11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2010

tal-10 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 6/2003 dwar id-disseminazzjoni tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi sfruttata kemm jista’ jkun id-dejta tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, li hemm referenza għaliha fir-Regolament (KE) Nru 1172/98, filwaqt li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tar-reġistrazzjonijiet tad-dejta individwali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 (2) jagħmel disponibbli dejta dettaljata dwar l-oriġini u d-destinazzjoni dwar flussi nazzjonali kif ukoll internazzjonali tal-ġarr tal-merkanzija bit-triq mill-2008 ‘il quddiem.

(3)

Huwa meħtieġ li d-dejta nazzjonali u internazzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tkun disponibbli lill-Istati Membri sabiex tikkompleta l-ġabra statistika tat-trasport bit-triq fil-livell nazzjonali.

(4)

Ir-riċerkaturi u l-komunità xjentifika inġenerali għandu jkollhom aċċess għal għanijiet xjentifiċi għal dejta trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 skont il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill (3) dwar l-istatistika Ewropea.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2003 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 6/2003 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1

(2)   ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9.

(3)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(4)   ĠU L 1, 4.1.2003, p. 45.


ANNESS

“ANNESS

IL-LISTA TAT-TABELLI GĦAD-DISSEMINAZZJONI

A.   Il-kontinwità tat-tabelli eżistenti

Sabiex tinżamm il-kontinwità, it-tabelli eżistenti jistgħu jiġu ddisseminati mill-Kummissjoni (l-Eurostat).

B.   Tabelli ewlenin

Jistgħu jiġu ddisseminati s-settijiet u s-subsettijiet tat-tabelli tagħhom li ġejjin.

Tabella

Deskrizzjoni

Nota 1

Il-perjodu ta’ referenza

Unitajiet

Nota 2

Noti

B1

Taqsira ta’ attività skont it-tip ta’ operazzjoni u t-tip ta’ trasport

Sena, tliet xhur

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Vettura-km

Nota 3

B2

Trasport, skont it-tip ta’ operazzjoni

Sena, tliet xhur

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Nota 3

B3

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.1

Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (it-total tal-pajjiżi kollha li jirrappurtaw)

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.2

Għat-Tabella B4.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.3

Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (b’rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta)

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.4

Għat-Tabella B4.3, iżda skont ir-rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B5.1

Trasport, skont ir-reġjun tat-tagħbija

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 4

B5.2

Trasport, skont ir-reġjun tal-ħatt

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 4

B6.1

Trasport, skont il-klassi tad-distanza

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B6.2

Għat-Tabella B6.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B7

Trasport, skont il-konfigurazzjoni tal-fus

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B8

Trasport, skont kemm għandha snin il-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B9

Trasport, skont il-piż massimu permissibbli tal-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B10

Trasport, skont il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B11

Trasport, skont il-fergħa NACE

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B12

Ċaqliq tal-vettura, mgħobbija jew vojta

Sena

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B13.1

Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu, skont il-piż tal-vettura mgħobbija/vojta u dak massimu permissibbli (it-total tal-pajjiżi kollha li qed jirrappurtaw)

Sena, trimestru

1 000 t

Ċaqliq

 

B13.2

Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu (bit-tqassim skont il-pajjiż li qed jirrapporta)

Sena

1 000 t

Ċaqliq

 

B14

Trasport ta’ merkanzija perikoluża, skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B15

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B16

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija u l-klassi tad-distanza

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B17

Trasport nazzjonali skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, skont il-pajjiż li qed jirrapporta

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 5

B18

Trasport internazzjonali, skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, total tal-pajjiżi kollha li qed jirrapportaw

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 6

Nota 1

Għajr fejn mhux speċifikat mod ieħor, it-tabelli jinkludu rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta.

Nota 2

Il-miżuri li ġejjin huma kkalkolati internament għat-tabelli kollha:

 

1 000 t

 

Miljun tunnellata-km

 

Miljun vettura-km (mgħobbija, vojta)

 

Ċaqliq (mgħobbija, vojta)

 

L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi użati biex jikkalkolaw iċ-ċellola tat-tabella

Din il-kolonna tindika l-miżuri li s-soltu jkunu offruti lill-utenti. Jistgħu jiġu ddisseminati miżuri u unitajiet oħra jekk l-utenti jitolbu dan.

Skont il-ħtiġijiet tal-utenti, it-tabelli jistgħu jkunu bbażati fuq varjabbli marbuta mal-vjaġġ (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A2) jew fuq operazzjonijiet relatati mal-merkanzija (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A3) (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1172/98). Iċ-ċaqliq għalhekk ikun espress jew bħala għadd ta’ vjaġġi jew bħala għadd ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bażiku. Ċaqliq ta’ tranżitu jkun ittikkettjat b’dan il-mod.

Nota 3

It-tip ta’ operazzjoni titqassam kif ġej:

—   Vjaġġ nazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, it-tnejn li huma fil-pajjiż li qed jirrapporta.

—   Vjaġġ internazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, jew it-tnejn, f’pajjiżi oħra għajr il-pajjiż li qed jirrapporta (= total tal-erba’ kategoriji li ġejjin)

(li minnhom)

—   ħruġ (merkanzija mgħobbija fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda fil-pajjiż li qed jirrapporta u jispiċċa xi mkien ieħor

—   dħul (merkanzija mħotta fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda xi mkien ieħor u jispiċċa fil-pajjiż li qed jirrapporta

—   traffiku terz: vjaġġ bejn żewġ pajjiżi oħra apparti l-pajjiż li qed jirrapporta

—   kabutaġġ: vjaġġ bejn post u ieħor f’pajjiż li mhux il-pajjiż li qed jirrapporta.

Nota 4

Id-dejta skont ir-reġjun tat-tagħbija jew ħatt hija ppubblikata fil-livell NUTS-3.

Nota 5

Għat-trasport nazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-2.

Nota 6

Għat-trasport internazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-1.

C.   It-Tabelli dwar il-kabutaġġ

Sabiex jiġi pprovdut it-tagħtif dwar il-kabutaġġ ekwivalenti għal dak disponibbli fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3118/93 (1), jista’ jiġi ddisseminat is-sett ta’ tabelli u s-subsettijiet ta’ dawn it-tabelli li ġejjin:

 

Deskrizzjoni

Perjodu

Unità

C1

Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li qed jirrapporta

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

C2

Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

C3

Il-kabutaġġ mill-pajjiż li qed jirrapporta, u skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

D.   It-Tabelli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

Sabiex jiġu megħjuna l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, eskluż il-pajjiż li qed jirrapporta, fil-binja ta’ statistika kompleta dwar il-ħidmiet tat-trasport bit-triq fit-territorju nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiġu forniti bl-inkartamenti tal-informazzjoni aggregata li ġejjin:

 

Deskrizzjoni

Perjodu

Aggregata fuq dimensjonijiet

Nota 7

Unitajiet

D.1

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

il-pajjiż tat-tagħbija

il-pajjiż tal-ħatt

tip ta’ merkanzija

tip ta’ trasport

klassi ta’ snin

klassi ta’ distanza

konfigurazzjoni tal-fus

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D.2

Trasport ta’ merkanzija perikoluża fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

il-pajjiż tat-tagħbija

il-pajjiż tal-ħatt

merkanzija perikoluża

tip ta’ trasport

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D2

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi vojta)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

pajjiż tal-oriġini

pajjiż tad-destinazzjoni

tip ta’ trasport

klassi ta’ snin

klassi ta’ distanza

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.1

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

reġjun tat-tagħbija

reġjun tal-ħatt

konfigurazzjoni tal-fus

tip ta’ merkanzija

klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.2

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

reġjun tat-tagħbija

tip ta’ merkanzija

konfigurazzjoni tal-fus

klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.3

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

reġjun tal-ħatt

tip ta’ merkanzija

konfigurazzjoni tal-fus

klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D4

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi vojta)

Sena

il-pajjiż li qed jirrapporta.

regjun ta’ oriġini

regjun ta’ destinazzjoni

konfigurazzjoni tal-fus

klassi ta’ snin

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D5

Trasport ta’ tranżitu (vjaġġi mgħobbija u vojta)

Sena

pajjiż ta’ tranżitu

il-pajjiż li qed jirrapporta.

mgħobbija/vojta

regjun ta’ oriġini

regjun ta’ destinazzjoni

Tunnellati

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

Nota:

Għat-tabelli-D, se jintużaw il-klassifiki li ġejjin:

—   tip ta’: trasport għal rasu/b’kiri jew bi premju

—   klassi ta’: snin: tliet klassijiet

—   klassi ta’: distanza: erba’ klassijiet

—   reġjun: NUTS-3

—   konfigurazzjoni tal-fus:

aggregati għal tipi ta’ vettura (trakk, vettura artikolata u tren ta’ triq).”

(1)   ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.