9.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 107/2010

tat-8 ta' Frar 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Settembru 2009 (2), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(9): 1314.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1823

Kemin Europa N.V.

Bacillus subtilis ATCC PTA-6737

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori ta' Bacillus subtilis ATCC PTA-6737

 

Metodu analitiku (1):

 

Enumerazzjoni: Il-metodu spread plate li juża t-tryptone soya agar bi pre-trattament tas-sħana tal-kampjuni tal-ikel.

 

L-identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ għat-tismin

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta' żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: diklażuril, dekokwinat, sodju salinomiċin, narasin/nikarbażin u sodju lasaloċid A.

1.3.2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/html/CRLs/crl_feed_additives/index.htm