27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 455/2010

tas-26 ta’ Mejju 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat li jikkonsisti f'sors ta' dawl ultra-vjola (UV) interkambjabbli, riflettur, xatter, kontroll tal-intensità u xatter-tajmer f'kejsing (hekk-imsejjaħ “sors ta' spotlight UV”) b'dimensjonijiet globali ta' 311 × 160 × 227 mm. Il-kejsing huwa mgħammar b'manku, kontrolli u gwida fissa għad-dawl.

L-apparat jintuża f'proċess fotokimiku, hekk-imsejjaħ “kura bil-UV”, għat-trattament tal-wiċċ ta' varji materjali fotosensittivi b'radjazzjoni UV, b'mod partikolari għat-twebbis mhux mekkanika ta' diversi materjali u kisjiet, permezz ta' emissjonijiet ikkontrollati ta' dawl UV.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 8543 , 8543 70  u 8543 70 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8479 bħala magna li għandha funzjoni individwali, mhux speċifikata jew inkluża mkien ieħor fil-Kapitolu 84, hija eskluża minħabba li t-twebbis ma jinvolvi l-ebda funzjoni mekkanika, iżda huwa r-riżultat ta' proċess fotokimiku. Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kkunsidrat bħala tagħmir ta' irradjazzjoni UV għall-użu industrijali ġenerali (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8543 , ir-raba' paragrafu, punt (11)).

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħal magni elettriċi u apparat, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor fil-Kapitolu 85.