16.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 216/2010
tal-15 ta’ Marzu 2010
li jimplimenta r-Regolament (KE) 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (2)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiżgura l-kompatibilità tad-dejta statistika mis-sorsi amministrattivi dwar permessi ta’ residenza fl-Istati Membri, u rapporti affidabbli li se jitfasslu fil-livell Komunitarju, id-definizzjoni ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi trid tkun l-istess fl-Istati Membri kollha. |
(2) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza kif previsti fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 huma stabbiliti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
ANNESS
Lista ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza
1. Raġunijiet relatati ma’ formazzjoni ta’ familja u rijunifikazzjoni
1.1. Tingħaqad ma’ ċittadin tal-UE bħala:
1.1.1. |
Konjugi/Sieħeb jew Sieħba |
1.1.2. |
Tifel/Tifla (Minuri/Adulti) |
1.1.3. |
Membru ieħor tal-familja |
1.2. Tingħaqad ma’ ċittadin mhux tal-UE bħala:
1.2.1. |
Konjugi/Sieħeb jew Sieħba |
1.2.2. |
Tifel/Tifla (Minuri/Adulti) |
1.2.3. |
Membru ieħor tal-familja |
2. Raġunijiet relatati mal-edukazzjoni u l-istudju
2.1. Student/a (kif iddefinit fl-Artikolu 2.b tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (1))
2.2. Raġunijiet oħra relatati mal-edukazzjoni
3. Raġunijiet relatati ma’ attivitajiet renumerati
3.1. Ħaddiem bl-ogħla ħiliet
3.2. Riċerkatur (kif iddefinit fl-Artikolu 2.d tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (2))
3.3. Ħaddiem staġjonali
3.4. Attivitajiet renumerati oħra
4. Raġunijiet oħrajn
4.1. Status ta’ Protezzjoni internazzjonali
4.2. Residenza biss
4.3. Raġunijiet oħrajn