21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/67/UE

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel jew l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (2), tistabbilixxi l-kriterji ta' purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (3).

(2)

Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel koperti skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dak l-Artikolu, inklużi l-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva 95/2/KE, għandhom jiġu adottati, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (4), fil-mument li dawk l-addittivi tal-ikel jiġu inklużi fl-Annessi skont dawk il-paragrafi.

(3)

Billi l-listi għadhom ma ġewx ikkompilati, u biex jiġi żgurat li l-modifikazzjoni tal-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE skont l-Artikolu 31 tkun effettiva, u biex ikun żgurat li l-addittivi hekk awtorizzati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sikuri ta' użu, id-Direttiva 2008/84/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

L-entrata marbuta mad-dijossidu karboniku (E 290) għandha tiġi riveduta fir-rigward tal-livell ta' konċentrazzjoni ta' “kontenut ta' żejt” sabiex jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tal-Codex Alimentarius imfassla mill-Kumitat Konġunt tal-Esperti dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA) u d-dokumenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) (eż. ISO 6141).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-estratti tar-rosmarin meta użat bħala antiossidant fl-oġġetti tal-ikel. L-estratti tar-rosmarin ġejjin mir-Rosmarinus officinalis L. u fihom diversi komposti li jeżerċitaw funzjonijiet antiossidativi (prinċipalment aċidi fenoliċi, flavonoids, diterpenoids u triterpenes). Jitqies xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal estratti tar-rosmarin li hu awtorizzat bħala addittiv ġdid tal-ikel għall-użu fl-oġġetti tal-ikel skont id-Direttiva 95/2/KE u assenjat E 392 bħala numru E tiegħu. Hemm deskritti diversi tipi ta' proċess ta' produzzjoni, bl-użu ta' estrazzjoni ta' solvent (etanoliku, aċetun u essan) u estrazzjoni tad-dijossidu karboniku superkritiku.

(6)

L-emiċelluloża tas-sojja (E 426) ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-2003 (5) u bħalissa hi awtorizzata fi ħdan l-UE skont id-Direttiva 95/2/KE. Issa ġiet prodotta varjetà ġdida ta' emiċelluloża tas-sojja u tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet kollha stabbiliti fid-Direttiva 2008/84/KE għal E 426, ħlief li l-etanol huwa teknoloġikament meħtieġ bħala preċipitant biex jippurifika t-taħlita tal-estratt ta' dik il-varjetà ġdida ta' emiċelluloża tas-sojja. Għaldaqstant, l-E 426 finali, li l-karatteristika tagħha hija differenti minn sprej ta' trab abjad imnixxef, jista' wkoll ikun fiha xi etanol bħala residwu fil-konċentrazzjoni massima ta' 2 %. L-etanol hu awtorizzat mid-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) bħala solvent tal-estrazzjoni matul l-ipproċessar ta' materja prima, oġġetti tal-ikel, komponenti tal-ikel, jew ingredjenti tal-ikel, b'konformità mal-prassi tajba ta' manifattura.

(7)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-gomma tal-kassja bħala addittiv ġdid tal-ikel li jaġixxi bħala sustanza li tgħaqqad u li tħaxxen u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-26 ta' Settembru 2006 (7). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tal-gomma tal-kassja kif indikat skont il-kundizzjonijiet speċifikati mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. Għalhekk, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv ġdid tal-ikel li huwa assenjat in-numru E 427.

(8)

L-entrata relatata mal-hydroxypropyl cellulose (E 463) għandha tiġi modifikata biex jiġi kkoreġut żball tal-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mal-analiżi. Minflok “Kontenut mhux anqas minn 80,5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl”, din għandha tinqara “Kontenut mhux aktar minn 80,5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl”. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet attwali.

(9)

L-entrata marbuta mal-idroġenu (E 949) għandha tiġi kkoreġuta biex il-livelli ta' konċentrazzjoni indikati fit-taqsimiet tal-analiżi u l-purità jistgħu jkunu kompatibbli. Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni ta' nitroġenu għandha tiġi kkoreġuta.

(10)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-addittiv ġdid tal-ikel, l-alkoħol polyvinyl (PVA), aġent ta' kisi għal supplimenti tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-5 ta' Diċembru 2005 (8). L-awtorità sabet li l-użu tal-PVA mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza fil-kisi tas-supplimenti tal-ikel li jkunu f'forma ta' kapsuli u pilloli. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-alkoħol polyvinyl li hu assenjat in-numru E 1203, u li hu awtorizzat bħala addittiv tal-ikel skont id-Direttiva 95/2/KE.

(11)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza ta' sitt gradi ta' glikoli polyethylene (PEG 400, PEG 3000, PEG 3350, PEG 4000, PEG 6000, PEG 8000) bħala aġenti ta' kisi għall-użu fi prodotti ta' supplimenti tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fit-28 ta' Novembru 2006 (9). L-Awtorità sabet li l-użu ta' dawk il-gradi ta' glikol polyethylene bħala aġent tal-kisi fil-formulazzjonijiet ta' kisi mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza għal pilloli u kapsuli tas-supplimenti tal-ikel skont il-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba għalihom. Dawk il-gradi kollha ta' glikoli polyethylene ġew assenjati numru E ġdid, jiġifieri E 1521. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dawk is-sitt gradi ta' glikoli polyethylene u jinġabru flimkien taħt entrata waħda. Konsegwentement, jinħtieġ li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet attwali diġà stabbiliti fid-Direttiva 2008/84/KE għall-glikol polyethylene 6000.

(12)

L-EFSA evalwat is-sikurezza tal-użu ta' preparazzjoni ta' enżimi bbażata fuq thrombin ma' fibrinogen derivati mill-baqar u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel u kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-26 ta' April 2005 li dan l-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi meta prodott kif deskritt fl-opinjoni ma jkun tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà (10). Madankollu, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi għall-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa, ikkunsidra li l-inklużjoni fl-Anness IV tad-Direttiva 95/2/KE ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi bħala addittiv għar-rikostituzzjoni tal-ikel mhix kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, peress li ma tissodisfax il-kriterji ġenerali tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, speċjalment fil-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 6.

(13)

Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius abbozzat mill-JECFA. B’mod partikolari fejn xieraq, jeħtieġ li l-kriterji speċifiċi ta’ purità jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti għall-metalli tqal individwali ta’ interess.

(14)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/84/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2008/84/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel rigward l-Emiċelluloża tas-Sojja espressa fl-4 ta' April 2003 (SCF/CS/ADD/EMU/185 Finali).

(6)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3.

(7)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta ma’ applikazzjoni dwar l-użu tal-gomma tal-kassja bħala addittiv tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 389, 1-16.

(8)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu tal-alkoħol polyvinyl bħala aġent ta' kisi għas-supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 294, 1.

(9)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu tal-glikol polyethylene (PEG) bħala aġent ta' kisi għall-użu fi prodotti ta' supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 414, 1.

(10)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu ta' preparazzjoni tal-enżimi bbażata fuq it-thrombin: il-fibrinoġen li ġej mill-ifrat u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 214, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2008/84/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima dwar id-Dijossidu karboniku s-subentrata dwar E 290 il-“kontenut ta' żejt” qed titbiddel b'dan li ġej:

“Kontenut ta' żejt

Mhux aktar minn 5 mg/kg”

(2)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 385, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja dwar E 392 Estratti tar-rosmarin:

E 392 ESTRATTI TAR-ROSMARIN

SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

Sinonimu

Estratt ta' werqa tar-rosmarin (antiossidant)

Definizzjoni

L-estratti tar-rosmarin fihom diversi komponenti, li ġew ippruvati li jeżerċitaw funzjonijiet antiossidativi. Dawn il-komponenti jappartjenu prinċipalment għall-klassijiet tal-aċidi fenoliċi, flavonoids, diterpenoids. Apparti l-komposti antiossidanti, l-estratti jista' jkun fihom ukoll triterpenes kif ukoll materjal ta' solvent organiku li jista' jiġi estratt, definit speċifikament fl-ispeċifikazzjoni li ġejja

EINECS

283-291-9

Isem kimiku

Estratt tar-rosmarin (Rosmarinus officinalis)

Deskrizzjoni

L-antiossidant estratt tal-werqa tar-rosmarin hu preparat permezz ta' estrazzjoni tal-weraq tar-Rosmarinus officinalis bl-użu ta' sistema tas-solvent approvat għall-ikel. L-estratti jistgħu mbagħad jiġu deodorizzati u jitneħħielhom il-kulur. L-estratti jistgħu jkunu standardizzati

Identifikazzjoni

Komposti antiossidativi ta' referenza: phenolic diterpenes

Carnosic acid (C20H28O4) u Carnosol (C20H26O4) (li jinkludu mhux inqas minn 90 % tat-total ta' phenolic diterpenes)

Volatili ewlenin ta' referenza

Borneol, Bornyl Aċetat, Ganfra, 1,8-Cineol, Verbenone

Densità

> 0,25 g/ml

Solubbiltà

Ma jinħallx fl-ilma

Purità

Telf fit-Tnixxif

< 5%

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg


1.   Estratti ta' rosmarin prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa bl-estrazzjoni tal-aċetun

Deskrizzjoni

L-estratti ta' rosmarin huma prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa bl-estrazzjoni tal-aċetun, filtrazzjoni, purifikazzjoni u evaporazzjoni tas-solvent, segwiti mit-tnixxif u t-tgħarbil biex jinkiseb trab fin jew likwidu

Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 10 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Aċetun: Mhux aktar minn 500 mg/kg


2.   Estratti ta' rosmarin preparati b'estrazzjoni ta' weraq tar-rosmarin imnixxfa permezz ta' dijossidu karboniku superkritiku

Estratti ta' rosmarin prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa estratti permezz ta' dijossidu karboniku superkritiku b'ammont żgħir ta' etanol bħala solvent.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 13 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Etanol: mhux aktar minn 2 %


3.   Estratti ta' rosmarin preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin

Estratti ta' rosmarin li huma preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin. L-estratti jistgħu jiġu purifikati aktar, pereżempju bi trattament b'karbonju attiv u/jew distillazzjoni molekulari. L-estratti jistgħu jiddendlu fi trasportaturi adegwati u approvati jew imnixxfa bl-isprej.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 5 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Etanol: mhux aktar minn 500 mg/kg


4.   Estratti ta' rosmarin li jiġu deodorizzati u jitneħħielhom il-kulur, miksuba permezz ta' estrazzjoni li fiha żewġ stadji bl-użu tal-essan u l-etanol

Estratti ta' rosmarin li huma preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin, li jgħaddu minn estrazzjoni tal-essan. L-estratt jista' jiġi purifikat aktar, pereżempju bi trattament b'karbonju attiv u/jew distillazzjoni molekulari. Dawn jistgħu jiddendlu fi trasportaturi adegwati u approvati jew imnixxfa bl-isprej.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 5 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi residwi

Essan: mhux aktar minn 25 mg/kg

Etanol: mhux aktar minn 500 mg/kg”

(3)

Fit-taqsima dwar E426 l-Emiċelluloża tas-Sojja:

(a)

l-entrati dwar “Definizzjoni” u “Deskrizzjoni” huma mibdula b'dan li ġej:

Definizzjoni

L-Emiċelluloża tas-Sojja hija polisakkaridu raffinat li jdub fl-ilma, miksub minn strati naturali ta' fibra tas-sojja permezz ta' estrazzjoni bil-misħun. Ma għandu jintuża l-ebda preċipitant organiku għajr l-etanol

Deskrizzjoni

Trab fluwidu abjad jew abjad fl-isfar”

(b)

fl-entrata dwar il-“Purità”, is-subentrata li ġejja hija miżjuda:

“Etanol

Mhux aktar minn 2 %”

(4)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 426, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja dwar Gomma tal-kassja E 427:

E 427 GOMMA TAL-KASSJA

Sinonimi

 

Definizzjoni

Il-gomma tal-kassja hija l-endosperma purifikata u mitħuna taż-żerriegħa tal-Cassia tora u l-Cassia obtusifoli (Leguminosae) li fihom inqas minn 0,05 % tal-Cassia occidentalis. Din tikkonsisti prinċipalment f'polisakkaridi ta' piż molekulari għoli magħmula primarjament minn katina lineari ta' unitajiet ta' 1,4-β-D-mannopyranose kollegati ma' unitajiet ta' 1,6-α-D-galactopyranose. Il-proporzjon ta' mannożju għal galattożju hu madwar 5:1

Fil-manifattura ż-żerriegħa titneħħielha l-ħliefa u r-raħsa permezz ta' trattament mekkaniku termali segwit mit-tħin u l-iskrining tal-endosperma. L-endosperma mitħuna tiġi purifikata aktar permezz ta' estrazzjoni bl-isopropanol

Analiżi

Mhux inqas minn 75 % ta' Galactomannan

Deskrizzjoni

Trab bla riħa, isfar mitfi jagħti fl-abjad maħmuġ

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Ma jinħallx fl-etanol. Imxerred sew fl-ilma kiesaħ u jifforma soluzzjoni kollojdali

Formazzjoni ta' ġell bil-borat

Għal taħlita milwiema tal-kampjun żid biżżejjed soluzzjoni tat-test (TS) tal-borat tas-sodju biex tgħolli l-pH għal ogħla minn 9; jiġi fformat ġell

Formazzjoni ta' ġell bil-gomma ta' xanthan

Iżen 1,5 g tal-kampjun u 1,5 g tal-gomma ta' xanthan u ħallathom. Żid din it-taħlita (b'taħwid rapidu) fi 300 ml ilma f'temperatura ta' 80 °C f'reċipjent ta' 400 ml. Ħawwad sakemm it-taħlita tinħall u kompli ħawwad għal 30 minuta żejda wara li tkun inħallet (żomm it-temperatura ogħla minn 60 °C matul il-proċess tat-taħwid). Ieqaf ħawwad u ħalli t-taħlita tiksaħ f'temperatura ambjentali għal mill-inqas sagħtejn

Wara li t-temperatura taqa' taħt l-40 °C, jifforma ġell viżoelastiku iebes, iżda ma jifforma l-ebda ġell ta' dan it-tip f'soluzzjoni ta' kontroll ta' 1 % ta' gomma tal-kassja jew gomma ta' xanthan waħidha preparata b'mod simili

Viskożità

Inqas minn 500 mPa.s (25 °C, 2h, soluzzjoni ta' 1 %) li jikkorrispondu għal piż molekulari medju ta' 200 000 -300 000 D

Purità

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 2,0 %

pH

5,5-8 (soluzzjoni milwiema ta' 1 %)

Xaħam mhux raffinat

Mhux aktar minn 1 %

Proteini

Mhux aktar minn 7 %

Total ta' rmied

Mhux aktar minn 1,2 %

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 12 % (5h, 105 °C)

Total ta' Anthraquinones

Mhux aktar minn 0,5 mg/kg(limitu ta' rilevament)

Residwi tas-solvent

Mhux aktar minn 750 mg/kg alkoħol Isopropyl

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000  unità li jifformaw kolonji għal kull gramm

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 unità li jifformaw kolonji għal kull gramm

Salmonella spp

Nieqsa f’25 g

E Coli

Nieqsa fi 1 g”

(5)

Fit-taqsima dwar il-hydroxypropyl cellulose (E 463), is-subentrata dwar l-“Analiżi” qed titbiddel b'dan li ġej:

“Analiżi

Kontenut ta' mhux aktar minn 80.5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl (-OCH2CHOHCH3) ekwivalenti għal mhux aktar minn 4,6 gruppi hydroxypropyl għal kull unità anhydroglucose fuq il-bażi anidra”

(6)

Fit-taqsima dwar l-“Idroġenu” (E949), fl-entrata dwar il-“Purità”, is-subentrata dwar in-“Nitroġenu” tinbidel b'dan li ġej:

“Nitroġenu

Mhux aktar minn 0,07 % v/v”

(7)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 1201, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

E 1203 ALKOĦOL POLYVINYL

Sinonimi

Polimer tal-alkoħol viniliku, PVOH

Definizzjoni

L-alkoħol Polyvinyl huwa reżina sintetika preparata mill-polimerizzazzjoni tal-aċetat tal-vinil, segwita mill-idroliżi parzjali tal-ester fil-preżenza ta' katalizzatur tal-alkalin. Il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott jiddependu fuq il-grad ta' polimerizzazzjoni u l-grad ta' idroliżi

Isem kimiku

Ethenol homopolymer

Formula kimika

(C2H3OR)n fejn R = H or COCH3

Deskrizzjoni

Trab granulat bla riħa, bla togħma, trasluċidu, ta' lewn abjad jew lewn il-krema

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Jinħall fl-ilma; jinħall kemmxejn fl-etanol

Reazzjoni ta' preċipitazzjoni

Ħoll 0,25g tal-kampjun billi ssaħħnu f'5 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Iż-żieda ta' 10 ml ta' etanol ma' din is-soluzzjoni twassal għal materja bajda, mdardra jew li tixbaħ troffa tas-suf

Reazzjoni tal-lewn

Ħoll 0,01g tal-kampjun billi ssaħħnu f'100 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Jiġi prodott lewn ikħal meta tiġi miżjuda (f'soluzzjoni ta' 5 ml) qatra waħda ta' soluzzjoni tat-test (TS) tal-jodju u ftit qtar ta' soluzzjoni ta' aċidu boriku

Ħoll 0,5g tal-kampjun billi ssaħħnu f'10 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Jiġi prodott lewn aħmar skur jagħti fl-ikħal wara li tiġi miżjuda qatra waħda ta' jodju TS ma' soluzzjoni ta' 5 ml

Viskożità

4,8 sa 5,8 mPa.s (soluzzjoni ta' 4 % f'temperatura ta' 20 °C) li jikkorrispondu għal piż molekulari medju ta' 26 000 -30 000  D

Purità

Materjal li ma jinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 0,1%

Valur tal-Ester

Bejn 125 u 153 mg KOH/g

Grad ta' idroliżi

86,5 sa 89,0 %

Valur tal-aċidu

Mhux aktar minn 3,0

Residwi tas-solvent

Mhux aktar minn 1,0 % Metanol, 1,0 % Aċetat tal-Metil,

pH

5,0 sa 6,5 (soluzzjoni ta' 4 %)

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 5,0 % (105°C, 3H)

Residwu wara t-tqabbid

Mhux aktar minn 1,0%

Ċomb

Mhux aktar minn 2,0 mg/kg”

(8)

It-taqsima dwar il-“glikol polyethylene 6000” qed titbiddel b’dan li ġej:

E 1521 GLIKOLI POLYETHYLENE

Sinonimi

PEG, Macrogol, Ossidu polyethylene

Definizzjoni

Polimeri addizzjonali ta' ossidu tal-etilene u ilma normalment indikati b'numru li jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għall-piż molekulari

Isem kimiku

alpha-Hydro-omega-hydroxypoly (oxy-1,2-ethanediol)

Formula kimika

HOCH2 - (CH2 - O - CH2)n - CH2OH

Piż molekulari medju

380 sa 9 000 D

Analiżi

PEG 400: Mhux inqas minn 95% u mhux aktar minn 105 %

PEG 3000: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 3350: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 4000: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 6000:Mhux inqas minn 90 % u mhux aktar minn 110 %

PEG 8000: Mhux inqas minn 87,5% u mhux aktar minn 112,5 %

Deskrizzjoni

PEG 400 huwa likwidu igroskopiku ċar, viskuż, bla kulur jew kważi bla kulur

PEG 3000, PEG 3350, PEG 4000, PEG 6000 u PEG 8000 huma solidi bojod jew kważi bojod b'dehra tixbaħ ix-xama' jew il-paraffin

Identifikazzjoni

Punt tat-tidwib

PEG 400: 4-8 °C

PEG 3000: 50-56 °C

PEG 3350: 53-57 °C

PEG 4000: 53-59 °C

PEG 6000:55-61 °C

PEG 8000: 55-62 °C

Viskożità

PEG 400: 105 sa 130 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 3000: 75 sa 100 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 3350: 83 sa 120 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 4000: 110 sa 170 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 6000: 200 sa 270 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 8000: 260 sa 510 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

Għal glikoli polyethylene li jkollhom piż molekulari medju akbar minn 400, il-viskożità tiġi determinata fuq soluzzjoni ta′ 50 fil-mija m/m tas-sustanza kandidata fl-ilma

Solubbiltà

PEG 400 jista' jitħallat mal-ilma, jinħall ħafna fl-aċetun, fl-alkoħol u fil-klorur tal-metilin, prattikament ma jinħallx fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

PEG 3000 u PEG 3350: jinħall ħafna fl-ilma u fil-klorur tal-metilin, jinħall ftit li xejn fl-alkoħol, prattikament ma jinħallx fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

PEG 4000, PEG 6000 u PEG 8000: jinħall ħafna fl-ilma u fil-klorur tal-metilin, prattikament ma jinħallx fl-alkoħol u fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

Purità

Aċidità jew alkalinità

Ħoll 5,0 g f'50 ml ta' ilma ħieles mid-dijossidu karboniku u żid 0,15 ml ta' soluzzjoni bromothymol blue. Is-soluzzjoni hi safra jew ħadra. Mhux aktar minn 0,1 ml ta' idrossidu tas-sodju 0,1 M hu meħtieġ biex il-lewn tal-indikatur jitbiddel għal ikħal

Valur tal-idroksil

PEG 400: 264-300

PEG 3000: 34-42

PEG 3350: 30-38

PEG 4000: 25-32

PEG 6000: 16-22

PEG 8000: 12-16

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,2%

1.4-Dijoksan

Mhux aktar minn 10 mg/kg

Ossidu tal-etilene

Mhux aktar minn 0,2 mg/kg

Glikol tal-etilene u glikol diethylene

Total ta' mhux aktar minn 0,25 % w/w individwalment jew f'kombinazzjoni

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”