22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 445/2010

tal-21 ta’ Mejju 2010

dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2009/2010 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata b’mod xieraq min-naħa tal-produttur.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 dwar id-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2008/2009 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jistipula d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 għall-Istati Membri kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), l-Istati Membri nnotifikaw il-kwantitajiet li tbiddlu definittivament fuq talba tal-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

(4)

Il-kwoti nazzjonali totali tal-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (4), żdiedu b’effett mill-1 ta’ April 2009 ‘l quddiem. L-Istati Membri, minbarra Malta li ma għandha l-ebda parti mill-kwota nazzjonali tagħha li hija għall-bejgħ dirett, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwota addizzjonali.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010, bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Minħabba li d-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tintuża bħala l-bażi għall-kontrolli li jsiru skont l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 u minħabba li din tintuża biex jiġi stabbilit il-kwestjonarju annwali mniżżel fl-Anness I għal dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament li tkun wara l-aħħar data li fiha jistgħu jsiru dawn il-kontrolli.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-diviżjoni applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-21 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 21.5.2009, p. 54.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.


ANNESS

(f’tunnellati)

L-Istati Membri

Il-kunsinni

Il-bejgħ dirett

Il-Belġju

3 415 434,609

46 127,018

Il-Bulgarija

928 425,173

80 140,627

Ir-Repubblika Ċeka

2 808 527,676

12 088,840

Id-Danimarka

4 658 507,411

238,304

Il-Ġermanja

29 044 163,443

91 731,152

L-Estonja

657 011,272

8 877,042

L-Irlanda

5 556 537,382

2 178,691

Il-Greċja

844 055,493

1 237,000

Spanja

6 235 301,035

66 380,855

Franza

24 989 415,129

352 819,788

L-Italja

10 982 463,306

306 079,560

Ċipru

148 696,344

888,696

Il-Latvja

719 683,007

30 970,163

Il-Litwanja

1 679 913,351

76 411,787

Il-Lussemburgu

280 831,137

500,000

L-Ungerija

1 928 903,771

121 256,041

Malta

50 168,680

0,000

L-Olanda

11 505 972,047

74 314,536

L-Awstrija

2 785 409,610

90 543,644

Il-Polonja

9 502 697,468

160 725,851

Il-Portugall (1)

1 999 241,020

8 155,190

Ir-Rumanija

1 475 454,378

1 673 867,022

Is-Slovenja

573 711,028

20 341,440

Is-Slovakkja

1 049 575,219

22 644,579

Il-Finlandja

2 512 083,449

5 551,251

L-Isvezja

3 449 791,859

4 000,000

Ir-Renju Unit

15 139 642,862

136 777,767


(1)  Minbarra l-Madejra.