li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru [navigabbiltà] ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (5) tiegħu,
Billi:
(1)
Sabiex jinżamm livell għoli uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ jiddaħħlu bidliet għar-rekwiżiti u l-proċeduri għall-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u l-prodotti, il-parts u l-apparat ajrunawtiċi, u bl-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-persunal involut f'dawn il-ħidmiet, b'mod partikolari biex tiddaħħal id-definizzjoni tal-kunċett tal-post ewlieni tan-negożju, tiġi ċċarata t-tifsira tal-kunċett “standard rikonoxxut uffiċjalment”, jiddaħħal il-privileġġ għall-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tan-navigabbiltà li joħorġu permess għat-tajran, jittejjeb il-kontenut taċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat “Formola 1 tal-EASA”, u jiġi żgurat li l-persunal involut f'attivitajiet ta' navigabbiltà jitħarrġu kif xieraq dwar ir-riskji marbuta mas-sistemi tal-interkonnessjoni tal-wiring elettriku ta' ajruplani kbar li nstab li huma l-kawża ta' bosta inċidenti.
(2)
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(3)
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet (4) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(4)
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
1.
Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (m) li ġej:
“(m)
‘post ewlieni tan-negozju’ tfisser is-sede ewlenija jew l-uffiċju rreġistrat tal-impriża li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament:”
2.
Fl-Artikolu 7 jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:
“7. B’deroga mill-paragrafu 1:
(a)
id-dispożizzjonijiet tal-punt M.A.706(k) tal-Anness I (Parti-M) għandhom japplikaw mit-28 ta' Settembru 2010;
(b)
id-dispożizzjonijet tal-punt 7.7 tal-Appendiċi I għall-Anness III (Parti-66) għandhom jibdew iseħħu mit-28 ta' Settembru 2010;
(c)
organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A tas-sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145) jistgħu jkomplu joħorġu ċ-Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat billi tintuża l-Formola 1 tal-EASA, il-ħarġa oriġinali, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti M) kif ukoll fl-Appendiċi I għall-Anness II (Parti-145), sat-28 ta' Settembru 2010;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati, fil-verżjoni preċedenti, kif stipulat fl-Appendiċijiet III, V u VI tal-Anness I (parti-M), l-Appendiċi III tal-Anness II (Parti-145), l-Appendiċi V tal-Anness III (Parti-66) jew l-Appendiċi II tal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament (KE) Nru 2002/2003 fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sat-28 ta' Settembru 2010;
(e)
ċertifikati maħruġa skont l-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness III (Parti-66) jew l-Anness IV (Parti-147) qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament jibqgħu validi sakemm jinbidlu jew jiġu rrevokati.”
3.
L-Annessi I, II, III, u IV huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
(4) Opinjoni 06/2005 dwar il-bidliet editorjali, Opinjoni 04/2006 dwar l-istandard rikonoxxut uffiċjalment, Opinjoni 05/2006 dwar il-post ewlieni tan-negozju, Opinjoni 04/2007 dwar Permess għat-Tajran, Opinjoni 04/2008 dwar is-Sistema tal-Interkonnessjoni tal-Wiring tal-Elettriku, u Opinjoni 06/2008 dwar il-Formola 1 tal-EASA.
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1)
L-Anness I (Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
(1)
jidaħħal il-werrej li ġej wara t-titlu “(Parti-M)”:
“
Werrej
M.1
TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI
SOTTOPARTI A — ĠENERALI
M.A.101
Ambitu
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ
M.A.201
Responsabbiltajiet
M.A.202
Rappurtar tal-okkorrenzi
SOTTOPARTI C — MANUTENZJONI TAN-NAVIGABBILTÀ
M.A.301
Ħidmiet ta' manutenzjoni tan-navigabbiltà
M.A.302
Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru
M.A.303
Direttivi dwar in-navigabbiltà
M.A.304
Dejta għal modifiki u tiswijiet
M.A.305
Sistema ta' reġistrazzjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
M.A.306
Is-sistema tar-reġistru tekniku tal-operatur
M.A.307
Trasferiment ta' reġistri tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI
M.A.401
Dejta ta' manutenzjoni
M.A.402
Twettiq ta' manutenzjoni
M.A.403
Difetti tal-inġenju tal-ajru
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI
M.A.501
Stallazzjoni
M.A.502
Manutenzjoni tal-komponenti
M.A.503
Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat
M.A.504
Kontroll ta' komponenti li ma jistgħux jintużaw aktar
SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
M.A.601
Ambitu
M.A.602
Applikazzjoni
M.A.603
Termini tal-approvazzjoni
M.A.604
Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni
M.A.605
Faċilitajiet
M.A.606
Rekwiżiti tal-persunal
M.A.607
Persunal li jiċċertifika
M.A.608
Komponenti, tagħmir u għodod
M.A.609
Dejta ta' manutenzjoni
M.A.610
Ordnijiet ta' xogħol ta' manutenzjoni
M.A.611
Standards ta' manutenzjoni
M.A.612
Ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu
M.A.613
Ċertifikat għall-komponenti sabiex jinħarġu għall-użu
Appendiċi I —Arranġament dwar il-Manutenzjoni tan-Navigabbiltà
Appendiċi II — Ċertfikat għar-Rilaxx Awtorizzat - Formola 1 tal-EASA
Appendiċi III — Ċertfikat għar-Reviżjoni tan-Navigabbiltà - Formola 15 tal-EASA
Appendiċi IV — Sistema ta' Klassijiet u Kategorijiużata għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)
Appendiċi V — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F
Appendiċi VI — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Manutenzjoni tan-Navigabbiltà msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti G
Appendiċi VII —Ħidmiet Kumplessi ta' Manutenzjoni
Appendiċi VII — Manutenzjoni Limitata tal-Pilota-Sid”;
(2)
fil-punt M.A.301, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:
“(2)
Ir-rettifika skont id-dejta speċifikata fil-punt M.A.304 u/jew il-punt M.A.401, kif applikabbli, ta' kwalunkwe difett jew ħsara li teffettwa l-operat sikur, filwaqt li jitqies, għall-inġenji kollha tal-ajru kbar jew inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-lista tat-tagħmir minimu u l-lista tad-devjazzjonijiet tollerati kif applikabbli għat-tip ta' inġenju tal-ajru”;
(3)
il-punt M.A.305 huwa emendat kif ġej:
(i)
il-paragrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(a)
Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz meħtieġ mill-punt M.A.801 jew il-punt 145.A.50 għandu jiddaħħal fir-reġistri tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Kull entrata għandha ssir malli jkun prattikabbli iżda fl-ebda każ fi żmien li jaqbeż it-30 jum wara jum l-azzjoni tal-manutenzjoni.”;
(ii)
il-paragrafu (e) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(e)
Minbarra d-dokument tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti, għandha tiddaħħal fil-logbook tal-magna jew tal-iskrejjen u fl-iskedi tal-moduli tal-magni jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponenti bi żmien limitat tal-użu l-informazzjoni rilevanti li ġejja għal kwalunkwe komponent installat (magna, skrejjen, modulu ta' magna jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponent bi żmien limitat tal-użu):
(1)
l-identifikazzjoni tal-komponent, u;
(2)
it-tip, in-numru tas-serje u r-reġistrazzjoni, kif xieraq, tal-inġenju tal-ajru, il-magna, l-iskrejjen, modulu ta' magna jew komponent bi żmien limitat tal-użu li ġie mmuntat fuqu l-komponent partikolari, flimkien mar-referenza għall-istallazzjoni u t-tneħħija tal-komponent, u;
(3)
id-data flimkien mal-ħin tat-titjir totali akkumulat u/jew ċikli ta' titjir u/jew inżul u/jew żmien kalendarju, kif xieraq, u;
Sid jew operatur għandu jiżgura li tkun ġiet stabbilita sistema li żżomm ir-reġistri li ġejjin għall-perjodi speċifikati:
(1)
ir-reġistri dettaljati kollha tal-manutenzjoni fir-rigward tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe komponent bi żmien limitat tal-użu mmuntat fuqu, sa dak iż-żmien fejn l-informazzjoni fihom tiġi sorpassata minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, iżda mhux anqas minn 36 xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rrilaxxat għas-servizz, u;
(2)
il-ħin totali tas-sevizz (sigħat, żmien kalendarju, cikli u nżul) tal-inġenju tal-ajru u l-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie irtirat għal kollox mis-servizz, u;
(3)
il-ħin totali tas-servizz (sigħat, żmien kalendarju, cikli u nżul) kif xieraq, mill-aħħar manutenzjoni skedata tal-komponent soġġett għal limitu ta' żmien tal-użu, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-komponent tkun ġiet sorpassata minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti, u;
(4)
il-qagħda kurrenti tal-konformità mal-programm ta' manutenzjoni b'mod li l-konformità ta' programm approvat ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-arju tista' tiġi stabbilita, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent tkun ġiet sorpassata minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti, u;
(5)
il-qagħda kurrenti tad-direttivi dwar in-navigabbiltà applikabbli għall-inġenju tal-ajru u l-komponenti tiegħu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz, u;
(6)
dettalji tal-modifiki u t-tiswijiet kurrenti lill-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/ejjen u kull komponent ieħor vitali għas-sigurtà tat-tajran, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz.”;
(4)
fil-punt M.A.401(b), il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej:
“(1)
kwlaunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija,”;
(5)
Il-punt M.A.503 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.503Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat
(a)
Komponenti mmuntati li jistgħu jintużaw għal żmien limitat m'għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fil-programm ta' manutenzjoni approvat u d-direttivi dwar in-navigabbiltà, ħlief kif ipprovdut fil-punt M.A.504(c).
(b)
It-tul ta' żmien tal-użu approvat espress fi żmien kalendarju, sigħat tat-tajran, inżul jew ċikli, kif xieraq.
(c)
Fi tmien iż-żmien approvat tal-użu, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' komponenti b'limitu tal-użu ċċertifikat.”;
(6)
il-punt M.A.602 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.602Applikazzjoni
Applikazzjoni għall-ħruġ jew bidla fl-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha ssir fuq formola u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti”;
(7)
il-punt M.A.603 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.603Termini tal-approvazzjoni
(a)
Organizzazzjoni involuta f'attivitajiet soġġetti għal din is-Sottoparti m'għandhiex teżerċita l-attivitajiet tagħha jekk ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti. L-Appendiċi V tal-Anness I (Parti-M) jipprovdi l-mudell taċ-ċertifikat għal din l-approvazzjoni.
(b)
Il-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni msemmi fil-punt M.A.604 għandu jispeċifika l-ambitu tax-xogħol li huwa meqjus li jikkostitwixxi approvazzjoni. L-Appendiċi IV tal-Anness I (Parti-M) jiddefinixxi l-klassijiet u l-klassifikazzjonijiet kollha possibbli taħt is-Sottoparti F.
(c)
Organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tista' tiffabbrika, konformi mad-dejta tal-manutenzjoni, firxa ristretta ta' parts għall-użu waqt ix-xogħol li jkun għaddej fil-faċilitajiet tagħha, kif identifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni.”;
(8)
il-punt M.A.614(c) jinbidel b'dan li ġej:
“(c)
L-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha żżomm kopja tar-reġistri kollha tal-manutenzjoni u kwalunkwe dejta tal-manutenzjoni għal tliet snin mid-data relatata ma' meta l-inġenju tal-ajru jew lil-komponent tal-inġenju tal-ajru ġie rrilaxxat mill-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni.
(1)
Ir-reġistri skont dan il-paragrafu għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.
(2)
Il-hardware kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata ż-żamma tajba tagħhom.
(3)
Meta organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni ttemm l-operat tagħha, ir-reġistri kollha miżmuma tal-manutenzjoni li jkopru l-aħħar tliet snin għandhom jitqassmu lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew komponent rispettiv jew jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti.”;
(9)
l-punt M.A.702 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.702Applikazzjoni
Applikazzjoni għall-ħruġ jew bdil fl-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandha ssir fuq formola u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti”;
(10)
il-punt M.A.704(a) għandu jiġi emendat kif ġej:
(i)
il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(4)
skema organizzattiva li turi l-ktajjen assoċjati tar-responsabbiltà bejn il-persuni kollha msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) and M.A.706(i)”;
(ii)
il-punt (5) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(5)
lista tal-persunal tan-navigabbiltà msemmi fil-punt M.A.707, li tispeċifika, fejn applikabbli, il-persunal awtorizzat li joħroġ permessi għat-tajran skont il-punt M.A.711(c).”;
(11)
fil-punt M.A.706, jiġi miżjud il-paragrafu (k) li ġej:
“(k)
Għall-inġenji tal-ajru kbar kollha u għal inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà, ir-reviżjoni tan-navigabbiltà u/jew il-verifiki tal-kwalità skont proċedura u sa standard maqbul mill-awtorità kompetenti.”;
(12)
il-punt M.A.707(a) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(a)
Sabiex tiġi approvata biex twettaq reviżjonijiet tan-navigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-tajran, organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandu jkollha persunal xieraq tar-reviżjoni tan-navigabbiltà biex joħroġ ċertifikati tar-reviżjoni tan-navigabbiltà jew rakkomandazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A tas-Sottoparti I u, jekk applikabbli, biex joħroġ permess għat-tajran konformi mal-punt M.A.711(c):
(1)
Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM, barra blalen tal-arja, dan il-persunal għandu jkollu:
(a)
mill-inqas ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tan-navigabbiltà, u
(b)
liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti, u
(ċ)
taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u
(d)
pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet adattati.
(e)
Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)1(b) jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tan-navigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)1(a).
(2)
Għall-inġenji tal-ajru kollha mhux użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta' 2 730 kg MTOM jew inqas, u blalen tal-arja, dan il-persunal għandu jkollu:
(a)
mill-inqas tliet snin esperjenza fil-manutenzjoni tan-navigabbiltà, u
(b)
liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti nazzjonali, u
(ċ)
taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika, u
(d)
pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet adattati;
(e)
Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)2(b) jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tan-navigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)2(a).”;
(13)
il-punt M.A.710 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.710Reviżjoni tan-navigabbiltà
(a)
Sabiex ikun sodisfatt ir-rekwiżit għar-reviżjoni tan-navigabbiltà ta' inġenju tal-ajru msemmi fil-punt M.A.901, reviżjoni dokumentata bis-sħiħ tar-reġistri tal-inġenju tal-ajru għandha titwettaq mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà sabiex din tkun sodisfatta li:
(1)
is-sigħat tat-tajran u ċ-ċikli tat-tajran assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikun ġew reġistrati kif suppost, u
(2)
il-manwal tat-tajran ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni, u
(3)
il-manutenzjoni kollha li kellha ssir lill-inġenju tal-ajru skont il-programm approvat tal-manutenzjoni tkun saret, u
(4)
kull difett magħruf ikun issewwa jew, meta applikabbli, ġestit b'mod ikkontrollat, u
(5)
id-direttivi kollha applikabbli tan-navigabbiltà jkunu ġew applikati u rreġistrati korrettament, u
(6)
il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati lill-inġenju tal-ajru jkunu ġew irreġistrati u approvati skont l-Anness (parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, u
(7)
il-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu installati fuq l-inġenju tal-ajru jkunu identifikati korrettament u ma jkunux qabżu l-limitu approvat taż-żmien tal-użu tagħhom, u
(8)
il-manutenzjoni kollha tkun ġiet rilaxxata skont l-Anness I (Parti-M), u
(9)
id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u hija valida, u
(10)
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip approvat mill-Aġenzija u
(11)
jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
(b)
Il-persunal tar-reviżjoni tan-navigabbiltà tal-organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandu jwettaq stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dan l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tan-navigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.
(c)
Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tan-navigabbiltà għandu jiżgura li:
(1)
il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġ jkunu installatti korrettament, u
(2)
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-tajran tiegħu, u
(3)
il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u
(4)
l-ebda difett evidenti ma jinstab li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt M.
(5)
ma tkun instabet ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni dokumentata tar-reġistri tal-paragrafu (a).
(d)
B'deroga mill-punt M.A.901(a), ir-reviżjoni tan-navigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tan-navigabbiltà, sabiex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.
(e)
Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tan-navigabbiltà (Formola EASA 15b) jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tan-navigabbiltà (Formola EASA 15b) msemmi fl-Appendiċi III għall-Anness I (Parti-M) jista' biss jinħareġ:
(1)
minn persunal tar-reviżjoni tan-navigabbiltà awtorizzat kif xieraq skont il-punt M.A.707 f'isem l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà jew minn persunal li jiċċertifika fil-każijiet previsti fil-punt M.A.901(g), u
(2)
meta jkun sodisfatt li r-reviżjoni tan-navigabbiltà tkun twettqet għal kollox u li ma hemm l-ebda nuqqas ta' konformità magħruf li jipperikola s-sikurezza tat-tajran.
(f)
Kopja ta' kwalunkwe ċertifikat tar-reviżjoni tan-navigabbiltà maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-Reġitsru ta' dak l-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem.
(g)
Il-ħidmiet tar-reviżjoni tan-navigabbiltà m'għandhomx jiġu sottokuntrattati.
(h)
Jekk l-eżitu tar-reviżjoni tan-navigabbiltà ma tkunx konklussiva, l-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata malli jkun prattikabbli iżda f'kull każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li qed titratta r-reviżjoni.”;
(14)
il-punt M.A.711 huwa mibdul b'dan li ġej:
(i)
il-punt (a)1 huwa mibdul b'dan li ġej:
“(1)
il-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal dawk involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif imniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.”;
(ii)
jiġi miżjud il-punt (c) li ġej:
“(c)
Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbilità li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt M.A.711(b) tista' addizzjonalment tiġi approvata biex toħroġ permess tat-tajran skont il-Parti 21A.711(d) tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 għall-inġenju tal-ajru partikolari li għalih l-organizzazzjoni ġiet approvata biex toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tan-navigabbilità, meta l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbilità tkun qed tattesta l-konformità ma' kundizzjonijiet approvati tat-tajran, soġġett għal proċedura approvata xierqa fil-preżentazzjoni msemmija fil-punt M.A.704.”;
(15)
il-punt M.A.714 huwa mibdul b'dan li ġej:
“M.A.714Żamma ta' reġistri
(a)
L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandha tirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol imwettaq. Ir-reġistri meħtieġa minn M.A.305 u jekk applikabbli M.A.306 għandhom jinżammu.
(b)
Sabiex l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(b), għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat u rakkomandazzjoni maħruġin tar-reviżjoni tan-navigabbiltà jew, kif applikabbli, estiżi, flimkien mad-dokumenti anċillari kollha. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat tal-ġestjoni tar-reviżjoni tan-navigabbiltà li tkun estendiet bil-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(a)4.
(c)
Sabiex l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(c), għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-tajran maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 21A.729 tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
(d)
L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandha żżomm kopja tar-reġistri kollha msemmija fil-paragrafi (b) u (c) sa sentejn wara li l-inġenju tal-ajru jkun tneħħa permanentament mis-servizz.
(e)
Ir-reġistri għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.
(f)
Il-hardware kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata ż-żamma tajba tagħhom.
(g)
Meta l-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbilità ta' inġenju tal-ajru tkun ġiet trasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-reġistri kollha miżmuma għandhom jiġu trasferiti lil din l-organizzazzjoni jew persuna. Il-perjodi ta' żmien preskritti għaż-żamma tar-reġistri għandhom ikomplu japplikaw għal din l-organizzazzjoni jew persuna.
(h)
Meta organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbilità ta' inġenju ttemm l-operat tagħha, ir-reġistri kollha miżmuma għandhom jiġu ttrasferiti lil sid l-inġenju tal-ajru.”;
(16)
fil-punt M.A.901(i), il-punt 1 huwa mibdul b'li ġej:
“(1)
meta inġenju tal-ajru jkun amministrat minn organizzazzjoni tal-ġestjoni tan-navigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) misjuba f'pajjiż terz;”;
(17)
fil-punt M.A.905, il-paragrafu (c) huwa mibdul b’dan li ġej:
“(c)
Wara li tkun waslet in-notifika tar-riżultati skont il-punt M.B.903, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli msemmija fil-punt M.A.201 għandha tiddefinixxi plan ta' azzjoni korrettiva u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità inkluża azzjoni korrettiva xierqa li żżomm milli terġa' sseħħ l-okkorrenza tar-riżultat u l-kawża tal-qofol tiegħu.;”;
(18)
fil-punt M.A.104(d), il-punt 7 huwa mibdul b'li ġej:
“(7)
kull dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Anness I (Parti-M) jew l-Anness III (EU-OPS) tar-Regolament Nru 3922/91.”;
Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal għanijiet ta' manutenzjoni. Tinġibed l-attenzjoni għall-Appendiċi I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal għanijiet ta' produzzjoni.
1. GĦAN U UŻU
1.1.
L-għan primarju taċ-Ċertifikat huwa li jiddikjara n-navigabbiltà tax-xogħol ta' manutenzjoni mwettaq fuq prodotti, parts jew apparat (minn issa “l quddiem 'oġġett(i)”).
1.2.
Trid tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-Ċertifikat u l-oġġett(i). L-oriġinatur għandu jżomm Ċertifikat f'forma li tippermetti l-verifika tad-dejta orġinali.
1.3.
Iċ-Ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tan-navigabbiltà, iżda jista' jkun dipendenti fuq l-eżistenza ta' ftehimiet bilaterali u/jew il-politika tal-awtorità tan-navigabbiltà. Id-“dejta approvata tad-disinn” imsemmija f'dan iċ-Ċertfikat għalhekk tfisser li approvata mill-awtorità tan-navigabbiltà tal-pajjiż importatur.
1.4.
Iċ-Ċertifikat mhuwiex nota ta' kunsinna jew ta' trasport.
1.5.
L-inġenji tal-ajru m'għandhomx jiġu rrilaxxati permezz ta' dan iċ-Ċertifikat.
1.6.
Iċ-Ċertifikat ma jikkostitwix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrejjen partikolari, iżda jgħin lill-utent aħħari jiddetermina l-istatus tal-approvazzjoni tan-navigabbiltà.
1.7.
Mhix permessa fuq l-istess ċertifikat taħlita ta' oġġetti rilaxxati mill-produzzjoni u mill-manutenzjoni.
2. FORMAT ĠENERALI
2.1.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż inklużi n-numri tal-kaxex u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Il-qisien tal-kaxxa jistgħu mandakollu jvarjaw skont l-applikazzjoni individwali, iżda mhux sal-punt fejn iċ-Ċertifikat ma jkunx jingħaraf.
2.2.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun orjentat orizzontalment fuq il-karta (format “landscape”) iżda d-daqs kumplessiv jista' jitkabbar jew jitnaqqas b'mod konsistenti sakemm iċ-Ċertfikat jibqa' jingħaraf u jinqara sew. F'dubju, ikkonsulta mal-Awtorità Kompetenti.
2.3.
Id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà tal-Utent/Installatur tista' titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.
2.4.
L-istampar kollu jrid ikun ċar u jinqara faċilment.
2.5.
Iċ-Ċertifikat jista' jew ikun stampat minn qabel jew inkella ġġenerat minn kompjuter iżda f'kull każ l-istampar tal-linji u l-karattri jrid ikun ċar u leġibbli u skont il-format definit.
2.6.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u fejn xieraq, bi lsien ieħor jew aktar.
2.7.
Id-dettalji li għandhom jiddaħħlu fiċ-Ċertfikat jistgħu jkunu jew stampati b'magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn b'ittri kapitali b'tali mod li jinqraw faċilment.
2.8.
Żomm għall-minimu l-użu tat-taqsiriet, għal raġunijiet ta' ċarezza.
2.9.
L-ispazju li jibqa' fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċertfikat jista' jintuża mill-oriġinatur għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali iżda ma jista' jinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta' ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu tan-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat għandu jkun refereznjat fil-kaxxa xierqa fuq il-parti ta' quddiem taċ-ċertifikat.
3. KOPJI
3.1.
Ma hemmx restrizzjoni fuq l-għadd ta' kopji taċ-Ċertifikat mibgħut lill-klijent jew miżmum mill-oriġinatur.
4. ŻBALJI FUQ ĊERTIFIKAT
4.1.
Jekk utent aħħari jsib żball fuq Ċertifikat, għandu jidentifikah bil-miktub lill-oriġinatur. L-oriġinatur jista' joħroġ Ċertifikat ġdid biss jekk l-iżball jista' jiġi vverifikat u kkoreġġut.
4.2.
Iċ-Ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru tal-intraċċar ġdid, firma u data.
4.3.
It-talba għal Ċertfikat ġdid għandha tiġi onorata mingħajr verifika mill-ġdid tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-Ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni ta' kundizzjoni kurrenti u għandu jirreferi għaċ-Ċertifikat preċedenti fil-kaxxa 12 b'din id-dikjarazzjoni: ‘Dan iċ-Ċertifikat jikkoreġi l-iżball(ji) fil-kaxxa(i) [daħħal il-kaxxi kkoreġġuti] taċ-Ċertifikat [daħħal in-numru oriġinal tat-traċċar] bid-data [daħħal id-data oriġinali tal-ħruġ] u ma jkoprix il- konformità/kundizzjoni/rilaxx għas-servizz’. Iż-żewġ Ċertifikati jridu jinżammu skont il-perjodu taż-żamma assoċjat ma' tal-ewwel.
Iddikjara l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha ħareġ iċ-Ċertifikat. Meta l-awtorità kompetenti tkun l-EASA, niżżel ‘EASA’ biss.
Kaxxa 2Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA
‘ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT
FORMOLA 1 TAL-EASA’
Kaxxa 3Numru tal-Intraċċar tal-Formola
Daħħal in-numru uniku stabbilit mis-sistema/proċedura tan-numerar tal-organizzazzjoni identifikata fil-kaxxa 4; dan jista' jinkludi karattri alfanumeriċi.
Kaxxa 4Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni
Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-organizzazzjoni approvata (irreferi għall-Forma 3 tal-EASA) li qed tirrilaxxa x-xogħol kopert minn dan iċ-Ċertifikat. Logos, eċċ, huma permessi jekk il-logo joqgħod fil-kaxxa.
Kaxxa 5Ordni tax-Xogħol/Kuntratt/Fattura
Sabiex tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà tal-oġġett(i), daħħal in-numru tal-ordni tax-xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura, jew numru simili ta' referenza.
Kaxxa 6Oġġett
Daħħal in-numru tal-oġġett skont il-linja meta jkun hemm aktar minn oġġett wieħed fil-linja. Din il-kaxxa tippermetti referenzjar inkroċjat faċli għall-kaxxa 12 tar-Rimarki.
Kaxxa 7Deskrizzjoni
Daħħal l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu użat fl-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni tan-navigabbiltà jew id-dejta tal-manutenzjoni (eż. Katalgu Illustrat tal-Parts, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru, Bullettin tas-Servizz, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Komponenti).
Kaxxa 8Numru tal-Part
Daħħal in-numru tal-part kif jidher fuq l-oġġett jew fuq it-tikketta/il-pakkett. Fil-każ ta' magna jew skrejjen, tista' tintuża t-tismija tat-tip.
Kaxxa 9Kwantità
Iddikjara l-kwantità tal-oġġetti.
Kaxxa 10Numru tas-Serje
Jekk l-oġġett huwa meħtieġ mir-regolamenti li jiġi identifikat b'numru tas-serje, daħħlu hawn. Barra minn dan, jista' wkoll jiddaħħal kwalunkwe numru ieħor tas-serje mhux meħtieġ mir-regolament. Jekk mhemmx numru tas-serje identifikat fuq l-oġġett, daħħal ‘N/A’.
Kaxxa 11Status/Xogħol
Dan li ġej jiddeskrivi l-entrati permissibbli għall-kaxxa 11. Daħħal wieħed biss minn dawn it-termini – fejn jista' jkun applikabbli iktar minn wieħed, uża dak li jiddeskrivi bl-aktar mod preċiż il-biċċa l-kbira tax-xogħol imwettaq u/jew l-istatus tal-oġġett.
(i) Żarmat. Tfisser proċess li jiżgura li l-oġġett huwa f'konformità totali mat-tolleranzi applikabbli kollha tas-servizz speċifikati fl-istruzzjonijiet tad-detentur taċ-ċertifikat jew tal-manifattur tat-tagħmir għall-manutenzjoni tan-navigabbiltà, jew fid-dejta li hija approvata jew aċċettata mill-Awtorità. L-oġġett ikun mill-inqas żarmat, imnaddaf, imsewwi kif meħtieġ, immuntat mill-ġdid u ttestjat skont id-dejta speċifikata fuq.
(ii) Imsewwi. Rettifika tad-difetti bl-użu ta' standard applikabbli (*1).
(iii) Spezzjonat/Ittestjat. Eżami, kejl, eċċ. skont standard applikabbli (*1) (eż. spezzjoni viżiva, test funzjonali, test fuq punt fiss, eċċ.).
(iv) Immodifikat. Alterazzjoni ta' oġġett biex jikkonforma ma' standard applikabbli (*1).
Kaxxa 12Rimarki
Iddeskrivi x-xogħol identifikat fil-Kaxxa 11, jew direttament jew b'referenza għad-dokumentazzjoni anċillari, necċessarja għall-utent jew għall-installatur biex jiddetermina l-oġġett(i) b'relazzjoni max-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk meħtieġ, tista' tintuża folja separata u rreferenzjata mill-Formola 1 ewlenija tal-EASA. Kull dikjarazzjoni trid tidentifika b'mod ċar liema oġġett(i) fil-Blokk 6 tirreferi għalihom.
Eżempji ta' informazzjoni li għandhom jiddaħħlu fil-kaxxa 12 huma:
(i)
Id-dejta tal-manutenzjoni użata, inkluż l-istatus tar-reviżjoni u r-referenza.
(ii)
Konformità ma' direttivi tan-navigabbiltà jew bulettini tas-servizz.
(iii)
Tiswijiet imwettqa.
(iv)
Modifiki mwettqa.
(v)
Parts ta' sostituzzjoni installati.
(vi)
Status tal-parts bi żmien limitat tal-użu.
(vii)
Diskrepanzi fir-rigward tal-ordni tax-xogħol tal-klijent.
(viii)
Dikjarazzjonijiet tar-rilaxx sabiex jiġi sodisfatt rekwiżit tal-manutenzjoni minn Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili barranija.
(ix)
Informazzjoni meħtieġa sabiex tappoġġa spedizzjonijiet parzjali jew immuntar mill-ġdid wara l-kunsinna.
(x)
Għall-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont id-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponent imsemmi fil-punt M.A.613;
‘Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din il-kaxxa, ix-xogħol identifikat fil-kaxxa 11 u deskritt f'din il-kaxxa twettaq skont ir-rekwiżiti tas-Sezzjoni A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DAN MHUX ĦRUĠ GĦALL-UŻU SKONT L-ANNESS II (PARTI 145) GĦAR-REGOLAMENT (KE) NRU 2042/2003.’
Jekk tkun qed tiġi stampata dejta mill-format elettroniku tal-Formola 1 tal-EASA, kwalunkwe dejta li mhix xierqa għall-kaxex l-oħra trid tiddaħħal f'din il-kaxxa.
Kaxxa 13a-13e
Rekwiżiti Ġenerali għall-kaxex 13a-13e: Mhux użat għar-rilaxx mill-manutenzjoni. Ħażżeż, skura jew immarka mod ieħor sabiex tipprekludi użu involontarju jew mhux awtorizzat.
Kaxxa 14a
Immarka l-kaxxa/kaxex ix-xierqa billi tindika liema regolamenti japplikaw għax-xogħol imlesti. Jekk il-kaxxa ‘regolamenti oħra speċifikati fil-kaxxa 12’ tkun immarkata, ir-regolamenti tal-awtorità/ajiet l-oħra tan-navigabbiltà għandhom jiġu identifikati fil-kaxxa 12. Trid tiġi mmarkata mill-inqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati żewġ kaxxi, kif xieraq.
Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjoniet ta' manutenzjoni approvati skont is-Sezzjoni A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, il-kaxxa ‘regolament ieħor speċifikat fil-kaxxa 12’ għandha tiġi mmarkata u l-istqarrija taċ-ċertifikazzjoni tar-rilaxx għall-użu ssir fil-kaxxa 12. F'dak il-każ, l-istqarrija ta' ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din il-kaxxa’ hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:
(a)
Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.
(b)
Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness I (Parti M).
(ċ)
Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness I (Parti M). F'dan il-każ il-kaxxa 12 għandha tispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.
Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjoniet ta' manutenzjoni approvati skont is-Sezzjoni A tal-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, l-istqarrija ta' ċertifikazzjoni ‘ħlief jekk speċifikat fil-kaxxa 12’ hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:
(a)
Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.
(b)
Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness II (Parti-145).
(ċ)
Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness II (Parti-145). F'dan il-każ il-kaxxa 12 għandha tispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.
Kaxxa 14bFirma Awtorizzata
Dan l-ispazju għandu jimtela bil-firma tal-persuna awtorizzata. Għandhom permess jiffirmaw din il-kaxxa biss il-persuni awtorizzati speċifikament mir-regoli u l-politiki tal-Awtorità Kompetenti. Sabiex ikun hemm rikonoxximent aħjar, jista' jiżdied numru uniku li jidentifika l-persuna awtorizzata.
Kaxxa 14cNumru taċ-Ċertifikat/Approvazzjoni
Daħħal in-numru/referenza taċ-Ċertifikat/Approvazzjoni In-numru jew referenza jinħareġ mill-Awtorità Kompetenti.
Kaxxa 14dIsem
Daħħal isem il-persuna li qed tiffirma l-kaxxa 14b b'mod li jista' jinqara.
Kaxxa 14eData
Daħħal id-data li fiha ġiet iffirmata l-kaxxa 14b, id-data trid tkun fil-format jj = jum b'żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = sena b'4 ċifri
Responsabbiltajiet tal-Utent/Installatur
Daħħal id-dikjarazzjoni li ġejja fuq iċ-Ċertifikat sabiex tgħarraf lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni u l-użu ta' kwalunkwe oġġett akkumpanjat minn din il-formola:
‘DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JIKKOSTITWIX AWTOMATIKAMENT L-AWTORITÀ GĦALL-INSTALLAZZJONI.
META L-UTENT/INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLAMENT TA' AWTORITÀ TAN-NAVIGABBILTÀ DIFFERENTI MINN DIK L-AWTORITÀ TAN-NAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, HUWA ESSENZJALI LI L-UTENT/INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAN-NAVIGABBILITÀ TIEGĦU/TAGĦHA TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAN-NAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1.
DIKJARAZZJONIJIET FIL-KAXEX 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. F'KULL KAŻ IR-REĠISTRI TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJU TAL-AJRU JRID IKOLLHOM ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠA SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI MILL-UTENT/INSTALLATUR QABEL MA L-INĠENJU TAL-AJRU JKUN JISTA' JITTAJJAR.’
13a. Jiċċertifika li l-oġġetti identifikati fuq ġew manifatturati konformi ma'
dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni għall-operat sikur
dejta tad-disinn mhux approvata speċifikata fil-kaxxa 12
14a.
PartI-145.A.50 Rilaxx għas-servizz
Regolament ieħor speċifikat fil-kaxxa 12
Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-kaxxa 12, ix-xogħol identifikat fil-kaxxa 11 u deskritt fil-kaxxa 12, twettaq skont il-Parti-145 u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu.
13b. Firma Awtorizzata
13c. Numru tal-Approvazzjoni/Awtorizzazzjoni
14b. Firma Awtorizzata
14c. Numru ta' Referenza taċ-Ċertifikat/Approvazzjoni
13d. Isem
13e. Data (jj/xx/ssss):
14d. Isem
14e. Data (jj/xx/ssss):
RESPONSABBILTAJIET TAL-UTENT/INSTALLATUR
Dan iċ-ċertifikat ma jikkostitwix awtomatikament l-awtorità għall-installazzjoni tal-oġġett(i).
Meta l-utent/installatur iwettaq xogħol skont ir-regolament ta' awtorità tan-navigabbiltà differenti minn dik l-awtorità tan-navigabbiltà speċifikata fil-kaxxa 1, huwa essenzjali li l-utent/installatur jiżgura li l-awtorità tan-navigabbilità tiegħu/tagħha taċċetta oġġetti mill-awtorità tan-navigabbiltà speċifikata fil-kaxxa 1.
Dikjarazzjonijiet fil-kaxex 13a u 14a ma jikkostitwixxux ċertifikazzjoni tal-installazzjoni. F'kull każ ir-reġistri tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jridu jkollhom ċertifikazzjoni tal-installazzjoni maħruġa skont ir-regolamenti nazzjonali mill-utent/installatur qabel mal-inġenju tal-ajru jkun jista' jittajjar.
B'segwitu għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinsab fis-seħħ, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà li ġejja, approvata skont is-Sezzjoni A, Sottoparti G tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003
wettqet reviżjoni tan-navigabbiltà skont il-punt M.A.710 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għall-inġenju tal-ajru li ġej:
Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …
Isem il-manifattur: …
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: …
Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …
u fil-mument ta' reviżjoni dan l-inġenju tal-ajru ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskadenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskndenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskadenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
Formola 15b tal-EASA Ħarġa 3.
(*) Ħassar għal pajjiżi li mhux Stati Membri tal-UE.
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li attwalment jinsab fis-seħħ, [L-AWTORITA' KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b'dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:
Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …
Isem il-manifattur: …
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: …
Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …
fil-mument ta' reviżjoni ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskadenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskadenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie kkunsidrat li jista' jittajjar.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskadenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
Formola 15b tal-EASA Ħarġa 3.
(*) Ħassar għal pajjiżi li mhux Stati Membri tal-UE.”
(21)
L-Appendiċi IV jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi IV
Sistema ta' Klassijiet u Valutazzjonijiet li għandha tintuża għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)
1.
Ħlief jekk iddikjarat mod ieħor għall-iżgħar organizzazzjonijiet fil-paragrafu 12, it-tabella msemmija fil-punt 13 tipprovdi s-sistema standard għall-approvazzjoni tal-organizzazjoni tal-manutenzjoni taħt is-Sottoparti F (Parti-M) u l-Anness II (Parti-145) Organizzazzjoni għandha tingħata approvazzjoni fuq medda minn klassi u valutazzjoni unika b'limitazzjonijiet sal-klassijiet u l-valutazzjonijiet kollha b'limitazzjonijiet.
2.
Minbarra t-tabella msemmija fil-punt 13, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni meħtieġa tindika l-ambitu ta' xogħolha fil-manwal/preżentazzjoni tagħha tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni. Ara wkoll il-paragrafu 11
3.
Fi ħdan il-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) mogħtija mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk essezjali li l-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet ikunu jaqblu.
4.
Valutazzjoni ta' klassi A tfisser li l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tista' twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kull komponent (inklużi magni u/jew ġeneratur awżiljari (APUs)) skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq l-inġenju tal-ajru. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata vvalutata b'A tista' temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. Dan se jkun suġġett għal proċedura ta' kontroll fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. It-taqsima tal-limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni.
5.
Valutazzjoni ta' klassi B tfisser li organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tista' twettaq manutenzjoni fuq magni u/jew APU u komponenti tal-magna/APU mhux installati, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna/APU jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati mal-magni u/jew l-APU. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata B tista' temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. It-taqsima tal-limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata f'kategorija B tista' wkoll twettaq manutenzjoni fuq magna installata waqt manutenzjoni tal-‘bażi’ u tal-‘linja’ suġġetta għal proċedura ta' kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-awtorità kompetenti.
6.
Valutazzjoni ta' klassi C tfisser li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tista' twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (esklużi magni u APUs) maħsuba għall-immuntar fuq l-inġenju tal-ajru jew il-magna/APU. It-taqsima tal-limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni kklassifikata f'kategorija C tista' wkoll twettaq manutenzjoni fuq komponent installat waqt manutenzjoni tal-‘bażi’ u tal-‘linja’ jew f'faċilità tal-manutenzjoni ta' magna/APU suġġetta għal proċedura ta' kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-awtorità kompetenti.
7.
Valutazzjoni ta' klassi D hija klassi għaliha mhux neċessarjament marbuta ma' inġenju tal-ajru, magna jew komponent speċifiku. Il-klassifikazzjoni D1 - Non Destructive Testing (NDT) hija biss meħtieġa għal organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata b'valutazzjoni ta' kategorija ta' A jew B jew C tista' twettaq NDT fuq prodotti li tkun qed tagħmlilhom suġġett għall-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li jkun fiha proċeduri NDT, mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni ta' kategorija D1.
8.
Fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont l-Anness II (Parti-145), valutazzjonijiet ta' klassi A jinqasmu f'manutenzjoni ‘Bażi’ jew ‘Linja’. Organizzazzjoni bħal din tista' tiġi approvata għal manutenzjoni ‘Bażi’ jew ‘Linja’ jew għat-tnejn. Ta' min jinnota li faċilità ‘Linja’ misjuba fuq faċilità ewlenija ta' bażi teħtieġ approvazzjoni tal-manutenzjoni ‘Linja’.
9.
Is-sezzjoni tal-limitazzjoni maħsuba biex tagħti lill-awtoritajiet kompetenti l-flessibbiltà li jadattaw l-approvazzjoni għal kwalunkwe organizzazjoni partikolari. Il-valutazzjonijiet għandhom jissemmew fuq l-approvazzjoni biss meta jkunu limitati kif xieraq. It-tabella msemmija fil-punt 13 tispeċifika t-tip ta' limitazzjoni possibbli. Filwaqt l-manutenzjoni hija elenkata l-aħħar f'kull valutazzjoni ta' klassi, huwa aċċettabbli li wieħed jisħaq dwar il-kompitu ta' manutenzjoni aktar milli l-inġenju tal-ajru jew it-tip ta' magna jew il-manifattur, jekk dan huwa aktar xieraq għall-organizzazzjoni (eżempju jista' jkun installazzjonijiet ta' sistemi avjoniċi u manutenzjoni relatata). Meta din tissemma fis-sezzjoni tal-limitazzjoni, tkun tindika li l-organizzazjoni tal-manutenzjoni hija approvata biex twettaq manutenzjoni sa u inkluż dan il-kompitu partikolari.
10.
Meta ssir referenza għal serje, tip u grupp fis-sezzjoni tal-limitazzjoni ta' klassi A u B, serje tfisser serje ta' tip speċifiku bħal Airbus 300 jew 310 jew 319 jew serje Boeing 737-300 jew serje RB211-524 jew Cessna 150 jew Cessna 172 jew serjeBeech 55 jew serje kontinentali O-200 eċc; tip tfisser tip jew mudell speċifiku bħal tip Airbus 310-240 jew tip RB 211-524 B4 jew tip Cessna 172RG; jista' jiġi kkwotat kwalunkwe numru ta' tipi jew serje; grupp tfisser perżempju inġenju tal-ajru Cessna b'ċilindru wieħed jew magni biċ-ċilindri mhux pressurizzati Lycoming eċċ.
11.
Meta tintuża lista twila ta' kompetenzi li taf tkun soġġetta għal emendi spiss, dawn l-emendi jistgħu jkunu skont il-proċeduri ta' approvazzjoni indiretta imsemmija fil-punti M.A.604(c) u M.B.606(c) jew 145.A.70(c) u 145.B.40, kif applikabbli.
12.
Organizzazzjoni tal-manutenzjoni li timpjega persuna waħda biss biex sew tippjana u sew twettaq il-manutenzjoni kollha jista' jkollha biss ambitu limitat ta' kategorija tal-approvazzjoni. Il-limiti massimi permissibbli huma:
KLASSI
KATEGORIJA
LIMITAZZJONI
KLASSI INĠENJU TAL-AJRU
AJRUPLANI TA' KLASSI A2 TA' 5 700 KG JEW INQAS
MAGNA BIĊ-ĊILINDRI 5 700 KG JEW INQAS
KLASSI INĠENJU TAL-AJRU
ĦELIKOPTERS TA' KLASSI A3
MAGNA B'ĊILINDRU WIEĦED 3 175 KG JEW INQAS
KLASSI INĠENJU TAL-AJRU
INĠENJU TAL-AJRU KLASSI A4 GĦAJR A1, A2, U A3
EBDA LIMITAZZJONI
KLASSI MAGNI
KLASSI B2 PISTON
ANQAS MINN 450 HP
KLASSI KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs
C1 SA C22
SKONT IL-LISTA TAL-KOMPETENZI
KLASSI XOGĦLIJIET SPEĊJLAIZZATI
D1 NDT
METODI NDT LI GĦANDHOM JIĠU SPEĊIFIKATI
Ta' min wieħed jinnota li organizzazzjoni bħal din tista' tkun ulterjorment limitata mill-awtorità kompetenti fl-ambitu tal-approvazzjoni abbażi tal-kompetenza ta' dik l-organizzazjoni partikolari.
13.
Tabella
KLASSI
KATEGORIJA
LIMITAZZJONI
BAŻI
LINJA
INĠENJI TAL-AJRU
Ajruplani A1 'il fuq minn 5 700 kg
[Kategorija rriżervata għall-Organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni approvati skont l-Anness II (Parti-145)]
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
Eżempju: Airbus serje A320
[IVA / LE]*
[IVA / LE]*
Ajruplani A2 5 700 kg u inqas
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
Eżempju: DHC-6 serje Twin Otter
[IVA / LE]*
[IVA / LE]*
Ħelikopters A3
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ħelikopter jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
Eżempju: Robinson R44
[IVA / LE]*
[IVA / LE]*
Inġenju tal-ajru A4 għajr A1, A2, u A3
[Għandu jiddikjara s-serje tal-inġenju tal-ajru u jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
[IVA / LE]*
[IVA / LE]*
MAGNI
Turbina B1
[Għandu jiddikjara s-serje tal-magna u jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni] Eżempju: Serje PT6A
B2 Piston
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-magna jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
B3 APU
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-magna jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs
C1 Arja kkundizzjonata u pressurizzazzjoni
[Għandu jiddikjara t-tip ta' inġenju tal-ajru jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew il-manifattur tal-komponent jew il-komponent partikolari u/jew jagħmel referenza inkroċjata għal lista ta' kompetenzi fil-preżentazzjoni u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]
Eżempju: Kontroll tal-Fjuwil PT6A
C2 Pilota awtomatiku
C3 Komunikazzjoni u Navigazzjoni
C4 Bibien - Sportelli
C5 Elettriku u dwal
C6 Tagħmir
C7 Magna - APU
C8 Apparat tal-kontroll tat-tajran
C9 Fjuwil
C10 Ħelikopters – Skrejjen
C11 Ħelikopters – Trażmissjoni
C12 Enerġija idrawlika
C13 Sistema ta' indikazzjoni - reġistrazzjoni
C14 Tagħmir għall-inżul
C15 Ossiġenu
C16 Skrejjen
C17 Sistema pnewmatiku u vakum
C18 Protezzjoni mis-silġ/xita/nar
C19 Twieqi
C20 Strutturali
C21 Żborra tal-ilma
C22 Awment tal-Propulsjoni
SERVIZZI SPEĊJALIZZATI
D1 Non Destructive Testing
[Metodi NDT partikolari għandhom jiġu speċifikati]”
(22)
L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi V
Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F
ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MF.[XXXX]
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 li jinsabu fis-seħħ, [L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)] b'dan tiċċertifika:
[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
bħala organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata konformi mas-Sezzjoni A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, approvata biex tagħmel manutenzjoni fuq prodotti, parts u apparat elenkat fl-iskeda tal-approvazzjoni meħmuża u toħroġ ċertifikati relatati tar-rilaxx għas-servizz bl-użu tar-referenzi ta’ hawn fuq.
KUNDIZZJONIJIET:
1. L-approvazzjoni hija limitata għal dak li hemm speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-manwal tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni kif imsemmi fit-Taqsima A tas-Sottoparti F għall-Anness I, u
2. Din l-approvazzjoni hija valida waqt li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tibqa' f'konformità mal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
3. Din l-approvazzjoni hija valida waqt li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tibqa' f'konformità mal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
4. Bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet preċedenti, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitat sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
Data tal-ħruġ oriġinali: …
Data ta' din ir-reviżjoni: …
Nru tar-reviżjoni: …
Iffirmat: …
Għall-awtorità kompetenti: [AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)]
Formola 3 tal-EASA- MF Ħarġa 2
(*) jew EASA jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti
(**) Ħassar għal pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE jew l-EASA.
SKEDA TA' APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MF.NNNN
Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
KLASSI
KATEGORIJA
LIMITAZZJONI
INĠENJI TAL-AJRU (**)
(***)
(***)
(***)
(***)
MAGNI (**)
(***)
(***)
(***)
(***)
KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUS (**)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
(***)
SERVIZZI SPEĊJALIZZATI (**)
(***)
(***)
(***)
(***)
Din l-approvazzjoni hija limitata għall-prodotti, parts u apparat u l-attivitajiet speċifikati fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-manwal tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni,
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 li jinsabu fis-seħħ, [L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU*] b'dan tiċċertifika:
[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà f'konformità mal-Anness I (Parti-M), Sezzjoni A, Sottoparti G tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, approvata biex tmexxi l-manutenzjoni tan-navigabbiltà tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-iskema ta' approvazzjoni mehmuża u, meta stipulat, biex toħroġ rakkomandazzjonijiet jew ċertifikati ta' revizjoni tan-navigabbiltà wara revizjoni tan-navigabbiltà kif speċifikat fil-punt M.A.710 tal-Anness I (Parti-M), u fejn stipulat, toħroġ permessi għat-tajran kif speċifikat fil-punt M.A.711(c) tal-Anness I (Parti-M) tal-istess Regolament.
KUNDIZZJONIJIET
1. Din l-approvazzjoni hija limitata għal dak li hemm speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tal-approvazzjoni tal-espożizzjoni tal-preżentazzjoni approvata tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà kif imsemmi fl-Anness I (Parti M) Sezzjoni A, Sottoparti G tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
2. Din l-approvazzjoni teħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fl-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 tal-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità kontinwata li inġenju tal-ajru jittajjar
3. Din l-approvazzjoni hija valida sakemm l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità kontinwata li inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru tibqa' f'konformità mal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
4. Fejn l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità kontinwata li inġenju tal-ajru jittajjar tagħti b'subappalti skont is-Sistema ta' Kwalità tagħha s-servizz ta' organizzazzjoni (jew diversi organizzazzjonijiet), din l-approvazzjoni tibqa' valida bil-kundizzjoni li din/dawn l-organizzazzjoni(jiet) jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali applikabbli.
5. Bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet 1 sa 4 hawn fuq, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitat sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
F'każ li din il-formola tintuża wkoll għal detenturi tal-AOC, in-numru tal-AOC għandu jiżdied mar-referenza, b'żieda man-numru standard, u l-kundizzjoni 5 għandha tinbidel bil-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
6. Din l-approvazzjoni ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex ikunu operati t-tipi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorizzazzjoni biex ikun operat l-inġenju tal-ajru hija ċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC).
7. It-terminazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-AOC awtomatikament tinvalida l-approvazzjoni attwali fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru speċifikati fl-AOC, sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor mill-awtorità kompetenti.
8. Bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet preċedenti, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitata sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-MANUTENZJONI TAN-NAVIGABBILTÀ SKEDA TA' APPROVAZZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTATI MEMBRU*].MF.XXXX
(ref. AOC XX.XXXX
Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
It-tip/serje/grupp ta' inġenju tal-ajru
Reviżjoni awtorizzata tal-kapaċità li inġenju tal-ajru jittajjar
Permessi għat-tajran awtorizzati
Organizzazzjoni(jiet) li taħdem(jaħdmu) b'sistema ta' kwalità
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
[IVA / LE]***
Din l-iskeda ta' approvazzjoni hija limitata għal dak li hemm speċifikat fl-ambitu tal-approvazzjoni li hemm fis-sezzjoni dwar il-Preżentazzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Manutenzjoni tan-Navigabbiltà …
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni
145.B.50
Riżultati
145.B.55
Żamma ta' reġistri
145.B.60
Eżenzjonijiet
Appendiċi I — Ċertfikat għar-Rilaxx Awtorizzat - Formola 1 tal-EASA
Appendiċi II — Sistema ta' Klassifikar użata għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)
Appendiċi III — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness II (Parti-145)
Appendiċi IV — Kundizzjonijiet għall-użu ta' persunal mhux kwalifikat skont il-punti 145.A.30(j) 1 u 2”;
(2)
it-titlu tat-taqsima A jinbidel b'dan li ġej:
“
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
”;
(3)
il-punt 145.A.15 jinbidel b'dan li ġej:
“145.A.15Applikazzjoni
Applikazzjoni għall-ħruġ jew għall-bidla ta' approvazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f'forma u manjiera stabbilita minn awtorità bħal din.”;
(4)
il-punt 145.A.20 jinbidel b'dan li ġej:
“145.A.20Termini tal-Approvazzjoni
L-organizzazzjoni għandha tispeċifika fil-preżentazzjoni tagħha l-ambitu tax-xogħol meqjus li jikkostitwixxi approvazzjoni (l-Appendiċi IV tal-Anness I (Parti-M) fih tabella bil-klassijiet u l-kategoriji kollha).”;
(5)
il-punt 145.A.35 huwa emendat kif ġej:
(i)
il-paragrafu (b) jinbidel b'dan li ġej:
“(b)
Bl-eċċezzjoni ta' dawk il-każijiet elenkati f'145.A.30(j) l-organizzazzjoni tista' biss toħroġ awtorizzazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni lill-persunal taċ-ċertifikazzjoni f'relazzjoni mal-kategoriji jew sottokategoriji bażiċi jew kwalunkwe kategorija tat-tip imniżżla fuq il-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru kif meħtieġa mill-Anness III (Parti-66), soġġett li l-liċenzja tibqa' valida tul il-perjodu tal-validità tal-awtorizzazzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni jibqa' konformi ma' dan l-Anness III (part-66).”;
(ii)
il-paragrafu (j) jiġi mibdul b’dan li ġej:
“(j)
L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru tal-persunal kollu taċ-ċertifikazzjoni u persunal tal-appoġġ kategorija B1 u B2, li għandu jkollu fih:
(1)
id-dettalji ta' kull liċenjza tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru miżmuma skont l-Anness III (Parti-66) u
(2)
kull taħriġ ikkompletat; u
(3)
l-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġa, fejn rilevanti; u
(4)
id-dettalji tal-persunal b'awtorizzazzjonijiet limitati jew ta' darba.
L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru għall-aħħar tliet snin tal-persunal imsemmi fil-paragrafu li jkun temm l-impjieg mal-organizzazzjoni jew malli tkun ġiet irtirata l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fuq talba, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha tforni lill-persunal imsemmi f'dan il-paragrafu b'kopja tar-resġistru personali tagħhom meta jħallu l-organizzazzjoni.
Il-persunal imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jingħata l-aċċess fuq talba għar-reġistri personali kif spjegat fuq.”;
(6)
il-punt 145.A.50(d) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(d)
Ċertifikat ta' rilaxx għas-servizz għandu jinħareġ meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni fuq komponent waqt li ma tkunx qiegħda fuq l-inġenju tal-ajru. Iċ-ċertifikat awtorizzat tar-rilaxx ‘Formola 1 tal-EASA’ imsemmi fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) jikkostitwixxi ċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponenti. Meta organizzazzjoni tagħmel manutenzjoni fuq komponent għall-użu tagħha, il-Formola 1 tal-EASA tista' ma tkunx neċessarja, skont il-proċeduri interni tar-rilaxx tal-organizzazzjoni definiti fil-preżentazzjoni.”;
(7)
il-punt 145.A.55(c) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(c)
L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-reġistri dettaljati kollha tal-manutenzjoni u kwalunkwe dejta tal-manutenzjoni għal tliet snin mid-data relatata ma' meta l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru ġie rrilaxxat mill-organizzazzjoni.
(1)
ir-reġistri skont dan il-paragrafu għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.
(2)
Il-hardware kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata ż-żamma tajba tagħhom.
(3)
Meta organizzazzjoni approvata skont din il-Parti ttemm l-operat tagħha, ir-reġistri kollha miżmuma tal-manutenzjoni li jkopru l-aħħar sentejn għandhom jitqassmu lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew komponent rispettiv jew jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti.”;
(8)
fil-punt 145.A.90(a), il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“(1)
l-organizzazzjoni tibqa' konformi mal-Anness II (Parti-145), skont id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tar-riżultati kif speċifikat skont il-punt 145.B.50”;
Għal kwalunkwe bidla fil-Preżentazzjoni tal-Organizzazzjoni ta' Manutenzjoni (MOE):
(1)
Fil-każ ta' approvazzjoni diretta tal-bidliet skont il-punt M.A.145.A.70(b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni huma konformi ma' dan l-Anness (Parti 145) qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni.
(2)
Fil-każ li proċedura ta' approvazzjoni indiretta tintuża għall-approvazzjoni tal-bidliet skont il-punt 145.A.70(c), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura (i) li l-bidliet jibqgħu minuri u (ii) li għandha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tal-bidliet biex tiżgura li jibqgħu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-145).”;
Id-dispożizzjonijet tal-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) japplikaw.”;
(11)
L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi II
Sistema ta' Klassijiet u Kategoriji użata għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)
Id-dispożizzjonijet tal-Appendiċi IV tal-Anness I (Parti-M) japplikaw.”;
(12)
L-Appendiċi III jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi III
Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness II (Parti-145)
ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU *].145.[XXXX]
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 li jinsabu fis-seħħ, [L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU *] b'dan tiċċertifika:
[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
bħala organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata konformi mas-Sezzjoni A tal-Anness II (Parti 145) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, approvata biex tagħmel manutenzjoni fuq prodotti, parts u apparat elenkat fl-iskeda tal-approvazzjoni meħmuża u toħroġ ċertifikati relatati tar-rilaxx għas-servizz bl-użu tar-referenzi ta’ hawn fuq.
KUNDIZZJONIJIET:
1. L-approvazzjoni hija limitata għal dak li hemm speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni kif imsemmi fit-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145) u
2. Din l-approvazzjoni teħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni, u
3. Din l-approvazzjoni hija valida waqt li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tibqa' f'konformità mal-Anness I (Parti-145) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
4. Bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet preċedenti, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitat sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
Data tal-ħruġ oriġinali: …
Data ta' din ir-reviżjoni: …
Nru tar-reviżjoni: …
Iffirmat: …
Għall-awtorità kompetenti: [AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU *]
Formola 3-145 tal-EASA Ħarġa 2
(*) jew EASA jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti
(**) Ħassar għal pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE jew l-EASA.
SKEDA TA' APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU *]0.145.[XXXX]
Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
KLASSI
KATEGORIJA
LIMITAZZJONI
BAŻI
LINJA
INĠENJI TAL-AJRU
***
***
[IVA / LE] **
[IVA / LE] **
***
***
[IVA / LE] **
[IVA / LE] **
***
***
[IVA / LE] **
[IVA / LE] **
***
***
[IVA / LE] **
[IVA / LE] **
MAGNI **
***
***
***
***
KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs **
***
***
***
***
***
***
***
***
***
***
***
***
SERVIZZI SPEĊJALIZZATI **
***
***
***
***
Din l-approvazzjoni hija limitata għall-prodotti, parts u apparat u l-attivitajiet speċifikati fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni,
SOTTOPARTI A – INĠENJI TAL-AJRU GĦAJR AJRUPLANI U ĦELIKOPTERS
66.A.100
Ġenerali
SOTTOPARTI C — KOMPONENTI
66.A.200
Ġenerali
TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
SOTTOPARTI A — ĠENERALI
66.B.05
Ambitu
66.B.10
Awtorità kompetenti
66.B.15
Mezzi aċċettabbli ta' konformità
66.B.20
Żamma ta' reġistri
66.B.25
Skambju reċiproku ta' informazzjoni
66.B.30
Eżenzjonijiet
SOTTOPARTI B – ĦRUĠ TA' LIĊNEZJA TAL-MANUTENZJONI TA' INĠENJU TAL-AJRU
66.B.100
Proċedura għall-ħruġ ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru mill-awtorità kompetenti
66.B.105
Proċedura għall-ħruġ ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru permezz tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni Parti-145
66.B.110
Proċedura għall-bidla ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru biex tinkludi kategorija jew sottokategorija addizzjonali bażika
66.B.115
Proċedura għall-bidla ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru biex tinkludi tip jew grupp ta' inġenju tal-ajru
66.B.120
Proċedura għat-tiġdid tal-validità ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru
SOTTOPARTI C — EŻAMIJIET
66.B.200
Eżamijiet mill-awtoritajiet kompetenti
SOTTOPARTI D — KONVERŻJONI TAL-KWALIFIKI NAZZJONALI
66.B.300
Ġenerali
66.B.305
Rapport ta' konverżjoni għall-kwalifiki nazzjonali
66.B.310
Rapport ta' konverżjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati
SOTTOPARTI E — KREDITI TAL-EŻAMI
66.B.400
Ġenerali
66.B.405
Rapport dwar il-krediti tal-eżami
SOTTOPARTI F – REVOKA, SOSPENSJONI JEW LIMITAZZJONI TAL-LIĊENZJA TAL-MANUTENZJONI TA' INĠENJU TAL-AJRU
66.B.500
Revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru
Appendiċi I — Rekwiżiti Bażiċi tal-Għarfien
Appendiċi II — Standard Bażiku tal-Eżami
Appendiċi III — Taħriġ skont it-tip u Standard tal-Eżami
Appendiċi IV — Rekwiżiti tal-esperjenza għall-estensjoni ta' Liċenzja tal-Manutenzjoni ta' Inġenju tal-Ajru Parti-66
Appendiċi V — Formola tal-Applikazzjoni – Formola 19 tal-EASA
Appendiċi VI — Liċenzja tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66) — Formola 26 tal-EASA”;
(2)
it-titlu tat-taqsima A jinbidel b'dan li ġej:
“
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
”;
(3)
il-punt 66.A.10 jinbidel b'dan li ġej:
“66.A.10Applikazzjoni
(a)
Applikazzjoni għal liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru jew għal bidla għal liċenzja bħal din għandha ssir fuq il-Formola 19 tal-EASA bil-mod stabbilit mill-awtorità kompetenti u ppreżentata lilha.
(b)
Applikazzjoni għall-bidla ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ħareġ oriġinarjament il-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru.
(c)
Minbarra d-dokumenti meħtieġa fil-punti 66.A.10(a), 66.A.10(b) u 66.B.105, kif xieraq, l-applikant għal kategoriji jew sottokategoriji bażiċi addizzjonali għal liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandu jippreżenta l-liċenzja attwali tiegħu tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti flimkien mal-Formola 19 tal-EASA.
(d)
Meta l-applikant għal bidla fil-kategoriji bażiċi jikkwalifika għal bidla bħal din permezz tal-proċedura msemmija fil-punt 66.B.100 fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li fih l-ewwel li kkwalifika, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Istat Membru tal-ewwel kwalifika.
(e)
Meta l-applikant għal bidla fil-kategoriji bażiċi jikkwalifika għal bidla bħal din permezz tal-proċedura msemmija fil-punt 66.B.105 fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li fih l-ewwel li kkwalifika, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) għandha tibgħat il-liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru flimkien mal-Formola 19 tal-EASA lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ewwel kwalifika għat-timbru u l-firma tal-Istat Membru għall-bidla jew il-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja.”;
Il-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir invalida ħames snin wara l-aħħar ħruġ jew bidla tagħha, sakemm id-detentur ma jippreżentax il-liċenzja tiegħu tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti li ħarġitha, sabiex tivverifika li l-informazzjoni li hemm fil-liċenzja hija l-istess bħal dik li hemm fir-reġistri tal-awtorità kompetenti, b'segwitu għall-punt 66.B.120.
(b)
Id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandu jimla l-partijiet rilevanti tal-Formola 19 tal-EASA u jippreżentaha flimkien mal-kopja tad-detentur tal-liċenzja oriġinali għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, sakemm id-detentur ma jkunx jaħdem f'organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) li għandha proċedura fil-preżentazzjoni tagħha li biha organizzazzjoni bħal din tista' tressaq id-dokumentazzjoni meħtieġa f'isem id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.
(c)
Kull privileġġ taċ-ċertifikazzjoni bbażat fuq liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru ssir invalida malli liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir invalida.
(d)
Il-liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru hija biss valida (i) meta maħruġa u/jew mibdula milli-awtorità kompetenti u (ii) meta d-detentur ikun iffirma d-dokument.”;
(5)
fil-punt 66.A.45, il-paragrafu (h) jinbidel b'dan li ġej:
“(h)
Minkejja l-paragrafu (c), il-kategoriji għal inġenji tal-ajru għajr inġenji tal-ajru kbar jistgħu wkoll jingħataw, soġġetti għall-ikkompletar xieraq tal-eżami għat-tip ta' inġenju tal-ajru tal-kategorija rilevanti B1, B2 jew C u wirja ta' esperjenza prattika fuq dan it-tip ta' inġenju tal-ajru, sakemm l-Aġenzija ma tkunx iddeterminat li l-inġenju tal-ajru huwa kumpless, fejn it-taħriġ approvat skont it-tip tal-paragrafu (c) ikun meħtieġ.
Fil-każ ta' kateġorija C fuq inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru kbar, għal persuna li għandha grad akkademiku kif speċifikat fil-punt 66.A.30 (a) 5, l-ewwel eżami tat-tip rilevanti tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fil-livell tal-kategorija B1 jew B2.
(1)
L-eżamijiet tat-tip approvat Kategorija B1, B2 u C jridu jikkonsistu minn eżami tal-mekkanika għall-kategorija B1 u eżami tal-avjonika għall-kategorija B2 u eżami sew tal-mekkanika sew tal-avjonika għall-kategorija C.
(2)
L-eżami għandu jikkonforma mal-Appendiċi III tal-Anness III (Parti-66). L-eżami għandu jitmexxa minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ approvati kif xieraq skont l-Anness IV (Parti-147) jew mill-awtorità kompetenti.
(3)
L-esperjenza prattika dwar it-tip ta' inġenju tal-ajru għandha tinkludi għażla rappreżentattiva ta' attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għal din il-kategorija;”;
(6)
fil-punt 66.B.10, il-paragrafu (a) hu mibdul b’dan li ġej:
“(a) Ġenerali
L-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati għal-ħruġ, il-kontinwazzjoni, il-bdil, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi struttura organizzattiva u proċeduri dokumentati għall-iżgurar tal-konformità mal-Anness III (Parti-66).”;
(7)
fil-punt 66.B.20, il-paragrafu (a) hu mibdul b’dan li ġej:
“(a)
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' reġistri, sistema li tkun tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-bdil, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta' kull liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru.”;
(8)
fil-punt 66.B.100, il-paragrafu (b), “Appendiċi 1” tiġi sostiwita b' “Appendiċi I”;
(9)
il-punt 66.B.110 jinbidel b'dan li ġej:
“66.B.110Proċedura għall-bidla ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru biex tinkludi kategorija jew sottokategorija addizzjonali bażika
(a)
Mat-tlestija tal-proċeduri speċifikati fil-punti 66.B.100 jew 66.B.105, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-kategorija jew is-sottokategorija bażika addizzjonali jew il-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru b'timbru u firma jew terġa' toħroġ il-liċenzja.
(b)
Is-sistema tar-reġistri tal-awtorità kompetenti għandha tinbidel skont dan.”;
(10)
il-punt 66.B.115 jinbidel b'dan li ġej:
“66.B.115Proċedura għall-bidla ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru biex tinkludi tip jew grupp ta' inġenji tal-ajru
Mal-wasla ta' Formola 19 tal-EASA sodisfaċenti u kwalunkwe dokumentazzjoni anċillari li tixhed il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-kategorija tat-tip u/jew il-kategorija tal-grupp u l-liċenzja anċillari tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti jew tapprova l-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-applikant mat-tip jew il-grupp tal-inġenju tal-ajru, jew inkella toħroġ mill-ġdid il-liċenzja msemmija biex tinkludi t-tip jew il-grupp tal-inġenju tal-ajru. Is-sistema tar-reġistri tal-awtorità kompetenti għandha tinbidel skont dan.”;
(11)
il-punt 66.B.120 jinbidel b'dan li ġej:
“66.B.120Proċedura għat-tiġdid tal-validità ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru
(a)
L-awtorità kompetenti għandha tqabbel il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru tal-applikant mar-reġistri tal-awtorità kompetenti u tivverifika kwalunkwe revoka, sospensjoni jew bidla skont il-punt 66.B.500. Jekk id-dokumenti huma identiċi u m'hemm l-ebda azzjoni pendenti b'segwitu għall-punt 66.B.500, il-kopja tad-detentur għandha tiġġedded għal ħames snin u l-fajl approvat skont dan.
(b)
Jekk ir-reġistri tal-awtorità kompetenti huma differenti mil-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru miżmuma mid-detentur tal-liċenzja:
(1)
l-awtorità kompetenti għandha tinvestiga r-raġunijiet għal dawn il-differenzi u tista' tagħżel li ma ġġeddidx il-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.
(2)
l-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-detentur tal-liċenzja u kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni magħrufa approvata skont l-Anness I (Parti-M) Sottoparti F jew l-Anness II (Parti-145) li jistgħu jkunu milquta direttament minn fatt bħal dan.
(3)
l-awtorità kompetenti għandha, jekk meħtieġ, tieħu azzjoni skont il-punt 66.B.500 biex tirrevoka, tissospendi jew tibdel il-liċenzja inkwistjoni.”;
(12)
fl-Appendiċi II, il-punt 2 jiġi emendat kif ġej:
(i)
fil-modulu 7 “prattiki ta' manutenzjoni”, is-sottomodulu 7.7 jinbidel b'li ġej:
“Livell
A
B1
B2
7.7
Sistema tal-Interkonnessjoni tal-Wiring Elettriku (EWIS)
Kontinwità, iżolament u tekniki u ttestjar tal-irbit
Użu ta' għodod tat-tini: Operati bl-idejn u operati b'mod idrawliku;
Ittestjar ta' ġonot mitnija;
Tneħħija u tidħil tal-pinn konnettur;
Kejbils koassjali: prekawzjonijiet tal-ittestjar u l-installazzjoni;
Identifikazzjoni ta' tipi ta' wajers, kriterji tal-ispezzjoni u t-tolleranzi għall-ħsara
Kategorija A-50 mistoqsija b'għażla multipla u 0 esejs. Ħin: 65 minuta
Kategorija B1-70 mistoqsija b'għażla multipla u 0 esejs. Ħin: 90 minuta
Kategorija B2-Xejn.
2.18.
Suġġett tal-Modulu 17 Skrejjen:
Kategorija A-20 mistoqsija b'għażla multipla u 0 esejs. Ħin: 25 minuta
Kategorija B1-30 mistoqsija b'għażla multipla u 0 esejs. Ħin: 40 minuta
Kategorija B2-Xejn.”;
(14)
L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi V
Formola tal-Applikazzjoni – Formola 19 tal-EASA
1.
Dan l-appendiċi fih eżempju tal-formola użata għall-applikazzjoni għal-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66).
2.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' timmodifika l-Formola 19 tal-EASA biss biex tinkludi informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex issostni l-każ fejn ir-rekwiżiti Nazzjonali jippermettu jew jeħtieġu li l-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) tintuża barra r-rekwiżit tal-Anness II (parti-145) għal għanijiet ta' trasport bl-ajru mhux kummerċjali.
Nixtieq napplika għal emenda/tiġdid/liċenzja inzijali ta' Parti-66 AML kif indikat u nikkonferma li l-informazzjoni li hemm f'din il-formola hija korretta fiż-żmien tal-applikazzjoni.
B'dan nikkonferma li:
1. M'għandi l-ebda AML Parti-66 maħruġa fi Stat Membru ieħor,
2. Ma applikajt għal ebda AML Parti-66 maħruġa fi Stat Membru ieħor, u
3. Qatt ma kelli AML Parti-66 maħruġa fi Stat Membru ieħor li ġiet irrevokata jew sospiża fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Nifhem ukoll li kwalunkwe informazzjoni mhux korretta tista' tiskwalifikani milli nikseb AML Parti-66.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA/TIĠDID/LIĊENZJA INIZJALI - LIĊENZJA TAL-MANUTENZJONI TA' INĠENJU TAL-AJRU (AML) PARTI-66
FORMOLA 19 TAL-EASA
Nixtieq nitlob il-krediti li ġejjin (jekk applikabbli):
Kreditu għal esperjenza akkumulata b'taħriġ Parti-147
Kreditu ta' eżami b'ċertifikati tal-eżami ekwivalenti
Jekk jogħġbok ehmeż iċ-ċertifikati rilevanti kollha
Rakkomandazzjoni (jekk applikabbli): Huwa b'dan ċertifikat li l-applikant issodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-għarfien dwar il-manutenzjoni u tal-esperjenza tal-Parti-66 u huwa rakkomandat li l-awtorità kompetenti tagħti jew tapprova l-AML Parti-66.
Iffirmat: …
Isem: …
Pożizzjoni: …
Data: …
Formola 19 tal-EASA Ħarġa 2”;
(15)
l-Appendiċi VI li ġej huwa miżjud:
“Appendiċi VI
Liċenzja tal-Manutenzjoni ta' Inġenju tal-Ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66)
1.
Eżempju ta' liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66) tista' tinstab fuq il-paġni li ġejjin.
2.
Id-dokument irid ikun stampat fuq il-formola standardizzata murija iżda jista' jitnaqqsila d-daqs jekk hemm bżonn sabiex tiġi akkomodata l-ġenerazzjoni kompjuterizzata tagħha. Meta jitnaqqas id-daqs, wieħed għandu jieħu ħsieb li jiżgura li jkun hemm biżżejjed spazju f'dawk il-postijiet fejn huma meħtieġa siġilli/timbri uffiċjali. Dokumenti ġġenerati bil-kompjuter m'hemmx għalfejn ikollhom il-kaxxi kollha inkorporati meta xi kaxxa tibqa' vojta, dejjem sakemm id-dokument jista' jingħaraf b'mod ċar bħala liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru maħruġa skont l-Anness III (Parti-66).
3.
Id-dokument jista' jiġi stampat bl-Ingliż jew bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, iżda jekk jintuża l-ilsien uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, trid tinhemeż kopja bl-Ingliż għal kwalunkwe detentur ta' liċenzja li jaħdem barra dak l-Istat Membru sabiex jiġi żgurat il-fehim għall-għan tar-rikonoxximent reċiproku.
4.
Kull detentur ta' liċenzja għandu jkollu numru uniku tal-liċenzja bbażat fuq identifikatur Nazzjonali u deżinjatur alfanumeriku.
5.
Id-dokument jista' jkollu l-paġni f'kwalunkwe ordni u mhemmx bżonn ikollu linji li jifirdu sakemm l-informazzjoni tkun imqiegħda b'tali mod li kull paġna tista' tiġi identifikata mal-format tal-eżempju tal-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru misjub hawn.
6.
Id-dokument jista' jitħejja (i) mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew (ii) minn kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) jekk l-awtorità kompetenti taqbel ma' dan u soġġett għal proċedura żviluppata bħala parti mill-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni msemmija fil-punt 145.A.70 tal-Anness II (Parti-145), ħlief li fil-każi kollha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru se toħroġ id-dokument.
7.
It-tħejjija ta' kwlaunkwe bidla lil liċenzja eżistenti tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru ssir (i) mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew (ii) minn kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) jekk l-awtorità kompetenti taqbel ma' dan u soġġett għal proċedura żviluppata bħala parti mill-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni msemmija fil-punt 145.A.70 tal-Anness II (Parti-145), ħlief fli fil-każi kollha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru se toħroġ id-dokument.
8.
Darba li tkun ħarġet il-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru, din meħtieġa tinżamm f'kundizzjoni tajba għand il-persuna li għaliha tapplika, u li tibqa' responsabbli biex tiżgura li ma jiddaħħlux dettalji mhux awtorizzati fiha.
9.
In-nuqqas li wieħed jikkonforma mal-paragrafu 8 jista' jinvalida d-dokument u jista' jwassal biex id-detentur ma jkunx permess ikollu ebda awtorizzazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni b'segwitu għall-punt 145.A.35 tal-Anness II (Parti-145) u jista' jirriżulta fi tħarrik skont il-liġi nazzjonali.
10.
Il-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru mressqa skont l-Anness III (Parti-66) hija rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha u mhuwiex neċessarju li d-dokument jitpartat meta wieħed ikun qed jaħdem fi Stat Membru ieħor.
11.
L-anness għall-Formola 26 tal-EASA huwa fakultattiv u jista' jintuża biss biex jinkludi l-privileġġi nazzjonali mhux koperti mill-Anness III (Parti-66), fejn privileġġi bħal dawn huma koperti mir-regolament nazzjonali fis-seħħ qabel l-implimentazzjoni tal-Anness III (Parti-66).
12.
Għall-informazzjoni, il-liċenzja attwali tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru skont l-Anness III (Parti-66) maħruġa mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jista' jkollha l-paġni f'ordni differenti u jista' ma jkollhiex il-linji li jifirdu.
13.
Fir-rigward tal-paġna tal-kategorija tat-tip tal-inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' tagħżel li ma toħroġx il-paġna sakemm l-ewwel kategorija tat-tip tal-inġenju tal-ajru tkun għadha trid tiġi approvata u jkun għad għandha tinħareġ aktar minn paġna waħda ta' kategorija tat-tip tal-inġenju tal-ajru meta jkun hemm numru li jkollu jiġi elenkat.
14.
Minkejja l-punt 13, kull paġna maħruġa se tkun f'dan il-format u jkollha l-informazzjoni speċifika għal dik il-paġna.
15.
Jekk mhemmx limitazzjonijiet applikabbli, il-paġna tal-LIMITAZZJONIJIET tinħareġ bl-istqarrija ‘L-ebda limitazzjoni’.
16.
Meta jintuża format stampat minn qabel, kwalunkwe kategorija, sottokategorija jew kategorija ta' tip li ma fihiex entrata ta' kategorija għandha tkun immarkata biex turi li mhemmx kategorija.
17.
Eżempju ta' Liċenzja tal-Manutenzjoni ta' Inġenju tal-Ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66)Test ta 'immaġni
UNJONI EWROPEA *
[STAT]
[ISEM L-AWTORITÀ & LOGO]
Parti-66
LIĊENZJA TA' MANUTENZJONI
TA' INĠENJU TAL-AJRU
Nru.[KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU].66.[XXXX]
Formola 26 tal-EASA Ħarġa 2
I. Isem sħiħ tad-detentur:
II. Data u post tat-twelid:
III. Indirizz tad-detentur:
IV. Nazzjonalità tad-detentur:
V. Firma tad-detentur:
VI. NRU LIĊ:
VII. KUNDIZZJONIJIET:
Din il-liċenzja trid tkun iffirmata mid-detentur u tkun akkumpanjata minn dokument tal-identità li fih ritratt tad-detentur tal-liċenzja.
L-approvazzjoni ta' kwalunkwe (sotto)kategoriji fuq il-paġna/i bit-titlu Parti-66 (SOTTO)KATEGORIJI biss, ma tippermettix lid-detentur joħroġ ċertifikat ta' rilaxx għas-servizz ta' inġenju tal-ajru.
Din il-liċenzja meta approvata flimkien ma' kategorija ta' tip ta' ajruplan tilħaq l-għanijiet tal-Anness I tal-ICAO.
Il-privileġġi tad-detentur ta' din il-liċenzja huma preskritti mill-Parti-66 u r-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-M u l-Parti-145.
Din il-liċenzja tibqa' valida sad-data speċifikata fuq il-paġna tal-limitazzjoni sakemm ma tkunx sospiża jew revokata qabel.
Il-privileġġi ta' din il-liċenzja ma jistgħux jiġu eżerċitati sakemm id-detentur, fis-sentejn ta' qabel, ma kellux mill-inqas sitt xhur ta' esperjenza fil-manutenzjoni skont il-privileġġi mogħtija mil-liċenzja, jew ikun issodisfa d-dispożizzjoni għall-ħruġ tal-privileġġi x-xierqa.
SOTTOPARTI D — TAĦRIĠ SKONT IT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU/KOMPITU
147.A.300
Taħriġ skont it-tip ta' inġenju tal-ajru/kompitu
147.A.305
Eżamijiet skont it-tip tal-inġenju tal-ajru u valutazzjonijiet tal-kompiti
TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
SOTTOPARTI A — ĠENERALI
147.B.05
Ambitu
147.B.10
Awtorità kompetenti
147.B.15
Mezzi aċċettabbli ta' konformità
147.B.20
Żamma ta' reġistri
147.B.25
Eżenzjonijiet
SOTTOPARTI B- ĦRUĠ TA' APRROVAZZJONI
147.B.110
Proċedura għall-approvazzjoni u bidliet lill-approvazzjoni
147.B.120
Proċedura tal-validità kontinwata
147.B.125
Ċertifikat tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni għat-taħriġ dwar il-manutenzjoni
147.B.130
Riżultati
SOTTOPARTI C - REVOKA, SOSPENSJONI JEW LIMITAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI GĦAT-TAĦRIĠ DWAR IL-MANUTENZJONI
147.B.200
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' organizzazzjoni għat-taħriġ dwar il-manutenzjoni
Appendiċi I — Tul tal-Kors tat-Taħriġ Bażiku
Appendiċi II — Approvazzjoni ta' organizzazzjoni għat-taħriġ dwar il-manutenzjoni msemmija fl-Anness IV (Parti-147) — Formola 11 tal-EASA
Appendiċi III — Eżempju ta' Ċertfikat tat-Taħriġ”;
(2)
il-punt 147.A.15 jinbidel b'dan li ġej:
“147.A.15Applikazzjoni
(a)
Applikazzjoni għall-ħruġ jew bidla lil approvazzjoni eżistenti għandha ssir fuq formola u b'mod stabbilit mill-awtorità kompetenti.
(b)
Applikazzjoni għal approvazzjoni jew bidla lil approvazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz irreġistrat tal-applikant,
(2)
l-indirizz tal-organizzazzjoni li teħtieġ l-approvazzjoni jew il-bidla lill-approvazzjoni,
(3)
l-ambitu maħsub tal-approvazzjoni jew il-bidla lill-ambitu tal-approvazzjoni,
(4)
l-isem u l-indirizz tal-amministratur responsabbli,
(5)
id-data tal-applikazzjoni.”;
(3)
fil-punt 147.A.105, il-paragrafu (f) huwa mibdul b’dan li ġej:
“(f)
L-esperjenza u l-kwalifiki tal-għalliema, l-eżaminaturi tal-għarfien u l-assessuri prattiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-kriterji ppubblikati jew skont proċedura u sa standard maqbul mill-awtorità kompetenti.”;
(4)
fil-punt 147.A.105, il-paragrafu (e) huwa mibdul b’dan li ġej:
“(e)
Organizzazzjoni ma tistax tiġi approvata biex tmexxi l-eżamijiet jekk ma tkunx approvata biex tmexxi t-taħriġ.”;
(5)
fil-punt 147.B.10, jiżdied il-paragrafu (d) li ġej:
“(d)
Kwalifika u taħriġ
Il-persunal kollu involut fl-approvazzjonijet f'dan l-Anness għandu:
(1)
Ikun kwalifikat kif suppost u jkollu l-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ neċessarju biex iwettaq il-kompiti allokati lilu.
(2)
Ikun irċieva taħriġ u taħriġ ta' segwitu dwar l-Anness III (Parti-66) u l-Anness IV (parti-147) fejn rilevanti, inklużi t-tifsira u l-istandard maħsub tagħhom.”;
(6)
il-punt 147.B.100 jitħassar.
(7)
il-punt 147.B.105 jitħassar.
(8)
il-punt 147.B.110 jinbidel b'dan li ġej:
“147.B.110Proċedura għall-approvazzjoni u bidliet lill-approvazzjoni
(a)
Malli tirċievi applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
(1)
teżamina l-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ fil-manutenzjoni, u
(2)
tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekiwżit tal-Anness IV (Parti-147).
(b)
Ir-riżultati kollha identifikati għandhom ikunu rreġistrati u kkonfermati bil-miktub lill-applikant.
(c)
Ir-riżultati kollha għandhom jingħalqu skont il-punt 147.B.130 qabel ma tinħareġ l-approvazzjoni.
(d)
In-numru tar-referenza għandu jkun inkluż fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni b'mod speċifikat mill-Aġenzija.”;
(9)
il-punt 147.B.115 jitħassar.
(10)
L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej:
“Appendiċi II
Approvazzjoni ta' Organizzazzjoni għat-Taħriġ dwar il-Manutenzjoni msemmija fl-Anness IV (Parti-147) – Formola 11 tal-EASA
ĊERTIFIKAT TA' ORGANIZZAZZJONI GĦAT-TAĦRIĠ DWAR IL-MANUTENZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU*].147.[XXXX]
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 li jinsabu fis-seħħ, [L-AWTORITA' KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU*] b'dan tiċċertifika:
[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
bħala organizzazzjoni għat-taħriġ dwar il-manutenzjoni approvati konformi mas-Sezzjoni A tal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, approvata biex tipprovdi taħriġ u tmexxi eżamijiet elenkati fl-iskeda tal-approvazzjoni mehmuża u li toħroġ ċertifikati ta' rikonoxximent lil studenti bl-użu tar-referenzi ta’ hawn fuq.
KUNDIZZJONIJIET:
1. L-approvazzjoni hija limitata għal dak li hemm speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni kif imsemmi fit-Taqsima A tal-Anness IV (Parti-147), u
2. Din l-approvazzjoni teħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni għat-taħriġ dwar il-manutenzjoni, u
3. Din l-approvazzjoni hija valida waqt li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tibqa' f'konformità mal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.
4. Bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet preċedenti, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitat sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
SKEDA TA' TAĦRIĠ DWAR IL-MANUTENZJONI U APPROVAZZJONI TAL-EŻAMIJIET
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU*].147.[XXXX]
Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
KLASSI
KATEGORIJA
LIMITAZZJONI
BAŻIKA **
B1 **
TB1.1 **
AJRUPLANI TURBINA **
TB1.2 **
AJRUPLANI ĊILINDRI **
TB1.3 **
ĦELIKOPTERS TURBINA **
TB1.4 **
ĦELIKOPTERS ĊILINDRI **
B2 **
TB2 **
AVJONIKA **
A **
TA.1 **
AJRUPLANI TURBINA **
TA.2 **
AJRUPLANI ĊILINDRI **
TA.3 **
ĦELIKOPTERS TURBINA **
TA.4 **
ĦELIKOPTERS ĊILINDRI **
TIP/KOMPITU **
C **
T4 **
[IKKWOTA T-TIP TAL-INĠENJU TAL-AJRU] ***
B1 **
T1 **
[IKKWOTA T-TIP TAL-INĠENJU TAL-AJRU] ***
B2 **
T2 **
[IKKWOTA T-TIP TAL-INĠENJU TAL-AJRU] ***
A **
T3 **
[IKKWOTA T-TIP TAL-INĠENJU TAL-AJRU] ***
Din l-approvazzjoni hija limitata għal dak it-taħriġ u dawk l-eżamijiet speċifikati fl-ambitu tat-taqsima tal-ħidma tal-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni approvata tat-taħriġ dwar il-manutenzjoni,
Referenza tal-Preżentazzjoni tal-Organizzazzjoni tat-Taħriġ dwar il-Manutenzjoni: …
** Ħassar kif xieraq jekk l-organizzazzjoni mhijiex approvata.
*** Imla bil-kategorija u l-limitazzjoni x-xierqa”.
(*1) Standard applikabbli tfisser standard, metodu, teknika jew prattika ta' manifattura / disinn / manutenzjoni / kwalità approvata minn jew aċċettabbli għall-Awtorità Kompetenti. L-istandard applikabbli għandu jiġi deskritt fil-kaxxa 12.