23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 332/2010

tat-22 ta' April 2010

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti dderivati minnhom, maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dik id-Direttiva tistipula li għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi, filwaqt li titqies il-qagħda ta' saħħa tal-annimali tagħhom.

(2)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. Dik id-Direttiva tistipula li t-tjur għandu jiġi minn pajjiżi terzi ħielsa mill-influwenza tat-tjur jew li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dik il-marda, japplikaw miżuri biex jikkontrollawha li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jistipula li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss ġo u jgħaddu mill-Unjoni minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(4)

Skont dak ir-Regolament, fejn isseħħ tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) f'pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment li qabel kien ħieles minn dik il-marda, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment għandu jerġa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet; dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' politika ta' qerda biex tiġi kkontrollata l-marda, inkluż tindif u diżinfettar adegwat imwettaq fuq l-istabbilimenti kollha li qabel kienu infettati. Barra minn hekk, is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur trid tkun ġiet imwettqa skont il-Parti II tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament matul perjodu ta' tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta' qerda u tat-tindif u d-diżinfettar.

(5)

L-Iżrael bħalissa jinsab imniżżel fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz ħieles mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tjur li għalihom japplika dak ir-Regolament huma awtorizzati mit-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz.

(6)

L-Iżrael innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-territorju tiegħu.

(7)

Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju tal-Iżrael ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael, għaldaqstant, issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' ċerti prodotti tat-tjur. L-Iżrael implimenta wkoll politika ta' qerda biex jikkontrolla l-marda u jillimita t-tixrid tagħha.

(8)

It-tagħrif dwar il-miżuri ta' kontroll ġie ppreżentat lill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Iżrael ġew ivvalutati mill-Kummissjoni.

(9)

L-azzjoni deċiżiva u fil-pront meħuda mill-Iżrael biex jikkontrolla l-marda u r-riżultat pożittiv tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika jippermettu li r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni jiġu limitati għal ċerti prodotti tat-tjur għaż-żoni milquta mill-marda, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja.

(10)

Barra minn hekk, l-Iżrael qed iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(11)

Meta jitqies l-iżvilupp favorevoli tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-attivitajiet ta' sorveljanza relatati għall-influwenza tat-tjur biex tinstab soluzzjoni għat-tifqigħa, huwa xieraq li l-perjodu ta' żmien li matulu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tkun sospiża, jiġi limitat sal-1 ta' Mejju 2010.

(12)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti fl-organizzazzjoni taż-żoni u b'hekk il-kummerċ ikun jista' jerġa’ jibda kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt 1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-26 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed titbiddel b'dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – Il-Bjelorussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘biss għat-tranżitu minn ġol-UE’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2, ST0

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

IL-1

Parti mill-Iżrael minbarra IL-2

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

 

IL-2

Parti mill-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:

lejn il-punent:

it-triq numru 4.

lejn in-nofsinhar:

it-triq numru 5812 konnessa mat-triq numru 5815

lejn il-lvant:

il-ħajt ta' sigurtà sat-triq numru 6513.

lejn it-tramuntana:

it-triq numru 6513 sal-konnessjoni mat-triq numru 65.

Minn dan il-punt f'linja dritta sad-dħul ta' Givat Nili u minn hemm sal-konnessjoni tat-toroq 652 u 4.

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

P2

26.1.2010

1.5.2010

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY – Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – Il-Kaledonja Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4


(1)  Prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi importat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”