28.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 360/2010

tas-27 ta’ April 2010

li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(2)(a), 8(2)(b), 40 u 67 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi għal kull Stat Membru l-valur massimu tal-intitolamenti għall-pagamenti kollha li jistgħu jkunu allokati f'sena kalendarja. F'konformità mal-Artikoli 40(2) u 67 ta' dak ir-Regolament, l-Anness VIII għandu jkun adattat biex ikunu kkunsidrati d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikoli 103o u 188a(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2) rigward l-inbid u l-integrazzjoni avvanzata ta' appoġġ akkoppjat fl-iskema ta' pagament uniku.

(2)

Il-Ġermanja, il-Ġreċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jallokaw intitolamenti għall-pagament ġodda għal dawk li jagħmlul -inbid skont l-Artikoli 103o u 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li għallinqas javvanzaw l-integrazzjoni tal-għajnuna għaż-żerriegħa msemmija fit-Taqsima 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew waħda mill-iskemi msemmija fil-punt 1 tal-Anness XI għal dak ir-Regolament, minbarra l-primjum ta' kwalità speċifika għall-qamħ durum, fl-iskema ta' pagament uniku fl-2010 jew l-2011.

(4)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti massimi li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti, netti mill-modulazzjoni, li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru kkonċernat.

(5)

Wara d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 103o u 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti massimi totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw għandhom jiżdiedu. Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Anness IV għal dak ir-Regolament għandu jkun rivedut.

(6)

Minħabba d-diffikultajiet fis-settur agrikolu tiegħu, ipprovokati mill-kriżi ekonomika, li għandhom għaddejjin b'impatt negattiv kontinwu fuq il-qagħda ekonomika tal-bdiewa, il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li ddeċieda li ma japplikax il-modulazzjoni volontarja prevista mill-2010 sal-2012. Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammont nett li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall, iffissat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/780/KE (3), għandu, għal dawk is-snin, jiżdied mal-limitu massimu għall-Portugall kif stipulat fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(7)

Għalhekk l-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 278, 23.10.2009, p. 59.


ANNESS I

“ANNESS IV

(EUR miljuni)

Sena Kalendarja

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

583,2

575,4

570,8

569,0

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

825,9

Id-Danimarka

987,4

974,9

966,5

964,3

Il-Ġermanja

5 524,8

5 402,6

5 357,1

5 329,6

L-Estonja

 

 

 

92,0

L-Irlanda

1 283,1

1 272,4

1 263,8

1 255,5

Il-Greċja

2 561,4

2 365,4

2 359,2

2 344,1

Spanja

5 043,7

5 066,4

5 031,4

5 043,2

Franza

8 064,4

7 946,1

7 878,6

7 849,2

L-Italja

4 345,9

4 151,6

4 124,7

4 121,6

Ċipru

 

 

 

49,1

Il-Latvja

 

 

 

133,9

Il-Litwanja

 

 

 

346,7

Il-Lussemburgu

35,6

35,2

35,1

34,7

L-Ungerija

 

 

 

1 204,5

Malta

 

 

 

5,1

Il-Pajjiżi l-Baxxi

836,9

829,1

822,5

830,6

L-Awstrija

727,6

721,7

718,1

715,6

Il-Polonja

 

 

 

2 787,1

Il-Portugall

590,5

574,3

570,3

566,3

Is-Slovenja

 

 

 

131,5

Is-Slovakkja

 

 

 

357,9

Il-Finlandja

550,0

544,5

541,1

539,2

Iżvezja

733,1

717,7

712,3

708,5

Ir-Renju Unit

3 373,1

3 345,4

3 339,4

3 336,1 ”


L-ANNESS II

“ANNESS VIII

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40

Tabella 1

(EUR 1000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

614 179

611 817

611 817

614 855

614 855

614 855

614 855

614 855

Id-Danimarka

1 030 478

1 031 321

1 031 321

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

Il-Ġermanja

5 770 254

5 771 981

5 771 981

5 852 912

5 852 912

5 852 912

5 852 912

5 852 912

Il-Greċja

2 380 713

2 228 588

2 231 588

2 232 826

2 216 826

2 216 826

2 216 826

2 216 826

Spanja

4 858 043

5 119 045

5 119 045

5 292 588

5 149 839

5 149 839

5 149 839

5 149 839

Franza

8 407 555

8 423 196

8 423 196

8 523 610

8 523 610

8 523 610

8 523 610

8 523 610

L-Irlanda

1 342 268

1 340 521

1 340 521

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

L-Italja

4 143 175

4 210 875

4 230 875

4 373 722

4 373 722

4 373 722

4 373 722

4 373 722

Il-Lussemburgu

37 518

37 569

37 679

37 671

37 084

37 084

37 084

37 084

Il-Pajjiżi l-Baxxi

853 090

853 169

853 169

897 751

897 751

897 751

897 751

897 751

L-Awstrija

745 561

747 344

747 356

751 664

751 664

751 664

751 664

751 664

Il-Portugall

608 751

589 811

589 811

606 274

606 274

606 274

606 274

606 274

Il-Finlandja

566 801

565 520

565 823

570 548

570 548

570 548

570 548

570 548

L-Iżvezja

763 082

765 229

765 229

770 906

770 906

770 906

770 906

770 906

Ir-Renju Unit

3 985 895

3 976 425

3 976 482

3 988 042

3 987 922

3 987 922

3 987 922

3 987 922


Tabella 2  (*)

(EUR 1000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Bulgarija

287 399

336 041

416 372

499 327

580 087

660 848

741 606

814 295

Ir-Repubblika Ċeka

559 622

654 241

739 941

832 144

909 313

909 313

909 313

909 313

L-Estonja

60 500

71 603

81 703

92 042

101 165

101 165

101 165

101 165

Ċipru

31 670

38 928

43 749

49 146

53 499

53 499

53 499

53 499

Il-Latvja

90 016

105 368

119 268

133 978

146 479

146 479

146 479

146 479

Il-Litwanja

230 560

271 029

307 729

346 958

380 109

380 109

380 109

380 109

L-Ungerija

807 366

947 114

1 073 824

1 205 037

1 318 975

1 318 975

1 318 975

1 318 975

Malta

3 752

4 231

4 726

5 137

5 102

5 102

5 102

5 102

Il-Polonja

1 877 107

2 192 294

2 477 294

2 788 247

3 044 518

3 044 518

3 044 518

3 044 518

Ir-Rumanija

623 399

729 863

907 473

1 086 608

1 264 472

1 442 335

1 620 201

1 780 406

Is-Slovenja

87 942

103 394

117 411

131 542

144 241

144 241

144 241

144 241

Is-Slovakkja

240 014

280 364

316 964

355 242

388 176

388 176

388 176

388 176


(*)  Limiti massimi kkalkolati b'kunsiderazzjoni għall-iskeda ta' żidiet previsti fl-Artikolu 121.”