27.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/10 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/59/UE
tas-26 ta' Awwissu 2010
li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/32/KE tapplika għas-solventi ta' estrazzjoni użati jew maħsuba biex jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel. Din id-Direttiva ma tapplikax għas-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta' addittivi fl-ikel, vitamini jew addittivi nutrijenti oħra, għajr jekk addittivi fl-ikel bħal dawn, vitamini jew addittivi nutrijenti huma elenkati fl-Anness I tagħha. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tad-dimethyl ether bħala solvent ta' estrazzjoni biex jitneħħa x-xaħam mill-materja prima tal-proteini tal-annimali u esprimiet l-opinjoni tagħha fid-29 ta' Jannar 2009 (2). L-Awtorità kkonkludiet li m'hemm l-ebda tħassib għas-sikurezza sakemm il-limitu tar-residwu massimu ta' dimethyl ether huwa ta' 9 μg/kg ta' proteini estratti mill-annimali. Għalhekk l-użu ta' dimethyl ether bħala solvent ta' estrazzjoni biex jitneħħa x-xaħam mill-materja prima tal-proteini tal-annimali għandu jiġi awtorizzat skont il-kundizzjoni ta' limitu ta' residwu massimu ta' dimethyl ether ta' 9 μg/kg fil-prodott ta' proteina bix-xaħam imneħħi. |
(2) |
Il-Parti III tal-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE ma tistipulax limiti speċifiċi tar-residwi fl-ikel għall-methanol u propan-2-ol li jirriżultaw mill-preparazzjoni ta' taħwir. L-Istati Membri u l-Kummissjoni enfasizzaw li l-limitu ta' residwu ġenerali ta' 10 mg / kg għall-methanol u propan-2-ol, kif stipulat fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE, huwa strett wisq jekk jkun applikat direttament għall-ħwawar. |
(3) |
Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti limiti speċifiċi fl-ikel għall-methanol u propan-2-ol li jirriżultaw mill-użu tagħhom għall-preparazzjoni ta' taħwir minn materjali naturali tat-taħwir. Dawk il-limiti għandhom ikunu aktar baxxi mil-limitu ta' 10 mg/kg evalwat bħala mingħajr periklu mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel (3), sabiex jiġu meqjus bħala mingħajr periklu. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Opinjoni xjentifika tal-bord dwar Materjali ta' Kuntatt mal-Ikel, Enżimi, Ħwawar u għajnuniet għall-Ipproċessar (CEF) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza fl-użu ta' dimethyl ether bħala solvent ta' estrazzjoni. The EFSA Journal (2009) 983, 1-13.
(3) Kumitat Xjentifiku għall-Ikel It-tieni opinjoni dwar is-solventi ta' estrazzjoni espressa fil-21 ta' Ġunju 1991. Rapport dwar Ikel, Xjenza u Teknika tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel (serje nru 29), p. 1-11.
ANNESS
L-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE hu emendat kif ġej:
1. |
Fil-Parti II, tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
2. |
Fil-Parti III jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|