2.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 478/2010
tal-1 ta' Ġunju 2010
li jimponi dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Tnedija
(1) |
Fit-8 ta’ Settembru 2009, l-Kummissjoni avżat, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea (2) (avviż ta’ bidu), il-bidu tal-proċediment ta’ kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ), ir-Repubblika tal-Korea (Korea) u t-Tajwan (il-pajjiżi kkonċernati). |
(2) |
Il-proċediment tnieda b’riżultat ta’ lment li tressaq fis-27 ta’ Lulju 2009 mis-CIRFS — l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Artifiċjali (il-kwerelant) f’isem il-produtturi ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 60 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikata it-tnedija ta’ investigazzjoni. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti tal-Unjoni, lill-produtturi oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti, lill-partijiet oħra magћrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. |
(4) |
Il-kwerelant, produtturi oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan, l-importaturi u l-utenti taw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
(5) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi, ġie previst it-teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ u l-Korea u l-importaturi tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009). |
(6) |
Kif spjegat fil-premessi 22 sa 27 iktar ‘il quddiem, ħdax-il produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f’kampjun. Fir-rigward tal-Korea, erba’ produtturi esportaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. |
(7) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ jew gruppi ta’ kumpaniji relatati li għandhom l-ikbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tagħhom u l-awtoritajiet tar-RPĊ, kienu kkonsultati u qablu dwar l-għażla tal-kampjun. |
(8) |
Fil-każ tal-Korea erba’ produtturi esportaturi biss ipprovdew l-informazzjoni mitluba għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni. Minħabba l-għadd baxx ta’ produtturi esportaturi li wrew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx neċessarju. |
(9) |
Sabiex tippermetti lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ jressqu lment dwar it-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew it-trattament individwali (TI), jekk din kienet ix-xewqa tagħhom, il-Kummissjoni bagħtet formoli tal-ilmenti lill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ u lill-produtturi esportaturi li talbu dawn il-formoli bl-intenzjoni li japplikaw għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
(10) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lil-dawk li għamlu l-ilment. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
(11) |
Żewġ produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun għax ma ssodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku talbu marġni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu ġie kkunsidrat li eżami individwali tal-produtturi esportaturi kkonċernati, seta’ jwassal għal żjarat addizzjonali fuq il-post u analiżijiet speċifiċi, u għaldaqstant seta’ jkun ta’ piż mhux xieraq u seta’ jevita t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni. Għalhekk, ġie konkluż provviżjorjament li t-talba għal eżaminar individwali tal- produtturi imsemmija esportatur ma setgħetx tkun aċċettata. |
(12) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom sa qabel l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta’ bidu, jiġifieri lil erba’ produtturi tal-Unjoni, għaxar importaturi kif ukoll 68 utent. |
(13) |
Waslu risposti mill-produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment u produttur addizzjonali wieħed tal-Unjoni li ta sostenn lil din l-investigazzjoni, żewġ importaturi mhux relatati u 33 utent. |
(14) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
(15) |
L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar tal-2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu kkunsidrat). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(16) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludi monofilament ta’ anqas minn 67 decitex u li joriġina mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan (‘il-prodott ikkonċernat’ jew HTY), li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00. |
(17) |
Il-prodott ikkonċernat għandu proprjetajiet eċċezzjonali u jintuża għal għadd ta’ applikazzjonijiet diversi bħal tisħiħ tat-tajer, diversi materjali, conveyor belts, ħbula taċ-ċinturin tas-sikurezza, nets u prodotti ġeosintetiċi. |
(18) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, ċerti partijiet qalu li l-ħjut użati fil-produzzjoni tat-tajers, imsejjaħ ħajt “High Modulus Low Shrinkage” (HMLS), għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma qalu li l-HMLS għandhom karatteristiċi u applikazzjonijiet differenti meta mqabbla ma’ HTY oħra. |
(19) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, għalkemm il-ħjut HMLS għandhom karatteristiċi distintivi meta mqabbla ma’ HTY oħra, (eżempju, modulus, tnaqqis, reżistenza tal-materjal u reżistenza għar-reħja), it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed u uniku. |
2.2. Il-prodott simili
(20) |
Il-prodott esportat lill-Unjoni mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan, u l-prodott prodott u mibjugħ domestikament fil-Korea u t-Tajwan kif ukoll fir-RPĊ mill-produttur esportatur Ċiniż li ngħata t-TES u dak ukoll immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni minn produtturi tal-Unjoni instab li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użu. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI
3.1. Teħid ta’ kampjuni tal-importaturi
(21) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi identifikati mill-ilment, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara l-eżami tal-informazzjoni ppreżentata, u meta wieħed jikkunsidra l-għadd baxx importaturi li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, kien deċiż li ma kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni. |
3.2. It-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ
(22) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
(23) |
Sabiex il-Kummissjoni titħalla tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ intalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il ġurnata mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u/jew li jbiegħu l-prodott ikkonċernat. |
(24) |
L-awtoritajiet tar-RPĊ u l-assoċjazzjoni tal-produtturi, jiġifieri l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni tat-Tessuti, ġew ukoll ikkonsultati għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. |
3.2.1. Għażla minn qabel ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw
(25) |
Bħala total, ħdax-il produttur esportatur, inklużi gruppi ta’ kumpaniji relatati fir-RPĊ, ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita fl-avviż ta’ bidu. Kollha kemm huma rrappurtaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PI u esprimew xewqa li jipparteċipaw fil-kampjun. Għalhekk, dawn il-ħdax-il produttur esportatur ġew ikkunsidrati li jikkooperaw fl-investigazzjoni preżenti (il-produtturi esportaturi li kkopperaw). |
(26) |
Produtturi esportaturi li ma ppreżentawx irwieħhom sal-iskadenza msemmija jew li ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba fil-ħin, kienu kkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. It-tqabbil bejn dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat u l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrappurtat għall-PI mill-kumpaniji msemmija fil-premessa 25 jissuġġerixxi li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kien għoli ħafna kif imsemmi fil-premessa 73 iktar ‘il quddiem. |
3.2.2. Għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ
(27) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-HTY lill-Unjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn tliet kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji relatati, li jirrappreżentaw aktar minn 65 % tal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tagħhom u l-awtoritajiet tar-RPĊ, kienu kkonsultati u qablu fuq l-għażla tal-kampjun. |
3.3. L-eżaminar individwali
(28) |
Żewġ produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun minħabba li ma ssodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku talbu li marġni individwali ta’ dumping tiġi stabbilita skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
(29) |
Kif imsemmi fil-premessa 27 hawn fuq, il-kampjun kien limitat għal għadd raġonevoli ta’ kumpaniji li jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-kumpaniji investigati għall-iskop tal-investigazzjoni tad-dumping għall-pajjiżi kkonċernati huma elenkati fil-premessa 14 hawn fuq. Minħabba l-għadd ta’ żjarat tal-verifika li għandhom isiru fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji, li fil-każ tar-RPĊ li tinkorpora l-verifika ta’ talbiet ta’ TES u risposti għall-kwestjonarji ta’ kontra d-dumping, kien ikkunsidrat li eżaminar individwali jkun ta’ piż żejjed u mhux ġustifikat u li jimpedixxi t-twettiq f’waqtu tal-investigazzjoni. |
(30) |
Għalhekk, kien konkluż provviżjorjament li ż-żewġ talbiet għal eżaminar individwali ma setgħux ikunu aċċettati.. |
4. ID-DUMPING
4.1. Metodoloġija ġenerali
(31) |
Il-metodoloġija ġenerali stipulata minn hawn ‘il quddiem ġiet applikata għall-produtturi esportaturi kollha fil-Korea, t-Tajwan, kif ukoll għall-produttur esportatur fir-RPĊ li ngħatalhom TES u, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-kunċett ta’ pajjiż analogu, ukoll għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun fir-RPĊ li ma ngħatawx it-TES. Il-preżentazzjoni tat-tisjib dwar id-dumping għal kull pajjiż ikkonċernat b’din l-investigazzjoni għaldaqstant tiddeskrivi biss dak li hu speċifiku għal kull pajjiz. |
4.1.1. Valur normali
(32) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti minn kull produttur esportatur kienx rappreżentattiv, jiġifieri. jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn l-Unjoni. |
(33) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa b’mod domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv globali, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
(34) |
Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi kkonċernati fis-suq domestiku, li nstab li hu komparabbli direttament mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
(35) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull kumpanija jistax ikun kkunsidrat bħala magħmul fl-andament ordinarju ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ ta’ kull tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti. |
(36) |
Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju b’piż differenzjat kien daqs jew iktar mill-ispiża unitarja, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, kien ikkalkulat bħala l-piż medju tal-prezzijiet kollha tal-bejgħ domestiku tat-tip inkwistjoni. |
(37) |
Meta l-volum ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 %, jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip ta’ prodott, jew meta l-prezz medju b’piż differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju b’piż differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip inkwisjoni.. |
(38) |
Fejn it-tipi tal-prodotti kienu nbiegħu kollha b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. |
(39) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni użat valur normali maħdum, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(40) |
Biex taħdem il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) li jsiru tal-bejgħ u l-qligħ medju b’piż differenzjat realizzat minn kull produttur esportatur ikkonċernat li qed jikkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, żdiedu mal-ispejjeż medji tagħhom tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fejn meħtieġ, l-ispejjeż irrappurtati tal-produzzjoni u tal-SG&A ġew aġġustati, qabel ma ntużaw f’sitwazzjoni normali ta’ test ta’ kummerċ u biex jinħadmu l-valuri normali. |
4.1.2. Prezz tal-esportazzjoni
(41) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni mħallsa realment jew li għandhom jitħallsu. |
(42) |
Fil-każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur relatat, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati inbiegħu l-ewwel mill-ġdid lil konsumaturi indipendenti. F’dawn il-każijiet, saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi dazji u taxxi, kif ukoll marġni raġonevoli għal SG&A u l-qligħ. L-ispejjeż tal-SG&A tal-importatur relatat stess intużaw u marġni ta’ qligħ raġonevoli ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ dak li nstab fl-investigazzjoni li kien inkiseb mill-importatur indipendenti tal-prodott ikkonċernat. |
4.1.3. Tqabbil
(43) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
(44) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u mirfuda minn xhieda vverifikata. |
4.1.4. Marġni tad-dumping
(45) |
Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għal kull produttur esportatur li kkoopera kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-valur normali medju b’piż differenzjat mal-prezz tal-esportazzjoni medju b’piż differenzjat. |
4.2. Ir-RPĊ
4.2.1. Valutazzjoni ta’ TES
(46) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet ta’ kontra d-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, valur normali għandu jkun determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Fil-qosor, u biss biex ir-referenza tkun eħfef, dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:
|
(48) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun talbu t-TES u wieġbu għall-formola tal-ilment tat-TES fid-dati ta’ skadenza stabbiliti. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni pprovduta fil-formoli ta’ talbiet u l-informazzjoni l-oħra kollha meqjusa neċessarja fl-istabbilimenti tal-kumpaniji inkwistjoni. |
(49) |
Il-verifika stabbiliet li żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku biex jingħataw TES. |
(50) |
B’mod partikolari, produttur esportatur fil-kampjun ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterji 1 sa 3. L-ewwel, dan ma setax juri li d-deċiżjonijiet tiegħu saru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat minħabba li stab li jeżistu restrizzjonijiet fl-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu, bħall-obbligu li jbiegħ ċertu ammont tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku. It-tieni, dan ma wriex li r-rekords ta’ kontabilità tiegħu kienu verifikati skont l-IAS. L-investigazzjoni semmiet għadd ta’ inkonsistenzi u nuqqasijiet fil-kontijiet tal-applikant, u investigat għadd ta’ ksur tal-prinċipji tal-IAS. Fl-aħħar nett, tagħwiġ li ġej mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq kien osservat fil-forma ta’ evalwazzjonijiet mhux xierqa ta’ dritt għall-użu tal-art. |
(51) |
Il-produttur esportatur l-ieħor fil-kampjun ma setax juri li ssodisfa l-kriterji 1 u 3. Dan ma setax juri li d-deċiżjonijiet tiegħu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat minħabba li nstab li jeżistu restrizzjonijiet fl-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu, simili għal dawk identifikati fil-premessa 50 hawn fuq, u wkoll minkejja ċ-ċertifikazzjoni tal-Istat, parti mill-kapital tiegħu instab li ma ġiex ikkontribwit. Tagħwiġ li ġej mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq kien osservat wkoll fil-forma ta’ evalwazzjonijiet mhux xierqa ta’ dritt għall-użu tal-art. |
(52) |
Produttur esportatur fil-kampjun wera li huwa ssodisfa l-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u setgħu jingħataw TES. |
4.2.2. It-Trattament individwali (TI)
(53) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq skala nazzjonali, jekk jeżisti, għandu jkun stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku biex jingħataw IT. |
(54) |
Fil-qosor, u għal referenza aktar faċli biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
(55) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun li ma ssodisfawx il-kriterji għal MET talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatawx MET. |
(56) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, kien stabbilit proviżjorjament li ż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li ġejjin li kienu inklużi fil-kampjun jissodisfaw il-kriterji kollha għal TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku:
|
4.2.3. Il-pajjiż analogu
(57) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’ekonomiji fi tranżizzjoni l-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”). |
(58) |
Fl-avviż ta’ bidu l-Istati Uniti tal-Amerika ġiet proposta bħala pajjiż analogu xieraq għall-iskop li jiġi stabbilit valur normali fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati kollha biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq din il-proposta. |
(59) |
Għadd kbir ta’ partijiet oġġezzjonaw għal din il-proposta u ssuġġerew l-użu tat-Tajwan jew il-Korea minħabba li huma qalu li dawn il-pajjiżi kienu aktar xierqa. L-argumenti rilevanti li tressqu kienu:
|
(60) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-kummenti t’hawn fuq u kkunsidrat li dawn kienu validi b’mod ġenerali safejn jikkonċernaw l-għażla tal-pajjiż analogu. Saret aktar investigazzjoni dwar jekk it-Tajwan jew il-Korea jikkwalifikawx bħala ekonomija ta’ suq possibbli ta’ pajjiż terz għall-iskop li jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ. |
(61) |
L-investigazzjoni wriet b’mod partikolari li t-Tajwan kellha grad ogħla ta’ tqabbil ta’ prodotti finali mar-RPĊ. Ġie nnotat li l-produtturi esportaturi fit-Tajwan huma wkoll preżenti fir-RPĊ ma’ produtturi relatati u li dawn bażikament jaħdmu taħt kundizzjonijiet simili fiż-żewġ pajjiżi. |
(62) |
Abbażi ta’ dan, ġie kkunsidrat li hu aktar xieraq li t-Tajwan jintuża bħala l-pajjiż analogu biex jistabbilixxi l-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
(63) |
Wara li t-Tajwan intgħażel bħala l-pajjiż analogu, il-valur normali ġie kkalkolat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi esportaturi tat-Tajwan li kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni. Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fuq bejgħ li sar fis-suq domestiku tat-Tajwan għal tipi ta’ prodotti komparabbli, jekk dawn jinstabu li jsiru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Dan kien il-każ għal għadd ta’ tipi ta’ prodotti esportati. |
4.2.4. Valur normali
4.2.4.1.
(64) |
Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur fil-kampjun li ngħata t-TES instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tar-RPĊ, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
(65) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem kif stipulat fil-premessa 40 hawn fuq. |
4.2.4.2.
(66) |
Kif imsemmi fil-premessi 57 sa 63 hawn fuq, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES irid jiġi stabbilit abbażi tal-prezz jew valur maħdum f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, fil-każ tat-Tajwan. |
(67) |
Għat-tipi ta’ prodotti esportati l-oħrajn, li jew ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ fit-Tajwan jew ma kinux inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produtturi tat-Tajwan fis-suq domestiku tagħhom, kellu jinħadem il-valur normali. Il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq. |
4.2.5. Il-Prezz tal-Esportazzjoni
(68) |
Il-bejgħ kollu tal-prodotti kkonċernat li sar minn tliet produtturi esportaturi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni, saru direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu. |
4.2.6. Tqabbil
(69) |
Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, skonti, rifużjonijiet u tassazzjoni indiretta lill-produtturi esportatuti kollha investigati. |
4.2.7. Il-marġnijiet ta’ dumping
4.2.7.1.
(70) |
Gћall-kumpaniji fil-kampjun, il-valur normali medju b’piż differenzjat ta’ kull tip tal-prodott tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju b’piż differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(71) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping provviżorju mfisser bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:
|
4.2.7.2.
(72) |
Il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Din il-marġni ġiet stabbilita abbażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, irrilevanti mill-marġni tal-produttur esportatur b’marġni ta’ dumping żero. Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inkluzi fil-kampjun kien stabbilit proviżorjament għal 8,9 %. |
(73) |
Fir-rigward tal-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet livell ta’ kooperazzjoni. Sar tqabbil magħmul bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni totali indikati fir-risposti ta’ teħid ta’ kampjuni li waslu mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u l-importazzjonijiet totali mir-RPĊ kif jirriżulta mill-istatistiċi ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Instab li l-perċentwal tal-kooperazzjoni kien ta’ 100 %. Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ kooperazzjoni kien meqjus bħala għoli, u għaldaqstant, kien meqjus xieraq li jiġi stabbilit marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fuq l-ogħla livell tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturifil-kampjun. |
(74) |
Fuq din il-bażi, il-livell nazzjonali ta’ dumping kien stabbilit provviżorjament għal 9,3 %. |
4.3. Il-Korea
4.3.1. Valur normali
(75) |
Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għal esportazzjoni fl-Unjoni mill-erba’ kumpaniji investigati instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tal-Korea, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
(76) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem. L-erba’ kumpaniji investigati kollha kellhom bejgħ domestiku ta’ ċerti tipi ta’ prodotti li ma kinux saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. F’dawn il-każijiet, il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq. |
4.3.2. Prezz tal-esportazzjoni
(77) |
Parti mill-bejgħ ta’ esportazzjoni ta’ produttur esportatur wieħed saru direttament lil importatur relatat fl-Unjoni Konsegwentement, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet li bihom il-prodotti reġgħu inbiegħu l-ewwel lil xerrej indipendenti u skont il-metodoloġija deskritta fil-premessa 42 hawn fuq. |
(78) |
L-esportazzjonijiet li kien fadal tal-prodott ikkonċernat tal-imsemmi produttur esportatur u l-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi l-oħra sar direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jiġu mħallsa. |
4.3.3. Tqabbil
(79) |
Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq dan il-bażi, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, lill-produtturi espotaturi investigati kollha. |
(80) |
L-erba’ kumpaniji investigati talbu aġġustament tar-rifużjoni ta’ dazju skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għar-raġunijiet li ħlasijiet tal-importazzjoni kienu allegatament imħallsa mill-prodott simili meta kien maħsub għall-konsum fil-pajjiż esportatur iżda kienu tħallsu lura jew ma tħallsux meta l-prodott kien mibjugħ għal esportazzjoni lill-Unjoni. |
(81) |
It-talba tqieset bħala waħda bla bażi minħabba li l-erba’ kumpaniji kollha naqsu milli juru li l-ħlasijiet ta’ importazzjoni mogħtija lura lill-kumpaniji kienu konnessi mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. |
4.3.4. Il-marġnijiet ta’ dumping
(82) |
Kif previst bl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija l-valur normali medju b’piż differenzjat stabbilit għal kull tip ta’ prodott tqabbel mal-medja b’piż ddiferenzjat tal-prezz ta’ esportazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott korrispondenti. |
(83) |
Abbażi ta’ dan, l-marġnijiet tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, tal-produtturi esportaturi kollha kkonċernati fil-Korea instabu li kienu taħt il-livell de minimis ta’ 2 % fis-sens tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
(84) |
Għandu jiġi nnotat li l-erba’ produtturi esportaturi Koeani jirrappreżentaw l-esportazzjoni kollha li toriġina f’dan il-pajjiż meta mqabbla mad-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea ma kinitx garantita. |
(85) |
Jekk dawn ir-riżultati jiġu kkonfermati b’aktar investigazzjoni, il-proċediment għandu jintemm fir-rigward tal-Korea. |
4.4. It-Tajwan
4.4.1. Valur normali
(86) |
Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għal esportazzjoni fl-Unjoni miż-żewġ kumpaniji investigati instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tat-Tajwan, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
(87) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem. Iż-żewġ kumpaniji investigati kellhom bejgħ domestiku ta’ ċerti tipi ta’ prodotti li ma kinux saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. F’dawn il-każijiet il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq. |
4.4.2. Prezz tal-esportazzjoni
(88) |
Il-bejgħ kollu tal-prodotti kkonċernat li sar miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni, saru direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jiġu mħallsa. |
4.4.3. Tqabbil
(89) |
Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq dan il-bażi, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, skonti u tnaqqis fil-prezz, lill-produtturi espotaturi investigati kollha. |
4.4.4. Il-marġnijiet ta’ dumping
(90) |
Kif previst bl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija l-valur normali medju b’piż differenzjat stabbilit għal kull tip ta’ prodott tqabbel mal-medja ddiferenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott korrispondenti. |
(91) |
Abbażi ta’ dan, l-marġnijiet tad-dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu kif ġejjin:
|
(92) |
Fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan, għandu jiġi nnotat li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw l-esportazzjoni kollha li toriġina f’dan il-pajjiż meta mqabbla mad-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Ġiet stabbilita marġni ta’ dumping nazzjonali għat-Tajwan. Dan il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu nstab li kien taħt il-livell de minimis ta’ 2 % stipulata fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan ma kinitx garantita. |
(93) |
Jekk dawn ir-riżultati jiġu kkonfermati b’aktar investigazzjoni, il-proċediment għandu jintemm fir-rigward tat-Tajwan. |
5. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
5.1. Produzzjoni tal-Unjoni
(94) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
(95) |
Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li tkun madwar 121 000 tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont kien jinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom u l-produzzjoni stmata ta’ produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment (produtturi siekta). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni. Il-produtturi siekta jirrappreżentaw madwar 22 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. L-ebda produttur magħruf tal-Unjoni ma kien newtrali jew oppona għat-tnedija ta’ din l-investigazzjoni. |
(96) |
L-ammont tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li appoġġjaw l-ilment kien ta’ 94 000 tunnellata fil-PI, għalhekk jirrappreżenta madwar 78 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni. |
5.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(97) |
Kif imsemmi fil-premessa 96 hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni li appoġġjaw l-ilment u qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw madwar 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Dawn il-produtturi huma għaldaqstant meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. |
6. ID-DANNU
6.1. Konsum tal-Unjoni
(98) |
Il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħud minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi siekta. |
(99) |
Kif imsemmi skont il-premessa 95 hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar il-produtturi siekta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tal-HTY matul il-perjodu kkunsidrat, minflok intużat id-dejta pprovduta fl-ilment li tappartjeni lil dawn il-produtturi. Tabella 1
|
(100) |
B’kollox, il-konsum tal-Unjoni tul il-perjodu meqjus naqas b’7 %. Instab li l-konsum l-ewwel żdied bi 20 % bejn l-2005 u l-2007, li wara naqas b’22 % bejn l-2007 u l-PI, it-tnaqqis fir-ritmu tal-konsum fl-2008 u l-PI kien ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa, speċjalment fit-tieni nofs tal-2008, minħabba l-kriżi ekonomika. |
6.2. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati
6.2.1. L-evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijietmill-pajjiżi kkonċernati
(101) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
(102) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Korea, kif imsemmi hawn fuq, ġie evalwat b’mod provviżorju li kemm l-importazzjonijiet tat-Tajwan u tal-Korea ma sarux bi prezzijiet ta’ dumping matul il-PI. |
(103) |
Għaldaqstant ġie konkluż b’mod provviżorju li l-effett ta’ importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan m’għandux ikun kumulat b’importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
6.2.2. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ
(104) |
Għandu jkun osservat li produttur esportatur wieħed fir-RPĊ inkluż fil-kampjun ma nstabx li kellu l-prodotti tiegħu bi prezz ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Skont dan, l-esportazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu esklużi mill-analiżi li tikkonċerna l-iżvilupp ta’ importazzjonijiet bi prezz ta’ dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni. |
(105) |
Madankollu, sabiex tkun evitata kwalunkwe possibbiltà ta’ żvelar ta’ dejta ta’ negozju delikata tal-imsemmi produttur, kien ikkunsidrat xieraq għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità li ma tiġix eskluża dejta tal-esportatur li ma nstabx li kellu prodotti bi prezz ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni mid-dejta pubblikament disponibbli hawn taħt, bħal Eurostat. |
(106) |
L-ewwel tabella hawn taħt, għalhekk, tinkludi l-importazzjonijiet kollha tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ filwaqt li t-tieni tabella turi d-dejta fil-forma ta’ indiċi li tirrigwarda l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 2a
|
(107) |
L-ammont ta’ importazzjonijiet totali mir-RPĊ żdied b’mod drammatiku bi tliet darbiet aktar matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li fl-istess ħin il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni naqsu bi 17 %. B’riżultat ta’ dan, is-sehem tagħhom fis-suq żdied b’mod sinifikanti minn 7,3 % fl-2005 għal 23,6 % fil-PI. L-investigazzjoni wriet li anki fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI, meta l-konsum naqas bi 22 %, l-ammont ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi 15 %, li jwassal għal żieda ta’ 7,7 punti perċentwali fis-sehem tas-suq tagħhom. |
6.2.2.1.
Tabella 2b
L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ |
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
|
|
|
|
|
Indiċi |
100 |
240 |
582 |
728 |
714 |
Sehem tas-suq |
|
|
|
|
|
Indiċi |
100 |
227 |
485 |
667 |
768 |
Prezzijiet (EUR/tunnellata) |
|
|
|
|
|
Indiċi |
100 |
67 |
61 |
63 |
61 |
Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji. |
(108) |
L-ammonti ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, li jwassal għal żieda fis-sehem tas-suq tagħhom b’il fuq minn seba’ darbiet aktar. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ investigazzjoni wera li minkejja t-tnaqqis fil-konsum fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI, importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kisbu sehem konsiderevoli fis-suq matul il-PI. |
(109) |
Prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ wrew li tnaqqis ta’ 39 % matul il-perjodu kkunsidrat, li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI, kif spjegat hawn taħt fil-premessa 112. |
6.2.2.2.
(110) |
Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji bi prezzijiet b’piż differenzjat tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medjib’piż differenzjat korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-drittijiet eżistenti ta’ dazju u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(111) |
Il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet għolja u ammontat għal 69 % tal-ammont totali ta’ esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Minħabba l-fatt li produttur esportatur Ċiniż wieħed instab li ma kienx qed ibiegħ il-prodotti tiegħu bi prezzijiet ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni, l-importazzjonijiet tiegħu ma ġewx ikkunsidrati għall-iskop tal-analiżijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz. |
(112) |
It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat li kien oġġett ta’ dumping li joriġina fir-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’24,2 %. |
6.3. Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
6.3.1. Rimarki preliminari
(113) |
B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2005 sal-aħħar tal-PI. |
6.3.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
Tabella 3
|
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
Produzzjoni (tunnellati) |
145 854 |
145 916 |
144 053 |
124 807 |
94 027 |
Indiċi |
100 |
100 |
99 |
86 |
64 |
Kapaċità (tunnellati) |
159 813 |
159 785 |
159 101 |
154 783 |
143 784 |
Indiċi |
100 |
100 |
100 |
97 |
90 |
L-użu tal-kapaċità |
91 % |
91 % |
91 % |
81 % |
65 % |
Indiċi |
100 |
100 |
100 |
88 |
72 |
Sors: Risposti għall-kwestjonarju. |
(114) |
Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 36 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnotat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % bejn l-2005 u l-2007, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu, filwaqt li naqas b’mod sinifikanti bejn l-2007 u l-PI, f’konformità mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
(115) |
L-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha għal madwar 144 000 tunnellata matul il-PI. Madankollu, fid-dawl tal-bejgħ staġnat u t-tnaqqis fl-ammonti tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 91 % fl-2005 għal 65 % fil-PI. It-tnaqqis ewlieni seħħ fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI. |
6.3.3. L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
(116) |
Iċ-ċifri tal-bejgħ fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni. Tabella 4
|
(117) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % matul l-2005 u l-2007, l-ammont ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni żdied b’4 % biss. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum f’dak il-perjodu. Barra minn dan, fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 22 % l-ammont tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’aktar, b’31 %. Konsegwentement l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament u sinifikament u t-telf fis-sehem tas-suq kien għoli daqs 11,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.3.4. Prezzijiet ta’ unità medja tal-industrija tal-Unjoni
(118) |
Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis ewlieni seħħ bejn l-2007 u l-PI, jiġifieri fl-istess waqt taż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. B’konsegwenza ta’ dan, minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ materja prima l-industrija tal-Unjoni kelli tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod partikolari matul il-PI. Tabella 5
|
(119) |
Fil-fatt, instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’6 % bejn l-2005 u l-PI. Dan prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezz tal-PET chips li huma l-materja prima prinċipali li tintuża fil-produzzjoni tal-HTY. Il-prezz medju tal-PET chips żdied bi 12 % bejn l-2005 u l-2008 li wara naqas għal-livell li huwa ndaqs għal dak li kien jeżisti fl-2005. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi. Konsegwentement, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu b’mod sinifikanti taħt l-ispejjeż tagħhom matul il-PI. |
6.3.5. L-istokks
(120) |
L-istokks irrappreżentaw madwar 15 % tal-ammont tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livelli tal-istokks tagħha b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-istokks jidher fid-dawl ta’ livell aktar baxx ta’ attività wara t-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni. Tabella 6
|
6.3.6. Xogħol, salarji u produttività
Tabella 7
|
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
Impjiegi – ekwivalenti għal full-time (EFT) |
1 727 |
1 714 |
1 667 |
1 498 |
1 333 |
Indiċi |
100 |
99 |
96 |
87 |
77 |
Spiża għall-ħaddiema (EUR/EFT) |
41 089 |
41 996 |
42 083 |
48 499 |
43 538 |
Indiċi |
100 |
102 |
102 |
118 |
106 |
Produttività (unità/EFT) |
84,4 |
85,1 |
86,4 |
83,3 |
70,5 |
Indiċi |
100 |
101 |
102 |
99 |
84 |
Sors: Risposti għall-kwestjonarju. |
(121) |
Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-produttività għandhu jidher fid-dawl tan-natura ġenerali ta’ tnaqqis fl-attivitajiet, fejn it-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati jsegwi t-tnaqqis fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. Fir-rigward tal-ispejjeż tax-xogħol, dawn jiżdiedu ftit b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.3.7. Ir-rendiment, il-likwidità, l-investimenti, id-dħul fuq l-investimenti u l-abilità li jinġabar il-kapital
Tabella 8
|
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
Il-profittabilità |
3,0 % |
–0,7 % |
–1,1 % |
–11,5 % |
–13,3 % |
Indiċi |
100 |
–22 |
–37 |
– 378 |
– 438 |
Il-likwidità ‘000 euro |
15 936 |
–1 407 |
824 |
–16 311 |
–14 597 |
Indiċi |
100 |
–9 |
5 |
– 120 |
– 141 |
L-investimenti ‘000 euro |
6 713 |
3 305 |
8 229 |
1 295 |
764 |
Indiċi |
100 |
49 |
123 |
19 |
11 |
L-introjtu mill-investimenti |
12,6 % |
–29,4 % |
–15,7 % |
– 103,3 % |
– 130,6 % |
Indiċi |
100 |
– 233 |
– 124 |
– 819 |
–1 036 |
Sors: Risposti għall-kwestjonarju. |
(122) |
Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġie stabbilit billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku minn qligħ ta’ 3 % fl-2005 għal telf ta’ 13,3 % fil-PI. Minkejja l-fatt li l-konsum tal-Unjoni kien qed juri żieda fit-tendenza bejn l-2005 u l-2007, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn dan l-iżvilupp favorevoli minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. |
(123) |
It-tendenza tal-likwidità, li hija l-abilità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fil-profittabilità. Konsegwenetement, il-likwidità turi tnaqqis sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar id-dħul fuq l-investimenti li wrew żvilupp negattiv simili f’konformità mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(124) |
Wara dak li ntqal hawn fuq, l-abilità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti saret limitata minħabba li l-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, l-investimenti niżlu b’89 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.3.8. Tkabbir
(125) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % bejn l-2005 u l-2007, l-industrija tal-Unjoni rnexxiela żżid l-ammont ta’ bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni b’biss 4 %, biex ma tħallihiex tieħu vantaġġ mill-espansjoni fil-konsum tal-Unjoni. Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis ta’ 29 % fl-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna aktar qawwi mit-tnaqqis ta’ 7 % fil-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, is-sehem fis-suq fl-industrija tal-Unjoni naqas ukoll bi 12-il punt perċentwali matul l-istess perjodu. |
6.3.9. Id-daqs tal-marġni reali tad-dumping
(126) |
Il-marġini tad-dumping għall-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma ‘l fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-ammonti u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, l-impatt tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
6.4. Konklużjoni dwar id-dannu
(127) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni –36 %), l-użu tal-kapaċità –28 %), l-ammont ta’ bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni –29 %), is-sehem tas-suq –12 punti perċentwali) u l-produttività –16 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità –241 %), u l-profittabilità –16,3 punti perċentwali) kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital naqset ukoll b’mod partikolari matul il-PI. |
(128) |
Instab li t-telf prinċipali seħħ fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI meta, minkejja tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ baqgħu preżenti f’ammonti kbar fis-suq tal-Unjoni, u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’il fuq minn 24 % fil-PI. |
(129) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2008, l-aktar minħabba ż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija. Matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u tikkontrolla l-ispiża tal-produzzjoni tagħha bi sforzi ta’ razzjonalizzazzjoni u minħabba t-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-PET li seħħ prinċipalment fit-tieni nofs tal-PI. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livell li jista’ jkopri l-ispejjeż tagħha. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha matul il-PI. |
(130) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
7. IL-KAWŻALITÀ
7.1. Introduzzjoni
(131) |
Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
7.2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(132) |
L-investigazzjoni wriet li importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, li żiedu s-sehem tagħhom tas-suq tal-Unjoni b’aktar minn seba’ darbiet bejn l-2005 u l-PI. Instab ukoll li fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI meta l-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 15 %, l-ammont ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ baqa’ għoli u żied ukoll is-sehem tagħhom bi 15 %. |
(133) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis sinifikanti ta’ 29 % fl-ammont ta’ bejgħ tagħhom u konsegwentement tilfu s-sehem tagħhom fis-suq minn 51,1 % għal 39,2 %, kważi 12-il punt perċentwali. Fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel b’żewġ punti perċentwali, filwaqt li dak ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping żdied, minkejja t-tnaqqis dfid-domanda fis-suq tal-Unjoni. |
(134) |
Fir-rigwrd ta’ prezzijiet ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, dawn naqsu b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda sħiħa fil-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, il-profittabilità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqset kif spjegat hawn fuq fil-premessa 122, minn profitt ta’ 3 %fl-2005 għal telf ta’ 13,3 % fil-PI. |
(135) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ammonti li qed jiżdiedu ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ kellhom impatt negattiv fis-suq b’mod ġenerali minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet. |
(136) |
Huwa għalhekk maħsub li t-tensjoni kontinwa li ġejja mill-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għaż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, b’mod partikolari fl-2008, meta l-prezzijiet tal-PET laħqu l-ogħla livell. Dan spjega t-telf fis-sehem tas-suq u t-telf fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
(137) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li ż-żieda tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ kellu impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
7.3. L-effett ta’ fatturi oħra
7.3.1. L-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni
(138) |
Kif imsemmi fil-premessa 100 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-HTY l-ewwel żdied bejn l-2005 u l-2007, li wara naqas fl-2008 u l-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet parti sinifikanti tas-sehem tas-suq tagħha. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li din l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum tal-Unjoni bejn l-2008 u l-PI seta’ kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ta’ min jiġi nnotat li l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom fl-istess ħin iżidu s-sehem tagħhom fis-suq. Skont dan, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ma jistax ikun spjegat bid-domanda mnaqqsa iżda huwa kkawżat l-aktar minħabba ż-żieda f’importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi. |
7.3.2. Il-prezzijiet tal-materja prima
(139) |
Il-prezzijiet tal-materja prima, prinċipalment il-PET chips, żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2005 u l-2008 li wara naqsu matul it-tieni nofs tal-PI u laħqu livell indaqs għal dak tas-sena 2005 sa tmiem il-PI. |
(140) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi l-HTY segwiet l-istess tendenza tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, u b’mod ġenerali żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, f’suq irregolat minn kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel dannu, jista’ jkun mistenni li l-prezzijiet ikunu adattai regolarment sabiex jirriflettu l-iżvilupp tal-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Dan ma sarx f’dan il-każ. Fil-fatt l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata biex iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi biex tikkompeti mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ, li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità tagħha. Skont dan, ġie konkluż b’mod provviżorju li t-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi naqqas il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u impedixxa lill-industrija Unjoni milli żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri l-ispejjeż tagħha. |
7.3.3. Il-produzzjoni vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni
(141) |
L-investigazzjoni wriet li produttur wieħed tal-Unjoni biss li kkoopera mal-investigazzjoni kien integrat b’mod vertikali u li l-produzzjoni vinkolanti intużat għal ipproċessar ulterjuri fi prodotti ta’ valur miżjud fl-industrija downstream. L-investigazzjoni ma wriet ebda problema fil-produzzjoni li hija realata ma’ dawn il-prodotti downstream. Fil-fatt l-użu vinkolanti baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u rrappreżenta madwar 7 % tal-ammont tal-produzzjoni. |
(142) |
Fuq dik il-bażi, kien maħsub li l-produzzjoni vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwietx għad-deterjorazzjoni tal-qagħda finanzjarja tagħha, b’mod partikolari matul il-PI. |
7.3.4. Prestazzjoni ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(143) |
Għalkemm l-analiżi tad-dannu u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-prestazzjoni ta’ esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega d-dannu misjub. L-analiżi wriet li l-bejgħ esportat lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija tal-Unjoni baqa’ modest (madwar 3 %) matul il-perijodu kkunsidrat. It-tnaqqis fl-ammont ta’ bejgħ esportat, minn madwar 18 000 tunnellata fl-2005 sa madwar 7 000 tunnellata matul il-PI, jista’ jiġi spjegat bit-tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu. Madankollu, il-prezz ta’ esportazzjoni kien aktar għoli mill-prezz li kienet qed toffri l-industrija tal-Unjoni lill-klijenti tagħha fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, kien ikkunsidrat li ż-żieda fl-ammont ta’ esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità matul il-PI. |
7.3.5. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(144) |
It-tendenzi fl-ammonti u l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2005 u l-PI kienu kif ġej: Tabella 9
|
(145) |
Il-pajjiżi terzi ewlenin l-oħrajn li jesportaw l-HTY lejn l-Unjoni huma l-Isvizzera, il-Belarus, il-Ġappun u t-Tajlandja. Kif muri fit-tabella hawn fuq, l-ammont ta’ importazzjoni kombinat minn dawn il-pajjiżi kien baxx ħafna b’relazzjoni mal-konsum tal-Unjoni u naqas b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni baqgħu stabbli u relattivament għolja matul il-PI. |
(146) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma kkontribwewx għad-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
7.3.6. Importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan
(147) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Korea, kif imsemmi hawn fuq, ġie evalwat b’mod provviżorju li kemm l-importazzjonijiet tat-Tajwan u tal-Korea ma sarux bi prezzijiet ta’ dumping matul il-PI. Dawn l-importazzjonijiet huma murija fit-tabelli 10 u 11 hawn taħt: Tabella 10
|
(148) |
Kif jidher fit-tabella t’hawn fuq, l-ammonti ta’ importazzjoni mill-Korea kienu segwiti b’mod ġenerali b’tendenza simili għal dik tal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. L-ammonti ta’ importazzjoni żdiedu minn 17 542 tunnellata fl-2005 għal 24 580 tunnellat fil-PI. Dan wassal għal żieda fis-sehem tas-suq tagħhom minn 7,9 % fl-2005 għal 11,9 % fil-PI. Madankollu ta’ min jiġi nnotat li l-ammonti ta’ importazzjoni naqsu b’mod sostanzjali bejn l-2007 u t-tmiem tal-PI. |
(149) |
Ta’ min jiġi nnotat ukoll li, filwaqt li l-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Korea naqsu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat, dawn baqgħu ogħla mill-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mir-RPĊ matul l-istess perjodu. Tabella 11
|
(150) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan, dawn żdiedu minn 7 343 tunnellata fl-2005 għal 8 163 tunnellata fil-PI, jiġifieri bi 11 %. Fl-istess ħin is-sehem tas-suq tagħhom żdied bi ftit minn 3,3 % fl-2005 għal 4 % fil-PI. Bħall-importazzjonijiet tal-Korea, l-ammont ta’ importazzjoni tat-Tajwan naqas b’mod konsiderevoli bejn l-2007 u t-tmiem tal-PI. |
(151) |
Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mit-Tajwan naqsu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet ta’ importazzjoni mir-RPĊ matul l-istess perjodu. |
(152) |
Skont dak li ntqal hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan setgħu kkontribwew bl-istess mod għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-ammonti ta’ importazzjoni u l-prezzijiet matul il-PI ma jidhrux li huma f’tali livell li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni. |
7.3.7. Produtturi oħra fl-Unjoni
(153) |
L-analiżi ta’ dejta li għandha x’taqsam mas-suq tal-Unjoni ssuġġeriet li l-produtturi tal-Unjoni l-oħra kollha ma akkwistawx is-sehem fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni ma indikat ebda problema partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni jew ebda effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ li jista’ jispjega d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(154) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-produtturi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwewx għad-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
7.4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(155) |
L-analiżi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet magħmulin bi prezzijiet ta’ dumping li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili. |
(156) |
Din iż-żieda fl-ammont u s-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ ġrat fl-istess waqt ta’ żieda ġenerali tad-domanda fl-Unjoni matul il-perjodu bejn l-2005 u l-2007 iżda wkoll bi żvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn dan, bejn l-2007 u l-PI, meta d-domanda fis-suq tal-Unjoni naqset, l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu is-sehem fis-suq tagħhom. Fl-istess ħin, ġew osservati żvilupp ulterjuri negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fir-RPĊ, li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industruja tal-Unjoni b’mod kostanti, wasslu għal tnaqqis fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 16-il punt perċentwali, li rriżultaw f’telf qawwi fil-PI. |
(157) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fir-RPĊ u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni. |
(158) |
Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
8. INTERESS TAL-UNJONI
8.1. Rimarka preliminari
(159) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni temporanja dwar dumping ta’ dannu, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri provviżorji ta’ antidumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
8.2. L-industrija tal-Unjoni
(160) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn erba’ produtturi li jinsabu f’diversi Stati Membri tal-Unjoni, li jimpjegaw direttament aktar minn 1 300 persuna relatata mal-prodott ikkonċernat. |
(161) |
L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li l-indikaturi kollha ta’ dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parikolari l-indikaturi ta’ dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ser tkompli tmur għall-agħar. |
(162) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallineja l-prezzijiet tal-HTY biex jirriflettu l-ispejjeż ta’ komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt ulterjuri pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u fuq il-profittabilità. |
(163) |
Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji għall-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw mill-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
8.3. L-importaturi
(164) |
Il-kwestjonarji ntbagħtu lil għaxar importaturi fl-Unjoni. Żewġ importaturi biss, li jinsabu fil-Ġermanja u Spanja, li jirrappreżentaw 15,4 % u 0,2 % rispettivament tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ, kkooperaw fl-investigazzjoni. Rigward l-ewwel importatur, l-investigazzjoni wriet li dan importa biss mir-RPĊ u kważi d-dħul mill-bejgħ kollu tiegħu kien relatat mal-prodott ikkonċernat. Fl-agħar xenarju possibbli, dazu antidumping ta’ 9 % jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità tiegħu, u din il-kumpanija tista’ tibda tagħmel it-telf. Madankollu huwa kkunsidrat li dan jista’ jgħaddi għall-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tiegħu, minħabba l-pożizzjoni ta’ suq b’saħħtu fost ċerti utenti kbar. Barra minn dan, dan jista’ jdur għal sorsi oħra ta’ provvista, għall-inqas f’terminu itwal ta’ żmien. Rigward it-tieni importatur, il-prodott ikkonċernat irrappreżenta biss sehem limitat min-negozju totali tiegħu (0—5 %) u kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri proposti aktarx li jkun negliġibbli. |
(165) |
Skont l-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li għalkemm l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ta’ antidumping ikollhom impatt negattiv fuq wieħed minn dawn l-importaturi msemmija hawn fuq, dan l-importatur għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi għall-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tiegħu/jew jibdel sorsi oħra ta’ provvista. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali m’għandux ikollhom impatt negattiv sinifikanti b’mod ġenerali fuq importaturi oħra. |
8.4. L-utenti
(166) |
L-utenti tal-HTY urew interess qawwi f’dan il-każ. Minn 68 utent li ġew ikkuntattjati, 33 ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawk l-utenti li kkooperaw irrappreżentaw 25 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Dawn il-kumpaniji jinsabu madwar l-Unjoni u huma preżenti f’diversi setturi industrijali, bħal tajers u applikazzjonijiet tal-vetturi, ħbula u applikazzjonijiet industrijali. |
(167) |
Għal fini ta’ ċarezza u minħabba li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali jkollha impatt differenti fuq l-utenti, skont is-settur fejn dawn joperaw, l-impatt ta miżuri fuq l-utenti ġie analizzat billi dawn tqassmu fi gruppi f’setturi industrijali separati kif deskritt hawn taħt. |
(168) |
Fir-rigward tal-utenti preżenti fis-settur tat-tajers, erba tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand il-fabbrikanti tat-tajers. Skont id-dejta pprovduta mill-fabbrikanti tat-tajers, is-sehem tal-HTY fir-rigward tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ tajer kien relattivament limitat, taħt 1 % bħala medja, u l-qligħ medju relatat man-negozju tal-fabbrikazzjoni tat-tajers ammonta għal madwar 2 %. L-ebda wieħed mill-utenti li kkooperaw ma nstab li jimporta l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. Għalhekk, jekk jiġu imposti dazji antidumping provviżorji, huwa meqjus li dawn l-utenti m’għandhomx jiġu affettwati b’miżuri fuq importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, jekk kwalunkwe utent f’dan is-settur jimporta mir-RPĊ, jeżisti għadd ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista. |
(169) |
Fir-rigward tas-settur tal-vetturi (prinċipalment il-produzzjoni tas-seatbelts u l-airbags) sitt tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mill-utenti. Dawn is-sitt kumpaniji rrappreżentaw 5 % tal-importazzjonijiet totali tal-HTY mir-RPĊ fil-PI. B’mod ġenerali, instab li bħala medja l-prodotti fejn hemm l-użu tal-HTY irrappreżentaw inqas minn 4 % tad-dħul totali mill-bejgħ ta’ dawn il-kumpaniji u li l-qligħ medju li ntlaħaq f’dan in-negozju kien madwar 3 %. Barra minn hekk, instab li sitt kumpaniji xtraw l-HTY prinċipalment mill-produtturi tal-Unjoni, filwaqt li 11 % biss tax-xiri tagħhom kien importat mir-RPĊ. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali fuq importazzjonijiet mir-RPĊ mhux probabbli li taffettwa serjament is-settur tal-vetturi b’mod ġenerali minħabba li dawn il-kumpaniji nstab li għamlu qligħ u r-RPĊ ma kinitx is-sors prinċipali ta’ provvista. |
(170) |
Fir-rigward tal-fabbrikazzjoni tal-ħbula, kienu waslu tliet tweġibiet għall-kwestjonarju li jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ fil-PI. Is-sehem tan-negozju li juża l-HTY kien madwar 18 % tan-negozju totali u l-marġni ta’ qligħ medju milħuq f’dak in-negozju kien madwar 8 % fil-PI. Abbażi ta’ dan, ġie stmat li l-impożizzjoni fuq dazji antidumping provviżorji fuq importazzjonijiet mir-RPĊ aktarx li tnaqqas biss bi ftit il-marġni ta’ qligħ tagħhom. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet (66 %) kienu mir-RPĊ matul il-PI filwaqt li 20 % kienu joriġinaw mill-Korea. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jiġu imposti, dan is-settur mhux probabbli li jkun affettwat serjament minħabba li l-impatt fuq il-marġni ta’ qligħ huwa limitat u jeżistu sorsi oħrajn ta’ provvista. |
(171) |
Ċerti fabbrikanti tal-ħbula argumentaw li minħabba li l-użu tal-HTY huwa predominati f’setturi oħra, bħas-settur industrijali u l-industrija tal-karozzi, l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-antidumping twassal għal nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tipi tal-HTY użati mill-fabbrikanti tal-ħbula, minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jiffokaw allegatament fuq is-swieq kbar l-ewwel u jipprovdu s-setturi li jibqa’ biss jekk teżisti kapaċità żejda. Madankollu għandu jiġi nnotat li sorsi oħra ta’ provvista, inklużi l-industrija tal-Unjoni, il-Korea u t-Tajwan u kif ukoll pajjiżi terzi oħra li mhumiex soġġetti għal miżuri, huma disponibbli. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata. |
(172) |
Rigward l-utenti preżenti fis-settur tal-applikazzjonijiet industrijali bħal tisqif, ċinturini, is-sawwata u tessuti industrijali, waslu total ta’ 19-il tweġiba għal-kwestjonarju. Dawn l-utenti rrappreżentaw 19 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ matul il-PI. Skont l-informazzjoni disponibbli għal dan is-settur, is-sehem tan-negozju fejn jintużaw l-HTY huwa ta’ 64 % tan-negozju totali u l- qligħ medju milħuq f’dan in-negozju kien ta’ 13 %. L-impatt tad-dazji antidumping aktarx se jnaqqas biss bi ftit il-qligħ medju tal-marġni milħuq f’dan is-settur. L-investigazzjoni wriet ukoll li dawn l-utenti xtraw l-aktar mill-produtturi tal-Unjoni u mir-RPĊ. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet mir-RPĊ m’għandux ikollha impatt negattiv fuq dan is-settur meta wieħed iqis l-impatt limitat fuq il-marġni ta’ qligħ u l-eżistenza ta’ sorsi oħra ta’ provvista. |
(173) |
Uħud mill-utenti argumentaw li jekk jiġu imposti miżuri antidumping, dawn ikollhom impatt negattiv fuqhom b’żewġ modi. Huma qalu li mhux biss ikun hemm nuqqas ta’ sorsi alternattivi disponibbli, iżda wkoll li l-pajjiżi kkonċernati jibdlu l-esportazzjonijiet tagħhom mill-prodott ikkonċernat għal prodotti fis-suq downstream. |
(174) |
Rigward it-talba li mhux se jkun hemm sorsi disponibbli, ġie nnotat l-ewwel li l-ebda miżuri provviżorji mhu se jkunu imposti kontra importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan. Barra minn dan, kif imsemmi fil-premessa 171 sorsi oħra ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal miżuri huma disponibbli. It-tieni, rigward il-provvista mill-industrija tal-Unjoni, l-investigazzjoni ma semmietx nuqqasijiet fil-provvista minn uħud mill-produtturi tal-Unjoni lil ċerti utenti. Madankollu, l-analiżi ma wriet ebda evidenza li dawn in-nuqqasijiet ikunu ġraw b’mod regolari. Skont dak li ntqal hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba l-eżistenza ta’ sorsi oħra disponibbli ta’ provvista, din it-talba ġiet irrifjutata. |
(175) |
Fir-rigward tat-talba li l-produtturi tal-HTY fil-pajjiżi kkonċernati jibdlu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn suq downstream, għandu jiġi nnotat li miżuri provviżorji mhux se jiġu imposti kontra importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan. Għaldaqstant, anki jekk l-esportaturi Ċiniżi jibdlu uħud mill-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq downstream, huwa meqjus li l-utenti tal-HTY għandhom ikunu kapaċi jibqgħu kompetittivi minħabba li dawn xorta jkunu jistgħu jipprovdu l-HTY minn fornituri oħra li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata. |
(176) |
Filwaqt li jitqies dak li ntqal hawn fuq, anki jekk uħud mill-utenti aktarx li jkollhom impatt negattiv bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-utenti f’diversi setturi industrijali jidher li hu limitat b’mod ġenerali. Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ, aktarx li mhux ser ikollhom impatt materjali fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
8.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(177) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, m’hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw mill-RPĊ. |
9. DAZJI MHUX IMPOSTI
(178) |
Fid-dawl ta’ dan it-tisjib li l-marġnijiet medji b’piż differenzjat nazzjonali ta’ dumping għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea u t-Tajwan huma de minimis, l-ebda dazju antidumping provviżorju fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi mhuwa impost. |
10. PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING
10.1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
(179) |
Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping sabiex ma jitħalliex li jkun ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. |
(180) |
Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni. |
(181) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-qligħ li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2005 li hi l-unika sena fejn inkiseb qligħ i mill-industrija tal-Unjoni u fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ qligħ ta’ 3 % ta’ dħul mill-bejgħ jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħat stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu. |
(182) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx dannu tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jagћmilx dannu nkiseb billi ġie miżjud il-marġini ta’ qligħ ta’ 3 % li ssemma aktar ‘il fuq mal-ispejjeż tal-produzzjoni. |
(183) |
Iż-żieda fil-prezz neċessarju kienet imbagħad determinata fuq il-bażi ta’ tqabbil, għal kull tip ta’ prodott, tal-medja b’piż differenzjat tal-prezz ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, bil-prezz mhux ta’ dannu tat-tipi ta’ prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju ta’ importazzjoni ta’ CIF tat-tipi mqabbla. |
10.2. Miżuri provviżorji
(184) |
Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri ta’ antidumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell l-iktar baxx mill-marġini ta’ dumping u ta’ dannu, skont ir-regola tal-inqas dazji. |
(185) |
Ir-rati ta’ dazju kontra d-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(186) |
Kwalunkwe allegazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju kontra d-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali. |
(187) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju ta’ antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
(188) |
Il-marġini tad-dumping u dannu stabbiliti huma kif ġej:
|
11. ŻVELAR
(189) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna juru fehmiethom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping provviżorju qiegħed jiġi impost fuq importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludi monofilament ta’ anqas minn 67 deċitex u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00.
2. Ir-rata ta’ dazju antidumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd |
9,3 |
A974 |
Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd |
7,7 |
A975 |
Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd |
0 |
A976 |
Kumpaniji elenkati fl-Anness |
8,9 |
A977 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
9,3 |
A999 |
3. Ir-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 2
1. Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 213, 8.9.2009. p. 16.
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN
Kodiċi Addizzjonali TARIC A977
L-isem tal-Kumpanija |
Belt |
Hangzhou Huachun Chemical Fiber Co., Ltd |
Hangzhou |
Heilongjiang Longdi Co., Ltd |
Harbin |
Hyosung Chemical Fiber (Jiaxing) Co., Ltd |
Jiaxing |
Oriental Industies (Suzhou) Ltd |
Suzhou |
Shanghai Wenlong Chemical Fiber Co., Ltd |
Shanghai |
Shaoxing Haifu Chemistry Fibre Co., Ltd |
Shaoxing |
Sinopec Shanghai Petrochemical Company |
Shanghai |
Wuxi Taiji Industry Co., Ltd |
Wuxi |