15.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2010

tal-14 ta’ Jannar 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Skilandis (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mil-Litwanja biex id-denominazzjoni “Skilandis” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 106, 8.5.2009, p. 27.


ANNESS

Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmula mil-laħam (imsajrin, immellħin, iffumigati, eċċ.)

IL-LITWANJA

Skilandis (STG)