1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 279/2010

tal-31 ta' Marzu 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, (1) u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/186/PESK (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3). L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1284/2009 qiegħed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

(2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 23.

(3)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru:

 

Isem (u psewdonimi eventwali)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data u post ta' twelid (d.d.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.)

Raġunijiet

2.

Maġġur-Ġeneral Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA

d.t.t: 01/01/46

Pass: R00009392

Ministru għas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili

3.

Ġeneral Sékouba KONATÉ

d.t.t: 01/01/64

Ministru għad-Difiża

16.

Kmandant Kelitigui FARO

d.t.t: 03/08/72

Pass: R0003410

 

43.

Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA

data tat-twelid: 08/03/50

PASS: R0001747

Prim Ministru