9.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 109/2010
tal-5 ta’ Frar 2010
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni, fisem il-President,
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
Prodott li jikkonsisti minn:
ix-xibka tal-azzar teħel man-naħa t’isfel tal-għatu taħt waħda mit-toqob. It-tubu li għandu iż-żennuna li tiġbed l-arja jeħel mat-toqba l-oħra. Il-prodott huwa maħsub għat-tindif, pereżempju, tal-fuklar taċ-ċumnija fejn jista’ jintuża flimkien ma’ apparat li jiġbed it-trab meta l-pipe ta’ dan l-apparat jeħel man-naħa ta’ fuq tal-għatu mat-toqba li għandha xibka. Meta jkun qiegħed jinġibed it-trab, il-molekuli kbar jibqgħu fil-qiegħ tal-kontenitur filwaqt li molekuli li jinsabu fl-arja jinqabdu fix-xibka. |
8421 39 20 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(f) tas-Sezzjoni XV u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 8421 , 8421 39 u 8421 39 20 . Peress li x-xibka ċilindrika twaqqaf il-molekuli li jinsabu fl-arja, u arja ppurifikata biss tista’ tgħaddi minn ġo fiha, il-prodott iservi bħala filtru. Għalhekk, il-prodott għandu l-karatteristiċi ta’ makkinarju li jiffiltra jew li jippurifika li jaqa’ taħt l-intestatura 8421 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7323 bħala prodott għal ġod-djar magħmul mill-azzar hija eskluża peress li skont in-Nota 1(f) tas-Sezzjoni XV dik is-sezzjoni ma tkoprix l-prodotti tas-Sezzjoni XVI. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8421 39 20 bħala makkinarju li jiffiltra jew li jippurifika l-arja. |