|
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni,
f'isem il-President,
João Vale DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004, huwa emendat kif ġej:
Għandhom jitneħħew dawn il-persuni fiżiċi li ġejjin:
“Ali Kleilat (magħruf ukoll bħala (a) Ali Qoleilat, (b) Ali Koleilat Delbi, (c) Ali Ramadhan Kleilat Al-Delbi, (d) Ali Ramadan Kleilat Al-Dilby, (e) Ali Ramadan Kleilat, (f) Ali Ramadan Kleilat Sari). Data tat-twelid: 10.7.1970 (is-sena tat-twelid miktuba fuq xi passaporti tiegħu hi l-1963). Post tat-twelid: Beirut, il-Libanu. Ċittadinanza: Libaniża. Nru tal-passaporti: (a) 0508734, (b) 1432126 (il-Libanu), (c) Regolari-RL0160888 (il-Libanu), (d) D00290903 (il-Liberja), (e) Z01037744 (l-Olanda), (f) Regolari-B0744958 (il-Venezwela). Nru tar-Reġistru Nazzjonali: 2016, Mazraa. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.”