|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/63 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' Diċembru 2010
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2010/30)
(2010/794/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tintlaħaq politika monetarja waħda tenħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa “l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b'hekk din il-politika tkun tista” tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha. |
|
(2) |
Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta' gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħda tal-Eurosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skont dawn il-linji ta' gwida. |
|
(3) |
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awwissu 2000 dwar politika monetarja u proceduri tal-Eurosistema (1), għandha tiġi emendata biex tirrifletti tibdil għall-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema, b'mod partikolari: (a) biex jiġu introdotti kriterji ta' eligibbiltà għall-użu proprju ta' bonds tal-bank koperti li ma jikkonformawx mal-UCITS ma' ipoteki kummerċjali bħala l-assi sottostanti; (b) biex jiżdiedu d-depożiti b'terminu fiss bħala garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja u l-kreditu intraday tal-Eurosistema; u (c) biex tiġi emendata l-Appendiċi 5 tal-Anness I biex tirrifletti l-fatt li l-Estonja ser tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2011 u li l-isem tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tal-Irlanda nbidel, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għall-Anness I
L-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida.
Artikolu 2
Verifika
1. Il-BĊNi għandhom jgħaddu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il- ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.
2. Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Jannar 2011.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.
2. Paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandhom jappliakw mill-1 ta' Jannar 2011.
3. Paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandu japplika mill-1 ta' Frar 2011.
Artikolu 4
Indirizzati
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 268 sa 274.
ANNESS
L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Taqsima 6.2.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Tliet tipi ta’ assi mhux negozjabbli huma eliġibbli bħala garanzija fil-qafas wieħed għall-assi eliġibbli: depożiti b’terminu fiss minn kontropartijiet eliġibbli, klejms ta’ kreditu u strumenti ta’ dejn appoġġati minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli (RMBDs) (*1). (*1) Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011, hemm sistema intermedja fis-seħħ għal klejms ta’ kreditu, li tippermetti lil kull BĊE li jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ garanzija, apparti mill-użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk għandux jiġi applikat ħlas għall-ipproċessar. Mill-1 ta’ Jannar 2012, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.” " |
|
(2) |
It-Taqsima 6.2.3 tiġi emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima 6.4.3 għandha tiżdied is-subtaqsima li ġejja: “ Depożiti b’terminu fiss Depożiti b’terminu fiss mhumiex suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni.” |
|
(4) |
It-tabella fl-Appendiċi 5 tinbidel b’dan li ġej: “ Is-siti elettroniċi tal-eurosistema
|
(*1) Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011, hemm sistema intermedja fis-seħħ għal klejms ta’ kreditu, li tippermetti lil kull BĊE li jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ garanzija, apparti mill-użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk għandux jiġi applikat ħlas għall-ipproċessar. Mill-1 ta’ Jannar 2012, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.”
(*2) Bonds ta’ banek koperti strutturati appoġġati minn self tal-proprjetà immobbli residenzjali sottomessi qabel l-10 ta’ Ottubru 2010 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011. Bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati minn self ta’ ipoteka kummerċjali, sottomessi qabel l-1 ta’ Frar 2011 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011.” ”