|
24.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2010
tat-23 ta’ April 2010
implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali rigward id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-gruppi ta' pajjiż tat-twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun żgurat li d-dejta statistiċi differenti u minn sorsi amministrattivi fl-Istati Membri huma komparabbli, kredibbli u li jippermettu li jitfasslu rapporti kredibbli mal-Komunità kollha, il-kategoriji ta' gruppi ta' pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza għandhom ikunu definiti bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-kategoriji msemmija hawn fuq. |
|
(2) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kategoriji ta' gruppi ta' pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 862/2007.
Artikolu 2
Għall-kategoriji msemmija hawn fuq, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“pajjiż ta' residenza abitwali preċedenti” tfisser il-pajjiż li fih il-persuna kienet normalment residenti immedjatament qabel l-immigrazzjoni, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż tat-twelid tal-persuna; |
|
(b) |
“pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti” tfisser il-pajjiż li fih il-persuna normalment hi residenti wara l-emigrazzjoni, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż tat-twelid tagħha; |
|
(c) |
“livell ta' żvilupp” tfisser il-grad relattiv ta' żvilupp ta' pajjiż kif definit mill-miżuri għall-istatistika tal-medja tal-għomor, il-litteriżmu, il-livell ta' edukazzjoni milħuq, u l-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita; |
|
(d) |
“nattiv” tfisser persuna li twieldet fil-pajjiż tar-residenza attwali abitwali, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħha; |
|
(e) |
“imwielda barra” tfisser persuna li twieldet barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali attwali , irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħha. |
Artikolu 3
Il-gruppi tal-pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza li dwarhom l-Istati Membri huma obbligati jittrasmettu dejta lill-Kummissjoni huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Il-gruppi ta' pajjiżi u ċittadinanza huma kif ġej:
|
— |
gruppi bażiċi, |
|
— |
gruppi addizzjonali oħra ta' pajjiżi u ċittadinanza li m'humiex parti mill-Unjoni Ewropea (UE). |
1. GRUPPI BAŻIĊI TA' PAJJIZI
1.1. Gruppi ta’ ċittadinanzi
Iċ-“ċittadinanza” għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.
Persuna li għandha żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata lill-pajjiż wieħed biss ta' ċittadinanza, li għandu jiġi determinat fl-ordni li ġejja ta' preċedenza:
|
(1) |
il-pajjiż li qed jirrapporta jew, jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta: |
|
(2) |
Stat Membru ieħor tal-UE; jew, jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE: |
|
(3) |
pajjiż ieħor 'il barra mill-Unjoni Ewropea. |
Meta persuna jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar ta' Stati Membri tal-UE iżda meta l-ebda wieħed minn dawn m'hu l-pajjiż li qed jirrapporta, l-Istati Membri jiddeterminaw liema għandu jkun il-pajjiż taċ-ċittadinanza.
Meta persuna jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema għandu jkun il-pajjiż taċ-ċittadinanza.
Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(i), u (c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' ċittadinanza li ġejjin:
|
— |
ċittadinanza ta' pajjiż li qed jirrapporta (ċittadini nazzjonali); |
|
— |
ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE (ċittadini oħra tal-UE); |
|
— |
ċittadinanza ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE (ċittadini li m'humiex membri tal-UE), li minnhom:
|
|
— |
ċittadinanza mhix magħrufa. |
Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' ċittadinanza li ġejjin:
|
— |
ċittadinanza ta' pajjiż li qed jirrapporta (ċittadini nazzjonali); |
|
— |
ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE (ċittadini oħra tal-UE); |
|
— |
ċittadinanza ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE (ċittadini li m'humiex membri tal-UE); |
|
— |
ċittadinanza mhix magħrufa. |
1.2. Gruppi ta' pajjiż tat-twelid
Il-“pajjiż tat-twelid” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 2(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.
Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż tat-twelid li ġejjin:
|
— |
pajjiż li jirrapporta (nattiv); |
|
— |
Stati Membri oħra tal-UE (imwieled/da barra iżda fl-UE); |
|
— |
barra mill-UE (imwieled/da barra u barra mill-UE), li minnhom
|
|
— |
pajjiż tat-twelid mhux magħruf. |
1.3. Gruppi ta’ pajjiżi ta' residenza abitwali preċedenti
Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż ta' residenza abitwali preċedenti:
|
— |
Stati Membri oħra tal-UE; |
|
— |
barra mill-UE, li minnhom
|
|
— |
pajjiż mhux magħruf ta' residenza abitwali preċedenti. |
1.4. Gruppi ta’ pajjiżi ta' residenza abitwali sussegwenti
Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(b)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż ta' residenza abitwali sussegwenti:
|
— |
Stati Membri oħra tal-UE; |
|
— |
barra mill-UE; |
|
— |
pajjiż mhux magħruf ta' residenza abitwali sussegwenti. |
2. GRUPPI ADDIZZJONALI TA' PAJJIŻI LI M'HUMIEX FL-UE U TA' ĊITTADINANZI SKONT IL-LIVELL TA' ŻVILUPP
Għad-dejta stabbilita fl-Artikolu 3 (1)(a)(i), (ii) u (iii), u (c)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, dejta relatata ma' pajjiżi oħra li m'humiex fl-UE u ċittadinanzi oħra li m'humiex tal-UE għandhom ukoll ikunu mqassma skont il-gruppi li ġejjin ta' livell ta' żvilupp:
|
— |
pajjiżi żviluppati ħafna; |
|
— |
pajjiżi b'żvilupp medju; |
|
— |
pajjiżi b'inqas żvilupp. |
3. LISTA TA' PAJJIŻI U ĊITTADINANZI FI GRUPPI
Pajjiż tat-twelid, pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti u pajjiż ta' residenza abitwali sussegwenti għandhom jirreferu għall-pajjiżi definiti mill-konfini internazzjonali eżistenti fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' referenza.
Il-kompożizzjoni tal-UE, EFTA u Pajjiżi Kandidati għandha tkun bħal dik tal-1 ta' Jannar tas-sena ta' referenza.
Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istati Membri listi ta' pajjiżi u ċittadinanzi li għandhom jiġu inklużi f'kull wieħed mill-gruppi bażiċi. Dawn il-listi tal-gruppi bażiċi għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.
Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istati Membri listi ta' pajjiżi u ċittadinanzi li għandhom jiġu inklużi f'kull wieħed mill-gruppi addizzjonali ta' livell ta' żvilupp. Dawn il-listi ta' gruppi addizzjonali għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.