7.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 8/2010

tat-23 ta’ Diċembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ serine protease prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp.Z.o.o)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-enżima serine protease prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-2 u tas-7 ta’ Lulju 2009 (2), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-preparazzjoni tal-enzima tas-serine protease prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670) ma għandhiex effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 1185, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a13

DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp.Z.o.o.

Serine protease

EC 3.4.21.-

Kompożizzjoni tal-addittiv:

 

Preparazzjoni tas-serine protease (EC 3.4.21.-)

 

Prodott mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670) b’attività minima ta’ 75 000 PROT (1)/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

 

Serine protease (EC 3.4.21.-)

 

prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670)

Metodu analitiku (2):

Il-metodu Colorimetric li jkejjel il-yellow complex para-nitroaniline (pNA) rilaxxat mill-enzima minn “Suc-Ala-Ala-Pro-Phe-pNA” fuq pH 9.0 u f’temperatura ta’ 37 °C.

Tiġieġ għattismin

15 000 PROT

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm tista' ddum il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

13.1.2020


(1)  1 PROT huwa l-ammont ta’ enzima li jirrilaxxa 1 μmol ta’ p-nitroaniline minn 1mM substrate (Suc-Ala-Ala-Pro-Phe-pNA) kull minuta fuq pH 9,0 u temperatura ta’ 37 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives