jintemmu. Huma ddikjaraw primarjament li r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-2003 naqqset l-użu tal-mekkaniżmi ta’ intervent tas-suq u qasmet ir-rabta bejn l-appoġġ tal-Unjoni u l-produzzjoni. Konsegwentement, dan il-proċess ta’ liberalizzazzjoni ġiegħel lill-bdiewa tal-Unjoni biex joperaw f’kondizzjonijiet tas-suq dinji. Hija biss l-għażla ħielsa tal-fornituri tan-NA li tista’ twaqqaf il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli milli jiżdiedu sostanzjalment.

(94)

Minkejja dan, l-issuktar possibbli tal-miżuri anti-dumping attwali mhumiex ser iwaqqfu lill-utenti milli jagħmlu għażla ħielsa tal-fornituri tagħhom tan-NA, iżda għandu jippreserva kondizzjonijiet ugwali fis-suq tal-Unjoni fejn il-kompetizzjoni effettiva ser tissaħħaħ. Għalhekk abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-issuktar tal-miżuri anti-dumping kontra l-Ukraina mhumiex ser ikollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(95)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li m’hemmx raġunijiet kompulsivi kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(96)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq meta ġġustifikati.

(97)

Isegwi minn dak li ntqal aktar ‘il fuq li, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-AN li joriġina fl-Ukraina għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji speċifiċi.

(98)

Kif indikat fil-premessa 28, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Ukraina għall-gass naturali wrew konverġenza mal-prezzijiet tal-gass prevalenti fis-suq tal-Unjoni fl-aħħar tliet xhur tal-PIR. Għalhekk, l-effetti potenzjalment ta’ ħsara tad-dumping jistgħu jiġu affetwati mill-impatt fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni kkawżati mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi tal-gass jekk dawn tal-aħħar ikunu fit-tul. Għalhekk, huwa meqjus prudenti li tiġi limitata l-preżervazzjoni tal-miżuri għal sentejn.

(99)

L-impenji aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE (14) jibqgħu fis-seħħ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut tan-nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105909, u li joriġinaw fl-Ukraina.

2.   Ir-rata ta’ dan id-dazju anti-dumping għandha tkun ammont fiss ta’ euro għal kull tunnellata kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont ta’ dazju

(Euro għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju ħlief f’soluzzjonijiet tal-ilma

3102 30 90

33,25

Taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju mal-karbunat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-28 % bil-piż

3102 40 90

33,25

Melħ doppju u taħlitiet tas-sulfat tal-ammonju u nitrat ta’ ammonju - Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 29 00

10

33,25

Melħ doppju u taħlitiet tan-nitrat tal-kalċju u nitrat tal-ammonju - Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 60 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 90 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, mingħajr kontenut ta’ fosfru u ta’ potassju

3105 10 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż

3105 10 00

20

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż

3105 10 00

30

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju vvalutat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż

3105 10 00

40

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż

3105 10 00

50

29,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż

3105 20 10

30

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż

3105 20 10

40

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż

3105 20 10

50

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż

3105 20 10

60

29,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % bil-piż

3105 51 00

10

32,25

Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 3 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 6 %

3105 51 00

20

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż

3105 51 00

30

30,26

Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 9 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 10,40 %

3105 51 00

40

29,79

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % bil-piż

3105 59 00

10

32,25

Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 3 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 6 %

3105 59 00

20

31,25

Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 6 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 9 %

3105 59 00

30

30,26

Fertilizzanti solidi abbażi tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta’ fosforu identifikat bħala P2O5 ta’ 9 % jew aktar fil-piż imma anqas minn 10,40 %

3105 59 00

40

29,79

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % bil-piż

3105 90 91

30

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 6 % bil-piż

3105 90 91

40

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda inqas minn 9 % bil-piż

3105 90 91

50

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż

3105 90 91

60

29,26

3.   F’każijiet fejn il-prodotti kellhom ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (15), l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stabbiliti iktar ‘il fuq, għandu jkun mnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Minkejja l-Artikolu 1, id-dazju anti-dumping definittiv m’għandux japplika għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont il-paragrafi sussegwenti ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi t-80 % fil-piż li joriġina fl-Ukraina, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa li huma mogħnija b’fattura mill-produttur esportatur li l-impenn tiegħu ġie aċċettat mill-Kummissjoni u li l-ismu tniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE, li minn żmien għal żmien tiġi emendata, għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1, bil-kondizzjoni li:

dawn jiġu manifatturati, mibgħuta bil-baħar u mogħnija b’fattura direttament mill-produttur esportatur lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni, u

dawn l-importazzjonijiet ikollhom fattura ta’ impenn, li tkun fattura kummerċjali li jkun fiha tal-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, u

il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tikkorrispondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn.

3.   Għandu jinħoloq debitu doganali fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

kull darba li jiġi stabbilit, fir-rigward ta’ importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2, li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet elenkati f’dak il-paragrafu ma jiġux sodisfatti, jew

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku f’Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ sentejn.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 23, 25.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 182, 19.5.2004, p. 28.

(5)  ĠU L 183, 20.5.2004, p. 13.

(6)  ĠU L 344, 20.11.2004, p. 24.

(7)  ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 106, 24.4.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1.

(10)  ĠU L 185, 12.7.2008, p. 35.

(11)  ĠU C 264, 17.10.2008, p. 16.

(12)  ĠU C 94, 23.4.2009, p. 15.

(13)  ĠU L 198, 31.7.2007, p. 4, u ĠU L 75, 18.3.2008, p. 33.

(14)  ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43.

(15)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 40.


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpanniji lill-Unjoni ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA LI HIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija li toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, li tinkludi:

il-kodiċi NM użat għall-għan tal-impenn,

il-kontenut f’nitroġenu (“N”) tal-prodott (p’perċentwali),

il-kodiċi TARIC,

il-kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull tunnellata,

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tat-twassil applikabbli,

ir-roħs u r-ribass totali.

8.

L-isem il-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fl-Unjoni li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti suġġetti għal impenn.

9.

L-isem l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qed isir fl-ambitu u skont il-kondizzjonijiet tal-Impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE (*). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

(*)  ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43.”."