|
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 387/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, fir-rigward tar-rekwiżit tal-erja minima għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex f’Ċipru u l-iskema ta’ pagament uniku għall-bdiewa fil-Polonja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolai l-Artikolu 142(c) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (2), il-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex msemmija fl-Artikolu 1(1)(g) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jingħataw biss fl-erjas li kienu suġġetti għal applikazzjoni tal-għajnuna għal mill-inqas 0,3 ettaru. Permezz tal-ittri tat-18 ta’ Frar 2010 u l-1 ta’ Marzu 2010, Ċipru għarraf lill-Kummissjoni dwar id-daqs speċifiku tal-impriżi agrikoli u l-istruttura tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex mogħtija għall-frott taċ-ċitru. B’riżultat ta’ dawn, l-erja minima li għaliha se jingħata dan il-pagament trid tonqos għal 0,1 ettaru. |
|
(2) |
L-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula ir-regoli li jiffissaw l-erja agrikola tal-Istati Membri l-ġodda taħt l-iskema ta’ pagament uniku pprovduta fl-Artikolu 122 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, l-erja agrikola għall-Polonja u l-erja agrikola għas-Slovakkja qegħdin stipulati fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2009, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni saret wara l-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 14 137 000 ettaru. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Jannar 2010, is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni hija konsegwenza tal-esperjenza miksuba fis-snin riċenti mill-verifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-pagament uniku skont l-erja taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 1 865 000 ettaru. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
L-emenda proposta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2010. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Fil-każ tal-Greċja u Ċipru, il-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni għal talanqas 0.1 ettaru, fejn kull raba’ agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membru fi ħdan il-limitu provdut bl-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.” |
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO