15.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 508/2010

tat-14 ta’ Ġunju 2010

li jipprojbixxi attivitajiet ta' sajd għal purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fi Spanja, li jistadu għat-tonn fl-oċean Atlantiku, fil-lvant tal-longitudini ta' 45° Punent, u fil-baħar Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, qbid tal-istokkijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness eżawrixxew il-kwota kollha allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet ta' sajd għal dan l-istokk minn purse seiners li jtajru l-bandiera ta', jew li huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2010 lil purse seiners tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk kollu msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

L-Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn purse seiners li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari għandu jiġi pprojbit ukoll, li ħut minn dak l-istokk jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord, it-trasferiment jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn din id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BFT/AE045W

Irkaptu

Purse seiners (PS)

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-lvant tal-lonġitudni 45° Punent, u l-Mediterran

Data

10.6.2010