|
6.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 105/2010
tal-5 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-ochratoxin A
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Il-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), fl-4 ta’ April 2006 adotta fuq talba tal-Kummissjoni, opinjoni xjentifika aġġornata fir-rigward tal-ochratoxin A (OTA) fl-ikel (3) u ħa inkonsiderazzjoni l-informazzjoni xjentifika ġdida u d-doża tollerabbli ta’ kull ġimgħa (TWI) ta’ 120 ng/kg b.w. |
|
(3) |
Huwa previst li fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 l-approprjatezza tal-istipular tal-livelli massimi għall-OTA fl-oġġetti tal-ikel bħalma huma l-frott imnixxef minbarra frott imnixxef tad-dielja, il-kakaw u prodotti tal-kakaw, ħwawar, prodotti tal-laħam, kafe' aħdar, birra u likorizja, kif ukoll reviżjoni tal-livelli massimi eżistenti, partikolarment għall-OTA fil-frott imnixxef tad-dielja, u ġulepp tal-għeneb għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-opinjoni riċenti tal-opinjoni xjentifika tal-EFSA. |
|
(4) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni adottata mill-EFSA, il-livelli massimi eżistenti jidhru xierqa sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika u għandhom jinżammu. Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li għadhom mhux koperti mir-Regolament (KE) 1881/2006, kien ikkunsidrat neċessarju u xieraq għall-ħarsien tas-saħħa pubblika li jiġu stabbiliti livelli massimi għall-ochratoxin A f’dawk l-oġġetti tal-ikel li huma kontributur sinifikanti għall espożizzjoni tal-OTA, iżda hemm evidenza li f’dawn il-komoditajiet jista’ jkun hemm livell għoli ħafna ta’ OTA. F’dawn il-każijiet huwa xieraq li livell massimu jiġi stabbilit sabiex ikun evitat li dawk il-komoditajiet li jkunu kontaminati ħafna jkunu jistgħu jidħlu fil-katina tal-ikel. |
|
(5) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ma jidhirx neċessarju li għall-ħarsien tas-saħħa pubblika jiġi stabbilit livell massimu ta’ OTA fi frott imnixxef, minbarra frott niexef tad-dielja, kakaw u prodotti tal-kakaw, prodotti tal-laħam, li jinkludu ġewwieni li jittiekel u prodotti mid-demm u nbejjed likurużi minħabba li dawn mhumiex kontributur sinifikanti għall-espożizzjoni tal-OTA u livelli għolja ħafna b’mod sinifikanti instabu rari ħafna f’dawn il-komoditajiet. Fil-każ tal-kafe' aħdar u l-birra, il-preżenza ta’ OTA qed tkun diġà kkontrollata fi stadju xieraq ieħor tal-katina tal-produzzjoni, li hu aktar xieraq (kafe' inkaljat u xgħir rispettivament). |
|
(6) |
F’bosta okkażjonijiet, livelli għolja ħafna ta’ OTA ġew osservati fi ħwawar u likurizja. Għaldaqstant huwa xieraq li livelli massimi għall-ħwawar u likurizja jiġu stabbiliti. |
|
(7) |
Teżisti evidenza riċenti li f’ċerti pajjiżi ewlenin li jipproduċu l-ħwawar u li jesportaw lejn l-Unjoni m’hemmx miżuri ta’ prevenzjoni u kontrolli uffiċjali sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-ochratoxin A fil-ħwawar. Sabiex is-saħħa pubblika tkun imħarsa, huwa xieraq li livell massimu ta’ ochratoxin A fil-ħwawar jiġi stabbilit mingħajr dewmien. Sabiex il-pajjiżi li jipproduċu jkunu jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ prevenzjoni u ma jtellfux il-kummerċ b’mod li ma jkunx aċċettabbli, livell massimu ogħla, applikabbli b’avviż qasir, jiġi stabbilit għal perjodu ta’ żmien limitat, qabel il-livell massimu li jirrifletti l-livell li jista’ jinkiseb billi jidħol fis-seħħ bl-użu ta’ prattiċi xierqa. Huwa xieraq li ssir evalwazzjoni tal-ilħuq fir-reġjuni differenti fid-dinja li jipproduċu l-livelli ta’ ochratoxin A billi jiġu applikati prattiċi xierqa qabel ma jibda japplika l-livell iktar strett. |
|
(8) |
Huwa xieraq li titkompla s-sorveljanza tal-OTA fl-oġġetti tal-ikel li għalihom għadu ma ġiex stabbilit livell massimu u fil-każ ta’ riżultati regolari ta’ livelli ta’ OTA li huma għolja b’mod mhux tas-soltu, it-twaqqif ta’ livell massimu għall-OTA f’dawk l-oġġetti tal-ikel jista’ jkun ikkunsidrat bħala wieħed xieraq. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għaldaqstant għandu jkun emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.2.11 jinbidel bil-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
Tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna kif ġej:
|
Artikolu 2
Il-partijiet interessati għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet li twettqu mill-Kummissjoni inkluża d-dejta tal-okkorrenza u l-progress fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni permezz tal-ochratoxin A fil-ħwawar.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati dwar l-ochratoxin A fil-ħwawar lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.
Il-Kummissjoni ser tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri bl-għan ta’ evalwazzjoni, qabel il-livell aktar strett ikun applikabbli, tal-livell li jista’ jinkiseb f’reġjuni differenti fid-dinja li jipproduċu livell aktar strett għall-ochratoxin A fil-ħwawar billi japplikaw prattiċi xierqa.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2010 skont id-dispożizzjonijiet applikabbli f’din id-data.
Il-livell massimu għall-ochratoxin A stabbilit fil-punt 2.2.11 tal-Anness li hu applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012 m’għandux ikun applikabbli għall-prodotti li kienu tqiegħdu fis-suq f’data qabel l-1 ta’ Lulju 2012 f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’din id-data.
Il-piż tal-prova meta l-prodotti kienu tqiegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju tal-ikel.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/contam_op_ej365_ochratoxin_a_food_en.pdf