13.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/17 |
EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li ra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 257 tiegħu,
wara li ra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll Nru 2 anness mat-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
wara li ra l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62c tiegħu kif ukoll l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tiegħu,
wara li kkunsidra li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, għandhom isiru l-emendi meħtieġa għar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja,
bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2010,
JADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TIEGĦU:
Artikolu 1
Ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2007 (1), emendati fl-14 ta’ Jannar 2009 (2), huma emendati kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fit-test kollu tar-Regoli, il-kliem “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti Ġenerali”. |
3. |
Fit-test tar-Regoli, il-kliem “Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kelma “Statut”. |
4. |
Fl-Artikolu 3(1), il-kliem “tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jitħassru. |
5. |
Fl-Artikolu 29, minnufih wara l-kliem “Bis-saħħa”, u qabel il-kliem “ta’ l-Artikolu 64”, għandhom jiġu inseriti l-kliem “tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE,”. |
6. |
Fit-titolu tal-Artikolu 40, il-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”. |
7. |
L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
8. |
Fl-Artikolu 44(3), il-kelma “komunitarja” għandha titħassar. |
9. |
Fl-Artikolu 61(4), il-kliem “l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikoli 280 u 299 TFUE u l-Artikolu 164 TKEEA”. |
10. |
Fl-Artikolu 100(1), il-kliem “mit-Trattati KE u KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mit-Trattati”. |
11. |
L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:
|
12. |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 108, il-kliem “Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Artikoli 280 u 299 TFUE u l-Artikolu 164 TKEEA”. |
13. |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 118(1), il-kliem “tal-Komunitajiet” għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fis-sens tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, liema Regoli japplikaw għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħhom.
Adottat fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Marzu 2010
(1) ĠU L 225, 29.8.2007, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 69, 13.3.2008, p. 37.
(2) ĠU L 24, 28.1.2009, p. 10.