2.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2010
tal-1 ta’ Ġunju 2010
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Spressa delle Giudicarie (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Spressa delle Giudicarie” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2275/2003 (3). |
(2) |
Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.
(3) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 44.
(4) ĠU C 238, 3.10.2009, p. 14.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Il-klassi 1.3. Ġobnijiet
L-ITALJA
Spressa delle Giudicarie (DPO)