|
7.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 290/2010
tas-6 ta' April 2010
li jemenda għall-123 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-25 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jżid persuna naturali waħda fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u li tiġi emendata annotazzjoni mil-lisra. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
João VALE DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: Muthanna Harith Al-Dari (alias (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Doctor Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba’, (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawbai, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Doctor Muthanna al-Dari, (m) Dr. Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titlu: Doctor. Indirizz: (a) Amman, Ġordan, (b) Khan Dari, Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġitt (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969. Post tat-twelid: l-Iraq. Ċittadinanza: Iraqi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.3.2010. |
|
(2) |
L-annotazzjoni “Global Relief Foundation (GRF) (alias (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial ‘World Relief’. Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza; (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju; (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussels), il-Belġju; (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussels), il-Belġju; (g) Mula Mustafe Baseskije Street 72, Sarajevo, il-Bosnia u Ħerzegovina; (h) Put Mladih Muslimana Street 30/A, Sarajevo, il-Bosnia u Ħerzegovina; (i) 64 Potur Mahala Street, Travnik, il-Bosnia u Ħerzegovina; (j) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (k) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (l) Rruga e Kavajes, Building No. 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (m) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sierra Leone, is-Somalja u s-Sirja. (b) U.S. Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. In-numru: BE 454419759; (d) L-indirizzi Belġjani huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tinbidel b'dan li ġej: Global Relief Foundation (GRF) (alias (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial “World Relief”). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, U.S.A.; (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza; (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju; (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussels), il-Belġju; (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussels), il-Belġju; (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (il) Rruga e Kavajes, Building No. 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (j) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sierra Leone, is-Somalja u s-Sirja. (b) U.S. Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. In-numru: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002. |